Il-Belt Victoria, May-August 2022, No 206

Page 1

NEWSPAPER POST ISSN 123456689 NRU 206
2022 ritratt: Maggie Bajada
TA’
L-ilwien dehbija tal-faċċata rrestawrata tal-Bażilika Ġorġjana, issa mixgħula b’illuminazzjoni ġdida, idawlu Pjazza San Ġorġ fil-jiem tal-Festa f’Lulju, fl-isfond ta’ sema blu wara nżul ix-xemx.
MEJJU-AWWISSU
DWAL
FESTA

għall-ġenb għax ma għadux żmienhom. In-negattività u forsi mġiba mhux xierqa ta’ xi wħud ma jridux itappnu t-tajjeb li jkun sar. Ma rridux naċċettaw li l-festi jiġu ttimbrati bħala xi ħaġa folkloristika biss, imma jeħtieġ naħdmu ħalli nwasslu l-messaġġ u x-xhieda talqaddis lil kulħadd.

Il-festi ma jridux ikunu xi piż żejjed fuq xi ħadd, jew mitfugħa

Il-poplu minn dejjem għamilhom il-festi għax sab fihom għodda li, permezz tal-qaddis, tqarrbu aktar lejn Kristu. Fil-każ tal-parroċċa tagħna, il-Festa – kemm esterna u interna – hija fost l-aqwa espressjoni ta’ mħabba lejn San Ġorġ. Minn żmien ilu sal-lum, il-poplu Ġorġjan u dak tal-Istilla stinka biex iċ-ċelebrazzjoni

Errata Corrige: San Franġisk Borgia

tal-Festa ta’ San Ġorġ tkun waħda li tassew tixraq. Ġenerazzjonijiet sħaħ taw ħinhom, ħilithom u flushom biex jaraw li l-festa Ġorġjana tkompli tissaħħaħ. Għax hu dmir ta’ kull Ġorġjan li ssir festa lil San Ġorġ, kif jixraqlu. Kulħadd bil-limitazzjonijiet tiegħu, imma meta nħarsu lura rridu naraw li kull deċiżjoni, azzjoni u ħidma kkontribwew għall-aħjar interessi tal-komunità parrokkjali Ġorġjana.

Inħallu jkompli jidwi fina l-kliem tal-predikatur, u anki tal-Isqof tagħna, meta ħeġġewna negħlbu d-dragun u bħal San Ġorġ noħorġu rebbieħa fuq il-ħażen.

Fl-aħħar ħarġa ta’ din ir-rivista (Jannar-April 2022), fl-artiklu ta’ paġni 17-19, intqal bi żball li s-soprakwadru fuq l-Altar ta’ Ġesù u Marija fil-Bażilika tagħna, li għadu kemm ġie rrestawrat flimkien mal-istess kwadru prinċipali tal-altar mill-Kan. Charles Vella, juri lil Sant’Injazju ta’ Loyola, meta fil-fatt il-figura li hemm fih hi dik ta’ San Franġisk Borgia (1510-1572), qaddis Ġiżwita Spanjol kontemporanju ta’ Sant’Injazju u t-tielet Superjur Ġenerali tal-Kumpanija ta’ Ġesù, meqjus millistoriċi bħala l-aqwa wieħed li kellha s-Soċjetà wara l-fundatur. Kien hu wkoll li waqqaf il-Collegium Romanum li mbagħad sar l-Università Pontifiċja Gregorjana ta’ Ruma. Il-preżenza ta’ din ix-xbieha fuq l-Altar ta’ Ġesù u Marija tagħmel sens meta wieħed jaqra l-istorja ta’ dan l-altar u jifhem il-konnessjonijiet kbar mal-Ġiżwiti, tant li fil-kwadru prinċipali ta’ Alessio Erardi jidhru fin-naħa ta’ isfel Sant’Injazju ta’ Loyola u San Franġisk Saverju, pjunieri tal-Ordni. Barra minn hekk, San Franġisk Borgia ġie kkanonizzat fl-1670, ftit snin biss qabel ma nbniet il-Knisja parrokkjali l-ġdida ta’ San Ġorġ. Hemm żewġ dettalji fil-pittura li jkomplu jikkonfermaw l-identità tal-qaddis Borgia, u li nkixfu iżjed fl-aħħar restawr. L-ostensorju bl-Ewkaristija merfugħ fuq is-sħab, li lejha qed iħares f’kontemplazzjoni u qima l-qaddis, juri d-devozzjoni li hu kellu lejn dan is-Sagrament imqaddes. Maġenbu fuq ix-xellug jidher ukoll il-berittin aħmar tal-kardinali: wara li rritorna Ruma minn żjara fil-missjonijiet tal-Perù, il-Papa Ġulju III ried jaħtru kardinal, imma Borgia, bl-umiltà kollha, ħalla l-belt bilmoħbi u rħielha lejn ir-reġjun Bask ta’ Spanja. L-ostensorju u l-berittin kardinalizju jidhru f’ħafna pitturi ta’ dan il-qaddis.

IL-BELT VICTORIA hi l-pubblikazzjoni maħruġa mill-Bażilika ProtoParrokkjali ta’ San Ġorġ, bl-għan li twassal il-messaġġ Kristjan u aħbarijiet oħra talparroċċa lill-membri tal-komunità parrokkjali mifruxa mal-erbat irjieħ tad-dinja. L-ewwel ħarġa ġiet stampata fl-1981 wara deċiżjoni li ttieħdet f’seminar parrokkjali fi Frar ta’ dik is-sena, bl-inizjattiva tal-Arċipriet Mons. Emanuel Mercieca. Mitbugħa għand A&M Print, il-Qala, Għawdex.

BORD

Francesco Pio Attard, Andrew Formosa, Noel Micallef Il-fehmiet tal-kontributuri mhux bilfors jaqblu ma’ dawk tal-Bord Editorjali

Joe Attard, Andrea Camilleri, Toni Farrugia, Andrew Formosa, Joseph J.P. Zammit U ffiċċju Parrokkjali, Bażilika San Ġorġ, Triq il-Karità, il-Belt Victoria VCT 1200, Għawdex www.stgeorge.org.mt | Leħen il-Belt Victoria, 104FM

MEJJU-AWWISSU 2022 2
FOTOGRAFIJA KUNTATT DMIRNA NAGĦMLU
FESTA LILL-QADDISIN!
Din kienet waħda mill-ewwel frażijiet li r-Rev. Papàs il-Prof. Martin Zammit lissen fl-ewwel jum tat-Tridu. Tul ittlett ijiem tat-Tridu stajna nisimgħu u nitgħallmu kif il-Lvant iqim lil San Ġorġ bħala wieħed mill-qaddisin ilkbar. Kienu tlett ijiem fejn rajna kif ilqima lejn il-qaddisin hi qawwija għax huma li jinterċedu għalina. Qalilna l-predikatur li l-qaddisin jieħdu pjaċir bil-festi… l-importanti li nagħmluhom bil-fidi. Mingħajr fidi ma jsir xejn, għax il-fidi li trid tmexxina, hi d-dawl li trid turina t-triq. Imma l-predikatur ma waqafx hemm, għax kompla juri kif hu dmirna li ssir festa lill-qaddisin.

IR-RITMU

Fil-ħajja kollox jimxi ma’ ritmu. Ir-raba’ għandu r-ritmu tiegħu, insett għandu r-ritmu tiegħu, siġra għandha r-ritmu tagħha, il-mużika timxi ma’ ritmu, u l-bniedem ukoll għandu r-ritmu tiegħu. Ir-ritmu mhux sempliċi arloġġ ta’ żmien u staġuni li jagħtu ftit kulur lill-ħajja. Ir-ritmu mhux destin għami. Ir-ritmu għall-bniedem, u iktar u iktar għall-Kristjan, jindika l-għan tal-ħajja. Il-bniedem għandu l-kapaċità li jagħżel skont l-għan li għandu f’ħajtu r-ritmu li se jimxi miegħu. U allura jekk bniedem jaħseb li l-għan tal-ħajja hu li jaħdem, se jitfa’ l-parti l-kbira tar-ritmu fuq ix-xogħol. Jekk il-bniedem jara prijorità f’ħajtu l-familja, se jissettja r-ritmu skont din il-prijorità. Jekk il-prijorità tkun Alla, lil hemm millimprevisti tal-ħajja, se jissettja r-ritmu skont dik il-prijorità. F’kelma waħda r-ritmu kapaċi jindikalna minn barra fejn qed inpoġġu l-prijorità tagħna.

Tibdil fis-soċjetà

Fl-aħħar seklu rajna tibdil kbir fis-soċjetà li għamilha ħafna diffiċli għall-Knisja li tadatta b’ħeffa r-ritmu tagħha. L-istruttura tal-familji nbidlet. Il-mod kif wieħed jaħdem inbidel. Is-sistema u l-livell tal-edukazzjoni nbidlu. Ilmentalità qed tinbidel f’tebqa t’għajn. It-teknoloġija tinbidel u ssir outdated kważi qabel ma tkun għadha ħarġet fissuq. Dan it-tibdil kontinwu jpoġġina l-ħin kollu fuq sieq waħda. Iżda dan m’għandniex narawh biss bħala negattiv. Il-bniedem għandu l-kapaċità li jibdel u jinbidel. Il-bniedem kapaċi jadatta għal ritmi ġodda u b’modi ġodda. U l-Knisja li tgħix fid-dinja tal-lum kapaċi tadatta wkoll għal ritmi ġodda filwaqt li żżomm dejjem f’moħħha l-għan tagħha.

Il-Parroċċa

Anki parroċċa għandha ritmu. U dan ir-ritmu mhux awtomatiku. Ir-ritmu tal-parroċċa mhux kalendarju ta’ x’soltu nagħmlu li jerġa’ jsir biex inserrħu rasna li sar. Irritmu tal-parroċċa mhux sempliċi ripetizzjoni ta’ attivitajiet, ċelebrazzjonijiet u avvenimenti sporadiċi li jimlew l-aġenda. Il-Knisja tagħżel ir-ritmu tagħha frott it-Tradizzjoni u l-esperjenza ħajja ta’ kif jista’ jintlaħaq l-għan tagħha. Hu għalhekk li meta nħarsu lejn l-istorja tal-Knisja naraw tant tibdil mhux fl-għan iżda fil-mod ta’ kif jintlaħaq dan l-għan. Eżempju żgħir huma l-ħinjiet. Minn soċjetà li tqum kmieni filgħodu l-Knisja llum trid taqdi soċjetà li tkun barra minn dlam sa dlam. U hekk malli jidlam fil-parroċċa jibdew ilgruppi tal-adolexxenti, żgħażagħ, familji li wara ġurnata skola, privat jew xogħol jiġu jisimgħu l-Kelma ta’ Alla. U hekk ir-ritmu kellu jinbidel. Minn soċjetà li tittrasmetti l-fidi b’mod orali liż-żgħar, qed ngħaddu għal soċjetà li m’għandhiex ħin lanqas issajjar. Il-Parroċċa qed ikollha tadatta r-ritmu tagħha għal dan l-għan ukoll.

Trid kuraġġ Aħna, minkejja li l-bidla togħġobna, l-istabbiltà togħġobna iktar. Iżda wieħed irid jifhem li fil-Knisja l-istabbiltà hemm qiegħda, iżda din hi biss fl-għan. U jekk dan l-għan ma jkunx ċar f’moħħna allura nispiċċaw nirriskjaw bil-kbir li noqtlu n-nifs tal-Ispirtu. Meta l-għan ma jibqax ċar nispiċċaw jew inbiddlu kollox biex sempliċiment nagħmlu l-ħajja interessanti jew inkella niffossilizzaw kollox bl-idea li se nġibu lura passat li skont il-kriterji ta’ moħħna kien glorjuż b’mezzi li m’għandhomx jinftiehmu. U nibdew ngħawġu l-għan biex inġibuh jaqbel ma’ dak li għandna f’moħħna aħna. Nibdew nagħmlu raġunamenti li jserrħulna rasna li indirettament xorta wieħed jista’ jasal għall-għan. Trid kuraġġ biex tapplika b’mod dirett l-għan tal-Knisja għaddinja tal-lum. Għaliex dan jirrikjedi għażliet konkreti li kapaċi jkunu iebsa. Dan kapaċi jitlobna nħallu affarijiet li jogħġbu lilna filwaqt li ninvestu r-riżorsi, is-saħħa u l-ħin tagħna f’dak li hemm bżonn biex Kristu jkun magħruf u maħbub. Għax dak hu li jagħmilna Knisja. Bħala Knisja l-għan tagħna hu li kulħadd jiskopri x’teżor kbir hu Ġesù Kristu. Mill-bqija bħala Knisja dak mhux xogħolna u nħalluh għal min hu xogħlu.

Il-komunità parrokkjali tagħna Minkejja li kollox jinbidel b’mod mgħaġġel, kemm hu sabiħ tara l-komunità tipprova taħdem kollha flimkien għall-għan il-veru! Dan nistqarru għaliex narah ta’ kuljum: kulħadd bil-ftit jew ħafna li jagħmel. Kemm hu sabiħ tara persuni, żgħażagħ, adulti, anzjani, miżżewġa, ikkonsagrati li jidħlu f’ritmu ġdid biex ikunu katekisti, animaturi tal-gruppi, leaders, voluntiera! Kemm hu sabiħ tara l-istituzzjoni talKnisja taċċetta l-kariżma pastorali tal-lajċi! Kemm hu sabiħ tara gruppi magħmula minn persuni li ssettjaw ir-ritmu ta’ ħajjithom biex jibdew jisimgħu u jaqsmu l-Kelma ta’ Alla u l-esperjenzi flimkien! Kemm hu sabiħ li tara l-Parroċċa li tibda tinvesti b’iktar qawwa fil-karità u l-imħabba lejn l-aħwa u l-foqra! Kemm hu sabiħ li l-Parroċċa tinvesti biex iżżomm il-Bażilika b’mod xieraq! Kemm hu sabiħ li l-Parroċċa tirranġa spazji biex fihom jiltaqgħu l-gruppi! Kemm hu sabiħ li tara s-saċerdoti tagħna jaddattaw irritmu li draw bih biex jaqdu l-komunità bl-aħjar mod! Kemm hu sabiħ tara persuni jippruvaw jimitaw il-valuri ta’ San Ġorġ fl-għażliet tagħhom fl-2022!

Dan mhux ftaħir fieragħ, iżda hu l-Ispirtu ta’ Alla li jaħdem fil-komunità u jgħinna nissettjaw ir-ritmi tagħna b’tali mod li Hu jkun jista’ jilħaq lil kulħadd. L-awgurju hu li nħallu l-Kelma ta’ Alla tiggwidana biex bħala parroċċa nissettjaw il-prijoritajiet tagħna b’tali mod li nimxu lkoll lejn Kristu, l-uniku u l-ikbar għan ta’ kull bniedem.

MEJJU-AWWISSU 2022 3 MESSAĠĠ
L-Arċipriet Joseph Curmi

KRONAKA

1. Il-Kwaranturi Mqaddsa ġew iċċelebrati l-Ħadd 8 ta’ Mejju, fejn wara n-nuqqas tal-aħħar sentejn minħabba l-pandemija, reġgħet inżammet il-Purċissjoni bisSagrament Imqaddes mat-toroq ta’ beltna.

2. Wara l-Ordinazzjoni Presbiterali tiegħu fil-Katidral fl-20 ta’ Mejju, Dun Gabriel Vella ċċelebra l-ewwel quddiesa tiegħu proprju fil-Bażilika ta’ San Ġorġ l-għada s-Sibt 21 filgħaxija, fejn kien akkumpanjat minn ħbieb u membri tal-Gruppi tat-23four.

3. Matul l-Erbgħat ta’ Santa Marija ġew organizzati diversi ħarġiet għall-adolexxenti u żgħażagħ tal-Grupp 23four, fejn setgħu jitolbu f’diversi rkejjen sbieħ ta’ gżiritna għall-beraħ tal-kampanja Għawdxija.

4. Mons. Anton Borg iċċelebra l-Ġublew tad-Deheb tassaċerdozju tiegħu b’Quddiesa Solenni ta’ Radd il-Ħajr fil-Bażilika nhar il-Ħadd 3 ta’ Lulju.

5. Il-jiem tan-Novena bi tħejjija għall-Festa ta’ San Ġorġ għat-tieni sena konsekuttiva kellhom bħala tema l-Opri tal-Ħniena bi spjega tal-erba’ kwadri ġodda. Ma naqsux ukoll logħob u divertiment wara l-quddies. L-alljievi u studenti tal-Banda La Stella flimkien mal-Kor Piccole Stelle animaw waħda mill-quddisiet.

6. Matul in-Novena saret ukoll il-Vestizzjoni ta’ erba’ abbatini ġodda li ngħaqdu mal-grupp sabiħ tal-Piccolo Clero li fl-aħħar sena segwieh mill-qrib Dun Gabriel Vella. L-istess jiem kienu wkoll l-okkażjoni biex erbat ibniet għamlu d-debutt tagħhom mal-grupp tal-kitarri tal-Parroċċa. Ritratt: Sam Cefai

7. Dun Gabriel Vella, saċerdot novell, li qatta’ l-aħħar sena fil-Parroċċa Ġorġjana, iċċelebra Quddiesa Solenni ta’ Radd il-Ħajr fil-Bażilika nhar il-Ħadd 10 ta’ Lulju, ġimgħa qabel il-Festa, li bdiet b’korteo minn Triq ir-Repubblika akkumpanjat mill-Banda La Stella. Ritratt: CVC Media

8. Attività għalkollox ġdida u tassew innovattiva fil-jiem tal-Festa organizzata mill-Grupp 23four u l-equipe li ħa ħsieb il-Proġett parrokkjali Fejn hu ħuk? kienet dik li laqqgħet tfal u anzjani għal mumenti ta’ divertiment u mistrieħ flimkien fil-foyer tal-Każin La Stella t-Tnejn tal-Festa filgħodu.

9. Il-Bażilika kienet litteralment ippakkjata għall-ħruġ tal-istatwa ta’ San Ġorġ min-niċċa nhar it-Tlieta 12 ta’ Lulju, li tista’ tgħid tat bidu għall-aħħar jiem intensi taċċelebrazzjoni tal-Festa titulari.

10. Ix-xhur tas-sajf kienu żmien li fih diversi gruppi parrokkjali qattgħu jiem ta’ mistrieħ flimkien, fosthom l-adolexxenti b’live-in Malta u ż-żgħażagħ b’safra filmuntanji, kif ukoll l-abbatini b’mawra Sqallija.

MEJJU-AWWISSU 2022 4 2
1 3
Mejju – Awwissu 2022
ALBUM MILL-ĦAJJA PASTORALI
MEJJU-AWWISSU 2022 5 7 9 5 4 6 10 8

ERBA’ KWADRI OĦRA TAL-OPRI TAL-ĦNIENA

Bit-tieni sett ta’ erba’ kwadri li jiċċelebraw l-Opri tal-Ħniena, minn id l-artist Rabti Manuel Farrugia, li nkixfu fin-Novena ta’ San Ġorġ 2022, il-proġett tat-tmien pendenti taż-żewġ koppletti tal-bibien laterali tal-Bażilika ta’ San Ġorġ issa hu komplut. Dan sar f’rabta mal-Proġett parrokkjali Fejn hu ħuk? u l-kwadri tħallsu minn diversi benefatturi ġenerużi talproġett. F’dawn il-paġni se nifhmu fil-fond is-simboliżmi li hemm fihom.

Din il-pittura tiftaħ is-sett ta’ tmien pitturi minn id l-artist Manuel Farrugia li jissimbolizzaw l-Opri tal-Ħniena: is-sebgħa tradizzjonali flimkien mal-opra “Ħu ħsieb id-dar komuni” li żied il-Papa Franġisku.

Il-figura ċentrali tal-pittura hi tfajjel bil-ġuħ. It-tifel, filwaqt li jħares dirett f’għajnejn min qed jara, b’għajnejh qed jitlob li l-ġid jinqasam bejn kull bniedem. L-id fuq l-istonku turi l-bżonn u d-dritt bażiku li kull bniedem mhux biss ikollu x’jiekol, iżda wkoll ikollu ikel tajjeb. L-id ix-xellugija tidher qed tistenna bil-ħniena. Iżda fil-verità, skont ilviżjoni tal-Vanġelu hu l-fqir li qed iħenn u jagħmel pjaċir lilna, għaliex permezz tiegħu għandna opportunità naqdu lil Kristu. Hu għalhekk li ma’ rasu hemm id-dija, għax kliem Kristu hu ċar: “Kulma għamiltu mal-iżgħar fost dawn ħuti għamiltuh miegħi” (Mt 25:40).

Il-figura tal-lemin li tirrappreżenta l-Knisja hi persuna għalliema talKelma ta’ Alla. L-identità ta’ din il-persuna mhix importanti, għax tista’ tkun katekist, missjunarju, ġenitur, nannu u kull persuna li tgħallem b’xi mod il-Kelma ta’ Alla. F’id din il-persuna hemm il-Bibbja li hi maqsuma bħallħobż. Dan għaliex l-iktar ħidma speċifika tal-Knisja u ta’ kull mgħammed hi li kollha jwasslu l-Kelma ta’ Alla lill-bniedem. Fl-Iskrittura nsibu lil Kristu jgħid lix-xitan li l-bniedem mhux bis-sempliċi ħobż biss jgħix imma b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla (ara Mt 4:4). Il-Knisja għandha l-missjoni li minbarra li taqbeż għall-fqir u tagħtih l-ikel materjali, tagħti lid-dinja l-Aħbar it-tajba. Fil-qsim tal-Kelma ta’ Alla, fit-tagħlim, fis-smigħ, il-bniedem jimtela bis-sens veru tal-ħajja.

Il-figura tas-soċjetà

Il-figura tax-xellug tirrappreżenta s-soċjetà. Is-soċjetà tidher bħala raġel ħalqu mimli qed jiffanga. Għajnejh huma magħluqin għaliex is-soċjetà ġġib ħafna skużi biex ma tarax lill-imġewwaħ. San Ġwann Griżostmu, difensur kbir talfoqra, jgħid: “Li ma taqsamx il-ġid tiegħek mal-foqra hu serq mingħand il-foqra u qed tiċħdilhom il-mezzi biex jistgħu jgħixu; il-ġid li għandna mhux tagħna imma tagħhom” (Hom. in Lazaro 2,5 : PG 48,992). F’idejn din il-figura hemm iddeheb li jirrappreżenta l-ġid. Is-soċjetà għandha għażla quddiemha: jew tibqa’ tiffanga u tieħu dak li jmiss lill-fqir, jew inkella tiftaħ għajnejha u taqsam verament dan il-ġid. Interessanti li l-artist, filwaqt li għar-raġġi tal-fqir juża deheb veru, għad-deheb ta’ jdejn is-soċjetà jagħmel biss imitazzjoni, għaliex dak mhux il-veru ġid.

L-GĦATXAN “Kont bil-għatx u sqejtuni” (Mt 25:35)

Il-figura ċentrali ta’ din il-pittura hi mara għatxana li tirrappreżenta lill-fqir għatxan għal tazza ilma friska. L-ilma jagħti l-ħajja u mingħajru tintilef l-enerġija u l-mewt issir destin ċert. Tant persuni fid-dinja huma nieqsa minn aċċess għal

MEJJU-AWWISSU 2022 6
ATTWALITÀ

ilma nadif. Dan hu ssimbolizzat permezz tattazza vojta, tax-xufftejn niexfa u maqsuma, kif ukoll tal-ilbies maħmuġ. Iżda fil-ħarsa diretta imma għajjiena tal-mara, l-artist ried jesprimi għatx iktar profond li għandu l-bniedem. Fil-fatt, il-figura kollha tal-mara tesprimi sens ta’ telqa u nuqqas ta’ enerġija. Dan għaliex il-bniedem jista’ ma jkun jonqsu xejn b’mod fiżiku iżda jkun ‘iddeidra’ f’qalbu. Il-bniedem għandu għatx iktar profond li jista’ jwasslu għal mewt interna. Il-bniedem għandu l-għatx tal-imħabba vera. Kull bniedem għandu bżonn li jħossu maħbub u li jkollu lil min iħobb. Kull bniedem għandu l-għatx li jgħix għal xi ħadd u li xi ħadd jgħix għalih.

Il-Knisja hi rrappreżentata minn persuna li qed tgħaddi lil Ġesù tarbija lill-għatxan. Dan għaliex filwaqt li tiġġieled b’saħħitha kollha għall-fqir, il-Knisja għandha l-ikbar rigal li jaqta’ l-għatx talbniedem: l-Għimmanu-El, Alla-magħna. Ġesù jgħid lis-Samaritana: “Min jixrob mill-ilma li nagħtih jien qatt iżjed ma jkun bil-għatx” (Ġw 4:14). L-isbaħ aħbar li timla qalb il-bniedem hi li Alla jagħti kasu salpunt li sar bniedem u ssallab għalih. Ix-xogħol proprju tan-Nisrani hu li jaqta’ l-għatx il-veru tal-bniedem espress fis-Salm 42:2: “Ruħi għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj; meta niġi u nara wiċċ Alla?”. Dettall importanti hu li l-persuna li qed tirrappreżenta l-Knisja hi wkoll miżżewġa. Dan jidher fiċċurkett taż-żwieġ. Il-Knisja trid turi s-sbuħija ta’ mħabba eterna. Il-bniedem m’għandux bżonn imħabbiet li jispiċċaw iżda hu għatxan għal imħabba li tibqa’ għal dejjem. Il-Knisja hi xhieda ta’ din l-imħabba li s-sors tagħha hu Alla.

Il-figura tas-soċjetà Il-figura tax-xellug turi s-soċjetà b’għajnejha magħluqin tiffanga fl-ilma u taħlih filwaqt li ma taħsibx f’dawk li se jiġu wara. L-artist jagħmel il-figura xiħa f’sens negattiv għaliex flok tagħti l-ħajja, teħodha. Il-Papa Franġisku jsejjaħ lis-soċjetà Ewropea “għajjiena u xiħa, sterili u bla ħajja”, filwaqt li jgħidilha: “Xi ġralek, Ewropa umanista, pjuniera tad-drittijiet talbniedem, tad-demokrazija u tal-libertà?”. Il-flixkun tal-ilma miżmum b’mod sod irid juri l-iskandlu fejn f’ħafna pajjiżi l-għejun tal-ilma, li huma ġid pubbliku, qed jinxtraw u jinsterqu jew jiġu mniġġsa minn kumpaniji privati. Il-flixkun baqagħlu l-ilma fih. Is-soċjetà tinsab f’għażla: jew se tkompli taħseb biss b’mod individwalistiku jew inkella se tibda tagħti kas talbniedem għatxan f’kull sens.

L-GĦERI “Kont għeri u libbistuni (Mt 25:36)

Din il-pittura, li tiġbor ġo fiha l-Opra tal-Ħniena “Libbes lil min hu għarwien”, tiżviluppa t-tema li l-għera prinċipali talbniedem hu meta d-dinjità tiegħu tiġi mkissra jew miċħuda. Fiċ-ċentru tal-pittura hemm żewġ persuni: il-mara tat-triq u t-tarbija fil-ġuf. Il-mara tirrappreżenta tant kategoriji li fis-soċjetà huma użati, abbużati u bla dinjità. Il-mara hi sabiħa fl-apparenza iżda bħal donnu d-dehra u d-dmugħ iħollu l-maskra li jkollha tilbes fuq barra. L-għajnejn li jsegwu lil min iħares huma bħal karba għall-għajnuna. Din il-figura għandha r-raġġi li juru l-preżenza ta’ Kristu għeri fiha u fit-tarbija li qed iġġorr. L-idejn tal-mara jżommu l-liżar strett huma espressivi u juru d-dmir li minkejja li d-dija tad-dinjità tat-tarbija fil-ġuf hi mgħottija, xorta hi Kristu għeri li għandu jiġi mlibbes. Il-mara u t-tarbija fil-ġuf huma mgħottija b’liżar abjad li jiddependi minn ħaddieħor jekk jaqax jew jgħattix l-għera. Dettall fuq l-id ix-xellugija hu t-tattwaġġ. Il-kuruna u l-barcode huma tnejn minn diversi simboli li jintużaw illum mit-traffikanti ta’ persuni għal skopijiet sesswali biex jimmarkaw lil dawn in-nies bħala proprjetà tagħhom.

Il-figura tal-Knisja

Il-Knisja hi rrappreżentata minn persuna reliġjuża. Ir-reliġjużi huma dawk li bil-ħajja tagħhom jgħinu lill-bniedem jimmira għal imħabba ogħla. Il-Knisja, li tagħraf x’jiswa l-bniedem għal Alla (verità rrappreżentata fil-kurċifiss imdendel malgħonq), tkun tittradixxi lil Kristu jekk ma tipproteġix id-dinjità ta’ kull bniedem f’kull żmien. Il-Mulej, fil-ġudizzju universali skont San Mattew, ma jispeċifikax x’rekwiżiti għandu jkollu l-għeri biex inlibbsuh: “Jien kont għeri u libbistuni” (Mt 25:36). Ma jagħmilx distinzjoni bejn tajjeb u ħażin, bejn jemmen jew ma jemminx, bejn Nisrani jew Musulman. Għalhekk din ilfigura tidher tgħatti bil-ħlewwa l-għera f’ġest protettiv lil hinn mill-identità tal-għeri. Il-Knisja ma tistax ma tkunx il-leħen ta’ dawk li għal xi raġuni huma bla vuċi.

MEJJU-AWWISSU 2022 7

Il-figura tas-soċjetà Il-figura tas-soċjetà tidher tiġbed il-liżar min-naħa l-oħra. L-artist ipoġġi s-soċjetà f’pożizzjoni ambigwa għax minn naħa tista’ tkun qed tgħatti u min-naħa l-oħra tista’ tiġi interpretata li qed tiġbed il-liżar bil-vjolenza biex tneżża’. Is-soċjetà tista’ jew tiddefendi d-dinjità jew inkella tneżża’ minnha. Is-soċjetà tneżża’ lill-bniedem meta tużah, meta l-liġijiet ipoġġu lill-qawwi f’pożizzjoni vantaġġjata kontra d-dgħajjef. Dettall importanti hi l-karta tal-€20 li tintgħaraf sew. Is-soċjetà tneżża’ lill-bniedem meta l-flus isiru l-alla u l-iskop, filwaqt li l-persuni jsiru mezz. Il-flus bħal fil-Passjoni ta’ Kristu jintużaw biex ibigħu, joqtlu u saħansitra jagħlqu ħalq il-

“Kont marid u ġejtu tarawni” (Mt 25:36)

Il-figura ċentrali hi mara anzjana li tirrappreżenta lill-persuni kollha vulnerabbli jew morda b’kull tip ta’ mard. Il-ħarsa tal-anzjana, għalkemm diretta lejn min iħares, hi wkoll kemxejn mitfija, għajjiena u kważi mitlufa. Din il-ħarsa bħal trid tfakkar lil min iħares li l-abbandun talmarid hu tbatija ikbar minn kull marda. L-għajnuna tax-xjenza tasal biss sa ċertu punt: id-djanjosi u, jekk possibbli, kura. Iżda l-imħabba ta’ min joqgħod mal-marid kapaċi tfejjaq anki l-qalb. Il-libsa tal-isptar turi l-faqar li l-mard ipoġġi lil kull persuna fih. Is-salib juri t-tbatija tal-marid, b’mod speċjali l-uġigħ, issolitudni u l-biża’.

Il-figura tal-Knisja Il-Knisja hi rrappreżentata minn persuna li bl-id fuq l-ispalla qed tfarraġ lill-marid u bl-id l-oħra qed tippreżenta l-verità tas-Salib glorjuż. Dan is-salib jirrifletti t-teoloġija tal-Passjoni skont San Ġwann fejn l-ikbar mument ta’ glorja ta’ Kristu jinsab fuq is-salib: “Meta nkun merfugħ mill-art niġbed il-bnedmin kollha lejja” (Ġw 12:32). Alla mhux monstru li jieħu gost bis-sofferenza tagħna, iżda t-tbatija teżisti, u biex il-bniedem ma jiddisprax, hu li hu Alla, tgħabba bil-mard tagħna. Is-salib mhux biss mewt iżda jwassal għall-ħajja. San Pawl jgħid: “Il-predikazzjoni tassalib hija bluha għal dawk li jintilfu; imma għal dawk li jsalvaw, għalina, hi l-qawwa ta’ Alla” (1 Kor 1:18). Quddiem it-tbatija l-bniedem jinfixel u jipprova jilloppja ruħu billi jaħrab u jispiċċa jikkawża iktar tbatija. Il-Knisja trid turi li l-għaqda mas-salib ta’ Kristu tagħmel sens u tagħti l-paċi.

Il-figura tas-soċjetà

Is-soċjetà hi rrappreżentata minn mara liebsa maskra li dan iż-żmien nassoċjawha mal-Covid-19. Din il-marda kkawżat tant distanza, solitudni ta’ persuni li refgħu l-mard u l-mewt waħedhom. Il-mara qed tħares lejn arloġġ. Ninsabu fiż-żmien tal-ismartwatch. Iżda s-soċjetà ma nafux għalfejn qed tħares lejn l-arloġġ. Jista’ jkun għax qed tiġġieled biex issib il-ħin biex tikkura lill-anzjana. Jista’ jkun li xebgħet ħdejha u trid titlaq. Jista’ jkun ukoll li għandha seba’ mitt sena biex l-anzjana tmut u ma tibqax piż u forsi wkoll imissha l-wirt. Dettall li jinqara biss mill-qrib hu l-arloġġ li jimmarka l-ħin waranofsinhar. Dak hu l-ħin li skont l-evanġelista Ġwanni, Kristu jġarrab il-kundanna u l-passjoni tiegħu. Il-ħin irid juri li l-marid jinsab fis-siegħa tas-salib. Għalhekk issoċjetà tinsab f’għażla: jew se tikkura l-marid, jew se tipparkjah f’kamra sal-mewt, jew toffrilu soluzzjonijiet iddisprati miksija b’ħafna kliem ħelu.

MEJJU-AWWISSU 2022 8

IS-SENA INTERMEDJARJA

Din l-unità pastorali hija mmexxija minn żewġ saċerdoti, Dun Armando Moriconi u Dun Matteo Calvaresi, li huma kappillani in solidum, jiġifieri kappillani flimkien tal-istess unità pastorali. Jiena kont ngħix ma’ dawn iż-żewġ qassisin fid-dar parrokkjali.

L-esperjenza tiegħi l-Italja bdiet fis-16 ta’ Ottubru 2021. Dan kien ftit aktar tard milli kont qed nippjana. Imma peress li kien hemm tibdil tal-kappillani f’din l-unità pastorali kien hemm bżonn nistenna ftit. Fil-fatt, il-Kappillani Dun Armando u Dun Matteo kienu ħadu l-pussess tal-parroċċa fl-10 ta’ Ottubru, inqas minn ġimgħa qabel jien wasalt fil-parroċċa. Għaldaqstant l-esperjenza tiegħi b’xi mod kienet simili għal dik li kienu qed jgħixu l-kappillani. Bdejna flimkien esperjenza f’parroċċa ġdida.

Bħala parti mill-formazzjoni għas-saċerdozju, is-Seminarju ta’ Għawdex jipproponi lilna s-seminaristi li nagħmlu dik li tissejjaħ is-sena barra. Fis-‘sena’ li qattajt l-Italja kont f’parroċċa u flimkien mal-komunità tal-post għext il-ħajja ordinarja ta’ din il-parroċċa. Kienet esperjenza sempliċi u mingħajr ħafna affarijiet spettakolari. Fl-ordinarjetà tagħha, imma, qarrbitni ftit aktar lejn Alla u għallmitni x’nista’ nagħmel biex inkompli nwettaq ir-rieda tiegħu. Permezz tal-ħidmiet ċkejkna ta’ kuljum għallmitni kemm hija fundamentali l-umiltà fil-ħajja ta’ kull Nisrani u wisq aktar fil-ħajja tan-Nisrani msejjaħ għas-saċerdozju.

Għall-bidu tal-formazzjoni tiegħi lejn is-saċerdozju fl2017, is-sena intermedjarja kienet tidher li tinsab ħafna ’l bogħod. Imma ż-żmien fis-Seminarju jaħrab u bil-mod ilmod wasal iż-żmien biex bħal ħafna oħrajn nagħmel jien ukoll din l-esperjenza.

Bl-għajnuna tal-Isqof Anton Teuma u tar-Rettur Richard N. Farrugia nstabet parroċċa l-Italja li kienet lesta li tilqagħni. L-esperjenza tas-sena intermedjarja għextha fid-Djoċesi ta’ San Benedetto del Tronto – Ripatransone –Montalto, li tinsab fin-naħa ta’ isfel tar-reġjun Le Marche fl-Italja. Il-post fejn kont ngħix huwa msejjaħ Centobuchi, parti mill-belt ċkejkna ta’ Monteprandone. F’Centobuchi hemm unità pastorali ta’ żewġ parroċċi: dik ta’ Sacro Cuore di Gesù u dik ta’ Regina Pacis. Bejniethom dawn iż-żewġ parroċċi għandhom popolazzjoni ta’ madwar 11,000 ruħ.

Il-ħidma tiegħi f’dawn il-parroċċi kienet b’mod prinċipali tinvolvi għajnuna fil-katekiżmu. Iż-żewġ parroċċi li kont fihom kienu jorganizzaw il-katekiżmu lit-tfal mill-età ta’ madwar 8 snin sal-età ta’ 16-il sena. Flimkien malkatekisti kont nakkumpanja dawn il-gruppi tal-katekiżmu. L-aktar gruppi li kont involut fihom huma ż-żewġ gruppi tal-Griżma, li fid-Djoċesi fejn kont normalment issir ta’ 16-il sena. Kont insegwi wkoll b’mod regolari tliet gruppi oħra;

MEJJU-AWWISSU 2022 9
ATTWALITÀ
Sem. Samuel Aquilina Is-seminarista Samuel quddiem iż-żewġ parroċċi fl-Italja.

wieħed tal-adolexxenti ta’ 14-il sena, ieħor ta’ adolexxenti ta’ 12-il sena, u l-ieħor ta’ tfal ta’ 9 snin.

Servizz ieħor li kont nagħmel huwa fl-uffiċċju parrokkjali. Dan ix-xogħol kien wieħed varjat u jinvolvi bosta affarijiet. Kont nirrispondi t-telefon, nipprepara ċ-ċertifikati talGriżma u tal-Magħmudija lil min ikollu bżonn, nirreġistra l-persuni li jkunu rċevew is-sagramenti fil-parroċċi, u bżonnijiet oħra li jkollhom in-nies tal-parroċċa.

Kont nagħti wkoll daqqa t’id fis-servizz liturġiku fuq l-altar. B’differenza mill-parroċċi tagħna f’Għawdex, filparroċċi li kont fihom fl-Italja l-abbatini huma ftit. Is-servizz liturġiku jagħmluh l-aktar persuni adulti li jiġu msejħa ‘ministri’. Ix-xogħol tiegħi kien li xi drabi nagħmlu xi provi ta’ kif għandu jsir is-servizz, speċjalment qabel festi kbar bħall-Għid u l-Milied.

Xi drabi kont nagħti xi għajnuna wkoll fil-Caritas talparroċċa. Kont ukoll involut f’xi attivitajiet organizzati millACR, il-grupp taż-żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika.

Fost il-mumenti sbieħ kien hemm dak tal-Viżta Pastorali li saret lejn it-tmiem ta’ April. Kienet okkażjoni sabiħa biex diversi gruppi fi ħdan il-parroċċi jinġabru flimkien u jiltaqgħu mal-Isqof tad-Djoċesi, l-E.T. Mons. Carlo Bresciani. Għalija kienet ukoll opportunità li nsir naf ftit aħjar lill-Isqof.

Esperjenza sabiħa oħra li għext proprju fl-aħħar tażżmien tiegħi fl-Italja hija dik tal-Oratorio Estivo. Din hija speċi ta’ klabb tas-sajf għat-tfal. Kien mifrux fuq medda ta’ tliet ġimgħat u kien isir waranofsinhar, tliet darbiet fil-ġimgħa. Għall-oratorju kienu jattendu mal-250 tifel u tifla u kien hemm involuti fl-organizzazzjoni madwar 40 żagħżugħ. Kien jinvolvi ħafna attivitajiet sbieħ għat-tfal: reċtar, logħob, workshops u anki mumenti ta’ talb.

Fil-ħidmiet żgħar li ġejt fdat u permezz tal-persuni li magħhom iltqajt, is-sena intermedjarja għenitni nagħraf

xi ftit aktar l-importanza tal-virtù tal-umiltà, kemm fil-ħajja tiegħi bħala seminarista u jekk Alla jrid ’il quddiem bħala saċerdot, imma fuq kollox fil-ħajja tiegħi bħala bniedem li qed jipprova jsegwi l-kliem u l-eżempju ta’ Kristu. Nemmen li biex wieħed ikun Nisrani tajjeb, irid iżomm ħarstu dejjem lejn Alla. Min hu dak li jżomm ħarstu dejjem lejn Alla? Filktieb tiegħu Mere Christianity C.S. Lewis jgħid li “l-bniedem imkabbar jħares dejjem minn fuq għal isfel lejn l-affarijiet u lejn in-nies, u sakemm tħares minn fuq għal isfel, ma tistax tara xi ħaġa li tinsab fuqek”. Fi ftit kliem: il-bniedem imkabbar ma jista’ qatt jitfa’ ħarstu fuq Alla, filwaqt li l-umli huwa dak li jżommha dejjem iffissata lejn il-Ħallieq.

MEJJU-AWWISSU 2022 10

L-ABBATI GEORGE ABELA B’SERVIZZ FIL-VATIKAN

L-abbati tal-Bażilika tagħna George Abela kien parti minn grupp ta’ disa’ abbatini Għawdxin li bejn is-27 ta’ Lulju u l-5 ta’ Awwissu ngħaqdu mal-abbatini minn pajjiżna li marru Ruma biex jagħmlu esperjenza ta’ servizz fil-Bażilika ta’ San Pietru. Huma kienu akkumpanjati minn Mons. Frans Bonnici u mis-seminarista Franklin Micallef.

Is-Sibt 30 ta’ Lulju saret il-vestizzjoni ta’ dawn il-11-il abbati bħala abbatini tal-Bażilika tal-Vatikan. Iċ-ċelebrazzjoni liturġika bdiet fid-9.00am u tmexxiet minn Mons. Maximillian Grech, saċerdot Għawdxi li jaħdem fis-Segreterija tal-Istat tal-Vatikan. Wara l-Liturġija tal-Kelma, l-abbatini għamlu l-wegħdiet tagħhom u sar it-tberik u l-għoti tal-faxex ħomor, li issa huma jibqgħu jilbsu fis-servizzi tagħhom bħala turija li huma taw servizz f’San Pietru. Għal din iċ-ċelebrazzjoni sabiħa kien hemm preżenti wkoll bosta mill-familjari tagħhom.

L-għada l-Ħadd, wara l-Angelus, fid-Dar Santa Marta, irresidenza tal-Papa, l-abbatini kellhom udjenza privata mal-Q.T. il-Papa Franġisku, li kien għadu kemm wasal lura mill-Vjaġġ Appostoliku tiegħu fil-Kanada. Flimkien mal-abbatini l-Papa qal it-talba tas-Sliema u l-Qaddisa u temm billi tahom il-Barka tiegħu.

Il-Kan. Geoffrey G. Attard

Forsi nistgħu nqisuh bħala fenomenu ftit li xejn komuni li monaku kontemplattiv tat-Trappisti fi ħdan it-tradizzjoni Benedittina, Rabti bħalna li għex dawn l-aħħar 35 sena ta’ ħajtu f’monasteru f’Ruma, jiġbor fi ktieb diversi poeżiji, innijiet, riflessjonijiet u meditazzjonijiet dwar il-Qaddis Martri Patrun tagħna San Ġorġ. Dan hu preċiżament dak li għamel Fra Ġorġ Grech osco, li twieled u trabba fi Triq Santa Marija hawnhekk fir-Rabat u li f’żgħożitu ħass is-sejħa għall-ħajja kontemplattiva. Hu qed jagħtina l-ktieb Salve Sancte Georgi li jiġbor il-kitbiet tiegħu dwar San Ġorġ fuq il-firxa tal-aħħar għaxar snin.

Dan huwa ktieb sabiħ li fih diversi ritratti u stampi marbutin mal-festa tat-tielet Ħadd ta’ Lulju. Fuq kollox, fih wieħed isib għanjiet ħerġin mill-qalb ta’ dan ir-raħeb Benedittin li tant għandu għal qalbu lil San Ġorġ. Il-qima tiegħu lejn il-qaddis taf għeruqha f’missieru Pawlu li kien membru tal-Banda La Stella għal bosta snin. Il-ktieb fih ġabra ta’ poeżiji mill-isbaħ mimlija tifħir lill-Qaddis Martri ta’ Lidda. Xi poeżiji li kiteb ġew anki mmużikati, filwaqt li jagħtina wkoll kurunella f’ġieħ ilqaddis. Kull min għandu għal qalbu lil San Ġorġ għandu jagħmel ħiltu biex jakkwista kopja ta’ dan il-ktieb li ftit li xejn wieħed isib tax-xorta tiegħu fil-letteratura Maltija kontemporanja.

MEJJU-AWWISSU 2022 11
ATTWALITÀ
Fra Ġorġ Grech, Salve Sancte Georgi 2012-2022, 94 paġna

ATTWALITÀ

Konna lkoll eċċitati meta Dun Gabriel Vella qalilna li flimkien mal-Arċipriet Joseph Curmi dan is-sajf konna se mmorru ġita ta’ tlett ijiem. L-aħħar safra tagħna l-abbitini flimkien kienet fl-2019 meta l-Arċipriet kien ħadna fil-belt kapitali tal-Italja, Ruma. Hemmhekk konna żorna l-Vatikan u anki diversi knejjes u katidrali maestużi. Din id-darba d-destinazzjoni ma kinitx għajr tefgħa ta’ ġebla ’l bogħod minn xtutna, Sqallija. Għaldaqstant, għal ħafna minna kienet l-ewwel darba f’din il-gżira.

L-aktar post li ħalla impatt fuqna f’din is-safra kien bla dubju meta tlajna fuq il-vulkan Etna. Għalkemm qlajna saqajna bil-mixi għat-telgħa, kienet mixja li ma ddispjaċiniex li għamilna għax l-emozzjonijiet li ħassejna hemm fuq, f’dik l-immensità, huma indeskrivibbli. L-ebda ritratt ma juri l-kobor u l-paċi ta’ dan il-post. Bla dubju lkoll għaddielna l-ħsieb: “Kemm hu kbir Alla!”, jew, “Kemm ma jien xejn quddiem dan il-kobor kollu!”.

Fl-ewwel ġurnata tagħna morna Ragusa fejn iċċelebrajna l-quddiesa tal-ġurnata fid-Duomo di San

L-ABBATINI FI SQALLIJA

tal-Bażilika Ġorġjana fi Sqallija mill-10 sat-12 ta’

Giorgio, katidral ta’ stil Barokk li fih diversi opri tal-arti li juru mumenti mill-ħajja ta’ San Ġorġ, speċjalment waqt ilmartirju tiegħu. F’Modica wkoll żorna katidral ta’ San Ġorġ. Fl-aħħar ġurnata tagħna żorna wkoll Piazza del Duomo, l-akbar pjazza f’Catania. Hija pjazza mimlija arkitettura u storja. Ma setax jonqos li nżuru l-Katidral ta’ Sant’Agata.

Fil-programm ta’ din is-safra ma setax jonqos iddivertiment. Morna fil-park Etnaland fejn tlajna fuq diversi rikbiet. Ħadna gost flimkien kemm aħna l-abbatini u kemm il-ġenituri li kienu qed jakkumpanjawna. Attività oħra li qatt ma konna esperjenzajna kienet dik tal-Paintball. Lgħabna f’żewġ timijiet kontra xulxin nixħtu blalen żgħar taż-żebgħa biex nippruvaw nolqtu lit-tim oppost. Kienet festa ta’ kuluri, daħk u eċċitament. Il-ħin li konna nqattgħu flimkien, speċjalment waqt l-ikliet ta’ filgħaxija, kienu mumenti fejn aħna sirna nafu lil xulxin aktar.

Dawn kienu tlett ijiem mimlija daqs bajda. Kellna programm imżejjen b’kollox. Għalkemm għajjenin, filgħaxija konna nkunu ħerqanin għall-ġurnata li jmiss. Għexna mumenti li mhu se ninsew qatt, filwaqt li komplejna nsaħħu l-ħbiberija u l-għaqda ta’ bejnietna bħala abbatini.

MEJJU-AWWISSU 2022 12
Kurt u Keith Vella L-abbatini Kurt u Keith Vella jirrakkuntaw dwar il-mawra tal-abbatini Awwissu 2022. L-abbatini flimkien mal-Arċipriet u Dun Gabriel quddiem il-Katidral ta’ San Ġorġ, Ragusa.

INŻEFFNU D-DRAGUN!

Diffiċli nifirdu lil San Ġorġ mid-dragun u għaldaqstant diffiċli niċċelebraw il-Festa ta’ San Ġorġ mingħajr ma ‘nżeffnu’ miegħu lid-dragun. Fl-omelija li għamel fil-Festa ta’ din is-sena, l-Isqof tagħna Anton Teuma semma l-ovvju b’mod mhux tant ovvju. Fi kliem ieħor, semma l-leġġenda ta’ San Ġorġ u tad-dragun – li l-istorja tagħha lkoll nafuha – iżda b’tifsira li mhux bilfors hija daqstant ieħor ovvja. Għaliex filwaqt li l-istorja tal-Kavallier ta’ Kristu jissielet mad-dragun mhijiex ġdida għal widnejna, forsi huwa ġdid għalina l-mod kif naqraw din il-leġġenda mhux tant bħala produzzjoni ta’ folklor u mitoloġija, imma bħala ġrajja li tirrifletti b’mod simboliku s-sitwazzjoni attwali tagħna. Irrakkont ma jitkellemx fuq fatti li ma seħħewx jew ħlejjaq li ma jeżistux, imma jitkellem fuq fatti millaktar konkreti u ħlejjaq li fil-fatt jeżistu.

Għaldaqstant, bħala ragħaj spiritwali tagħna, l-Isqof ‘żeffen’ id-dragun finnofs tar-riflessjoni tiegħu u ppreżentah b’kuluri mill-aktar realistiċi u attwali huwa u juri l-preżenza tiegħu fis-soċjetà tagħna. Anki hawn, filwaqt li ġeneralment aħna ninterpretaw din il-leġġenda bħala t-taqbida bejn it-tajjeb u l-ħażin, bejn iddixxipli ta’ Ġesù – is-suldati ta’ Kristu – u t-tnassis u l-qerq tax-Xitan, id-“Dragun kbir” (ara Apok 12:3), l-Isqof ħares lejn din it-taqbida mill-perspettiva mhux tant tagħna kontra x-xitan, imma mill-għajnejn tal-vittma li aħna nagħlfu lid-dragun biex joqgħod bi kwietu. Hawn aħna mhux tant l-għedewwa tad-dragun, li bħal Ġorġi ta’ Lidda – u bl-interċessjoni tiegħu –

nirriskjaw ħajjitna biex noħorġu għonqna (u ħajjitna) kontra dak li jhedded lill-proxxmu, imma pjuttost l-aħna li fuqhom tkellem l-Isqof huma dawk li jidentifikaw ruħhom mal-poplu tal-belt li – kif tgħid il-leġġenda – kienu jżommu lid-dragun qalil mans billi kienu joffrulu kuljum żewġ nagħġiet, u meta dawn bdew jispiċċaw, bdew joffrulu annimal wieħed u miegħu wieħed jew waħda miż-żgħażagħ tagħhom li kienu jtellgħu bix-xorti. Il-lenti li minnha jħares l-Isqof mhijiex tant ovvja għalina, dik li nidentifikaw ruħna malpoplu tal-belt li għax irrassenjat quddiem is-sitwazzjoni, jidħol f’kompromess u f’kompliċità mad-dragun akkost li biex jibqgħu ħajjin huma jissagrifikaw lil uliedhom stess. Quddiem il-President tar-Repubblika li jirrappreżenta flogħla grad lill-Istat Malti, diversi awtoritajiet ċivili u politiċi, u ġemgħa liturġika li mliet kull rokna tal-Bażilika Ġorġjana f’dan il-jum solenni ta’ festa, l-Isqof żeffen lilna lkoll – hu inkluż – f’din l-istorja u qajjem mistoqsijiet ċari u tqal dwar kif bħala soċjetà qegħdin nibżgħu mid-dragun u nissagrifikaw liż-żgħar tagħna.

L-Isqof Teuma identifika d-dragun bħala dak ix-xi “ħadd li l-iskop tiegħu hu sempliċiment li jiekol minn fuq dahar ħaddieħor; veru hemm dragun, li jekk kultant ma tagħtihx in-nagħġa –tnejn kuljum, tgħid il-leġġenda – dan jirribella u joqtol il-belt”. X’aktarx hawnhekk l-Isqof qed jirreferi għal dawk is-sistemi li jsiru veri strutturi ta’ dnub fi ħdan is-soċjetà li jiżirgħu l-inġustizzja, il-vjolenza u l-mewt. Dan iseħħ meta frott id-dnub tal-bniedem li jkisser

MEJJU-AWWISSU 2022 13
Il-Kan. Richard N. Farrugia SAN ĠORĠ
KUMMENT FUQ PARTI MILL-OMELIJA TAL-ISQOF F’JUM IL-FESTA TA’
ĠORĠ 2022
SAN

l-armonija tar-relazzjonijiet, tinbena u tissaħħaħ mentalità ta’ individwaliżmu, indifferenza u sfruttament tal-persuna. Issir soċjetà li ċ-ċentru tagħha mhux il-bniedem sħiħ u l-bnedmin kollha imma l-interessi ta’ dawk li għandhom is-setgħa li jaħkmu. Issir soċjetà fejn ma ssaltanx il-forza tar-raġuni imma pjuttost ir-raġuni tal-forza. Il-vittmi allura – kif qal l-Isqof – huma “l-fraġli tas-soċjetà”, li jinkludu liżżagħżagħ, lill-anzjani u lit-trabi fil-ġuf.

Wieħed jista’ jfisser b’diversi modi r-raġuni għala, kif jgħid l-Isqof, “kważi kważi sirna nħossuna ħatja jekk ma nbellgħulux lid-dragun, qed nagħmlu xi ħaġa ħażina jekk ma nbellgħulux lid-dragun”. Minkejja li l-Isqof ma jidħolx fuq dan l-aspett b’mod espliċitu, wieħed jissupponi li hemm il-pressjoni ta’ bosta ideoloġiji li bħala soċjetà jġagħluna naħsbu li l-flus huma kollox u jekk hemm ilqligħ ekonomiku allura kollox hu ġġustifikat (fil-fatt l-Isqof jirreferi għal kapitlu 5 tal-Profeta Iżaija u jitkellem fuq ilfatt li d-dar tagħna żvojtat għax battalnieha mill-imħabba u mlejnieha bil-flus). Aspett ieħor jista’ jkun ukoll l-idea falza ta’ libertà u drittijiet li fil-fatt qed jispiċċaw biex jissagrifikaw lill-bniedem aktar milli jeħilsuh tassew. Ta’ min jiftakar hawn fir-“riħ jonfoħ mill-Punent” li kien tkellem dwaru l-Papa Franġisku meta kien fostna u semma l-periklu li mal-ideat tajbin li jaslu mill-Ewropa jkun hemm ir-riskju – speċjalment fost iż-żgħażagħ – ta’ progress maqtugħ mill-għeruq tal-imgħoddi, “f’isem prosperità falza ddettata mill-qligħ, mill-ħtiġijiet ikkawżati mill-konsumiżmu, kif ukoll id-dritt li kulħadd għandu jedd għal kollox”.1 B’mod partikulari l-Papa semma l-importanza li bħala poplu ma nħallux “jirkbuna l-approvazzjoni ta’ kulma hu artifiċjali u l-kolonizzazzjonijiet ideoloġiċi, li spiss iseħħu, ngħidu aħna, fil-qasam tal-ħajja, tal-prinċipju tal-ħajja”2 .

Fl-omelija tiegħu, l-Isqof wera l-inkoerenza tal-mod kif nargumentaw biex inserrħu l-kuxjenza tagħna aħna u nissagrifikaw il-fraġli tas-soċjetà tagħna lid-dragun. Filwaqt li l-Parlament Malti kien għadu kemm approva l-ittestjar tal-embrijuni ftit tal-jiem qabel, l-Isqof stieden lil dawk preżenti biex jidħlu daħla fihom infushom u jaraw “hux sew li tagħżel bejn tarbija u tarbija”. Huwa saqsa xi jżid u xi jnaqqas mid-dinjità u mid-drittijiet tat-tarbija l-fatt tkunx għadha fil-ġuf (għandha “l-ġilda” tal-ġuf tal-

omm li tgħattiha) jew le (għax tkun twieldet), u kif nistgħu ngħidu li t-tarbija fil-ġuf hija proprjetà mentri xħin titwieled għandha l-libertà u d-drittijiet. Allura jistaqsi: “Imma dan qed nirraġunaw aħna b’moħħna, jew inkella hemm dragun li qegħdin kull tant u tant nagħlfuh?”.

Bl-istess mod xħin jitkellem fuq il-mod kif bħala soċjetà qed nissagrifikaw liż-żagħżagħ, jikkummenta fuq il-liġi li għaddiet f’Diċembru li għadda li tillegalizza l-użu rikreattiv tal-kannabis. Anki hawn wera l-assurdità li nippreferu nimmaġinaw liż-żgħażagħ tagħna – li aħna “darrejniehom bl-iswiċċ” – jieħdu ħsieb il-pjanti tal-kannabis permessi mil-liġi minflok nammettu li din qed iġibuha minn xi mkien ieħor. M’għandniex ingerfxu liż-żagħżagħ tagħna, għax iddroga “jew tajba jew mhix”.

Dawn l-eżempji konkreti żgur ċaqalqu – tal-inqas għal ftit! – lil dawk li kienu qed jisimgħu l-kliem tal-Isqof. Jolqtu għax juru li fl-aħħar mill-aħħar is-silenzju jew ilkompromess li qed ngħixu mal-mentalità prevalenti tal-lum tgħoddna man-naħa tal-imbeżżgħa tal-leġġenda, ta’ dawk maħkuma mit-theddid tad-dragun u li biex nikkuntentawh nispiċċaw nissagrifikaw lil dawk li l-aktar jeħtieġu l-għożża tagħna. Dan filwaqt li nirrakkuntaw lilna nfusna l-gidba li bħala soċjetà mexjin ’il quddiem u li dak li qed nagħmlu qed ikun għall-ġid tal-persuni. Tassew jidher kemm iddragun, ix-xitan, hu “missier il-gideb” (Ġw 8:44).

Id-dragun li nżeffnu flimkien ma’ Ġorġi tagħna jżeffen anki lilna fin-nofs. Biss irridu nagħżlu ma’ min se niżfnu: hux mad-dragun billi nidħlu fil-gideb tiegħu u ngħaffġu lil dawk li suppost ngħożżu, jew inkella aħniex se nissieħbu mas-Suldat Qalbieni u niddeċiedu li noħorġu min-narrattiva li ‘d-dinja hekk sejra’, ‘m’hemmx x’tagħmel’, ‘kulħadd hekk jaħsibha’, biex bil-qawwa ta’ Ġesù u marbutin miegħu, iz-zokk tad-dielja l-vera (ara Ġw 15:1-8), nissieltu kontra d-dragun u niddefendu lill-fraġli tas-soċjetà tagħna: “Għandna bżonn lil xi ħadd iqum, bħal San Ġorġ, xi ħadd marbut maz-zokk, marbut ma’ Ġesù Kristu; xi ħadd li kapaċi jgħid: ‘Isma’, għax ma neqirdux id-dragun?’”.

Referenzi

1 Franġisku, Diskors fil-laqgħa mal-Awtoritajiet, is-soċjetà ċivili u l-korp diplomatiku (2 ta’ April 2022), 6 : Bi ħlewwa liema bħala. Id-diskorsi tal-Papa Franġisku f’Malta u f’Għawdex, Malta 2022, 32. 2 Ibid.

MEJJU-AWWISSU 2022 14

SAĊERDOTI ĠORĠJANI

LI QED JAQDU L-KNISJA UNIVERSALI (4)

Fil-Parroċċa

ta’

Mons. Karm Grech u Mons. Franġisk Portelli li kienu l-parrinijiet ta’ Dun Ġorġ fil-Prima Messa.

Jiena

Nibda b’nota ċkejkna u kurjuża

il-konfużjoni fil-kunjom tagħna. Dakinhar stess tat-twelid missieri kien jeħodna għall-magħmudija minn Dun Karm, ħu l-Arċipriet Alfons Marija Hili. Dun Karm kien iniżżlilna isimna fir-Reġistru tal-Magħmudija f’San Ġorġ. Iktar tard kien jibgħat iddokument tal-Magħmudija lill-Pulizija ta’ Għawdex. Ġara imma li xi wħud minna ġew imniżżla Brincat, waqt li oħrajn Debrincat. Meta kbirna, tfaċċat il-mistoqsija jekk konniex aħwa imma b’kunjomijiet differenti! Għalhekk missieri tela’ l-Qorti u l-imħallef qatagħha li l-kunjom kellu jkun Debrincat, anki jekk missieri kien jiktbu dejjem Brincat. Billi kunjomi fir-Reġistru tal-Magħmudija mniżżel Brincat, hekk ukoll tniżżilt fid-dokumenti taċ-ċittadinanza Amerikana, u llum nikteb “Brincat (aka Debrincat)”.

Bħala tfal konna mmorru l-Oratorju u niftakar lil Dun Pawl Micallef jurina s-slides – konna ngħidulhom ‘iċ-

Ċini’. Kont dejjem għand in-nanna Marija, u spiss kont immur għand Dun Ġorġ Faenza li flimkien ma’ ħutu kienu joqogħdu bieb ma’ bieb magħna. Fid-dar tagħhom – li kien xtara ‘ta’ Brunu’ – inkitbet ħafna mużika minn Mons. Giuseppe Farrugia ‘tal-Vers’ – fosthom l-Innu tat-Tridu u l-Antifona ta’ San Ġorġ.

Ġejt ordnat saċerdot mill-Isqof Ġużeppi Pace fis-6 ta’ April 1957, fil-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria. Miegħi ġew ordnati seba’ saċerdoti oħra: Dun Tumas Curmi millFontana, l-Arċipriet Mons. Carmelo Scicluna u Mons. Ġużeppi Gauci mill-Katidral, il-Kan. Ġużeppi A. Borg minn San Ġorġ bħali, Dun Ġużepp Debrincat mill-Munxar, u Dun Nazzareno Tonna miz-Żurrieq. Illum tlieta biss għadhom magħna.

L-Ewwel Quddiesa Solenni ċċelebrajtha fil-Bażilika ta’ San Ġorġ fit-12 ta’ Mejju 1957. Dakinhar il-parrinijiet tiegħi kienu Mons. Carmelo Grech – li kien tewmi ma’ ommi,

MEJJU-AWWISSU 2022 15 ATTWALITÀ
Il-Kanonku Ġorġ Debrincat tagħna għandna saċerdot li minkejja l-għomor 88, għadu jaqsam is-sena f’xhur fostna u oħrajn f’servizz pastorali fl-Istati Uniti tal-Amerika, fejn sa qabel ‘irtira’ qatta’ bosta u bosta snin f’diversi parroċċi, anki bħala kappillan. Dun Ġorġ Debrincat huwa eżempju sabiħ ta’ saċerdot impenjat li jibqa’ jaqdi lill-poplu ta’ Alla mqar fi xjuħitu. l-ewwel wild ta’ Franġisk Brincat u Helen Grech. fuq Omm u missier Dun Ġorġ fil-bews tal-idejn waqt il-Prima Messa tiegħu.

u għal ħafna żmien kien Prefett is-Seminarju –, u Mons. Franġisk Portelli, li kien ħabib ma’ missieri. Dun Franġisk u ħuh Ġużepp kienu benefatturi kbar ta’ San Ġorġ, u kienu involuti fil-bini tan-navi tal-Knisja parrokkjali tagħna f’nofs is-seklu 20.

Wara li ġejt ordnat saċerdot, ġejt assenjat biex nagħmilha ta’ Sagristan Maġġur flimkien ma’ Dun Nikol Vella Apap f’San Ġorġ. F’dak iż-żmien kien hemm ħafna saċerdoti San Ġorġ, u l-Arċipriet kien Mons. Mikiel Cefai. Dejjem xtaqt nikseb ftit esperjenza, tal-inqas għal xi snin, f’xi pajjiż ieħor. Billi kelli ħafna zijiet l-Amerika, qtajtha li nipprova u nara kif nista’ neżerċita l-ministeru saċerdotali tiegħi fl-Istati Uniti. L-Isqof Ġużeppi Pace, imqar jekk mhux b’tant ħeġġa, tani l-permess biex nemigra, jekk insib djoċesi li tilqagħni. Jien ktibt ittra lill-Arċidjoċesi ta’ Los Angeles, għax kont naf lil Dun Ġwann Mejlak, min-Nadur, li kien jinsab hemm. Xahrejn wara rċivejt risposta millKardinal Francis McIntyre, li fiha qalli li kien aċċettani, u li d-Djoċesi kienet irranġatli biex ikolli l-permess tas-soġġorn xħin nasal l-Amerika.

Dak li sa issa kien biss ħsieb fil-moħħ tiegħi, beda jsir realtà, u f’salt wieħed ħassejtni nibża’. Ridt ukoll nara kif se nikkonvinċi lil ommi, li kienet kontra l-pjan tiegħi li nemigra. Hi kienet konvinta li kont għaddej tajjeb hawn, naħdem f’San Ġorġ, u kelli wkoll il-passatemp tiegħi f’Marsalforn, kif ukoll lill-familja u l-ħbieb tiegħi. Imma niftakar lejl wieħed, waqt li kont rieqed, ħassejt xi ħadd itaptapli fuq spallejja. Ftaħt għajnejja u sibt lil ommi biswit is-sodda. “Ġorġ, jekk veru trid tmur l-Amerika, mhux se nkun jiena li nħassarlek”, qaltli. Niftakar li bkejt, u ma stajtx nerġa’ lura għall-irqad. Wara dan, il-familja kollha qablet li kelli mmur l-Amerika għal sentejn jew tlieta. Beda jkolli wkoll xi dubji jien stess għall-ħsieb li se nħalli art twelidi u mmur f’pajjiż barrani. Veru kont bejn ħaltejn, imma b’xi mod, il-preparazzjonijiet biex nemigra baqgħu għaddejjin bla nkwiet ta’ xejn, u bla ma kelli nagħmel affarijiet kbar.

Sifirt lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fis-16 ta’ Awwissu 1962. L-ewwel waqfa tiegħi l-Amerika kienet f’Detroit Michigan, fejn kienu joqogħdu żewġ zijiet – ħut missieri, Ġorġ u Karmenu Brincat – u ltqajt ma’ nies oħra mir-Rabat. Wara 15-il ġurnata f’Detroit, tirt għal California. Wasalt

Los Angeles u fl-ajruport sibt jilqagħni lil Dun Ġwann Mejlak. F’Los Angeles ġejt assenjat diversi parroċċi, fejn saċerdot li jkun jgħin lill-Kappillan (magħruf bħala ‘Assistant Pastor’) soltu jdum xi 4 snin. Servejt f’St Jerome f’Los Angeles, St Laurence Martyr f’Redonto Beach, f’Holy Angels f’Arcadia, f’St Julie f’Newbury Park, u f’Our Lady of Lourdes f’Tujunga. Waqt li kont f’dawn il-parroċċi, servejt ukoll fit-Tribunal Metropolitan taż-Żwiġijiet fl-Arċidjoċesi ta’ Los Angeles, l-ewwel bħala Defensor Vinculi u mbagħad ukoll bħala Mħallef. Ħdimt hemm darba fil-ġimgħa għal 25 sena sħaħ. Meta sirt Kappillan, irriżenjajt mit-Tribunal biex stajt nikkonċentra fuq il-ħidma fil-parroċċa.

Fit-2 ta’ April 1986 sirt Kappillan tal-Parroċċa talMadonna ta’ Lourdes, ħidma li rtirajt minnha fl-1 ta’ Jannar 2000. Mal-irtirar, mort ngħix ma’ saċerdot ħabib tiegħi, Fr John Foley, fil-parroċċa ġara tar-Redentur f’Montrose. Tliet snin wara, din il-parroċċa ġiet magħquda ma’ dik ta’ San Ġakbu ż-Żgħir f’La Crescenta, u saru parroċċa waħda b’kappillan wieħed. Dan iż-żmien noqgħod fid-dar parrokkjali ta’ San Ġakbu.

Dawk li kellhom ikunu sentejn jew tlieta biss fl-Istati Uniti, issa qabżu l-50 sena! Illum il-ġurnata rtirajt millamministrazzjoni, imma xorta għadni nqaddes ta’ kuljum, inqarar u nżur il-morda u l-anzjani. Jiena stess doqt il-mard u kelli żewġ inċidenti koroh bil-karozza, imma għall-grazzja ta’ Alla nħossni f’saħħti, u kull sena nieħu pjaċir ninżel Għawdex għal ftit xhur u ngawdi lil San Ġorġ.

MEJJU-AWWISSU 2022 16
Quddiesa tal-25 anniversarju presbiterali fil-Knisja tal-Madonna ta’ Lourdes, Tujunga, California. Jamministra l-Griżma tal-Morda waqt ċelebrazzjoni fil-Bażilika. ritratt: JJP Zammit

SISTEMA ĠDIDA TA’ ILLUMINAZZJONI

Wara li aktar kmieni din is-sena tlesta x-xogħol ta’ restawr tal-faċċata u l-koppla, kien imiss fażi oħra mill-proġett, dik ta’ illuminazzjoni ġdida.

Il-Parroċċa ta’ San Ġorġ ħasbet li wara xogħol daqshekk imprezzabbli ta’ restawr, bix-xieraq li dan ikun jitgawda blaħjar mod possibbli anki billejl. Kien għalhekk li applikat mal-Ministeru għal Għawdex biex tiġi ffinanzjata sistema ġdida ta’ illuminazzjoni.

Il-Parroċċa ħarġet sejħa pubblika għal kull min ried japplika biex jinstalla sistema ġdida ta’ illuminazzjoni, li fetħet fis-6 ta’ Marzu 2021 u għalqet fis-27 ta’ Marzu. Wara li tlaqqa’ bord ta’ evalwazzjoni, ġiet magħżula Richard Cauchi – M&E Contractor bħala l-kumpanija li tagħmel ixxogħlijiet kollha. Kien imiss imbagħad numru ta’ laqgħat bejn il-kuntrattur u diversi persuni mill-Parroċċa biex jiġi ffinalizzat il-programm ta’ xogħlijiet li kellu jieħu numru ta’ ġimgħat. Wara kellu jsir l-ordni tad-dawl kollu biex jitqiegħed madwar l-istruttura kollha tal-faċċata, il-koppla u l-kampnari.

Kien fit-3 ta’ Ġunju 2022 li beda jiġi installat id-dawl tal-binja tal-Bażilika. Kien hemm bżonn numru ta’ ġimgħat biex jiġu mgħoddija s-servizzi kollha ta’ wajers, twaħħil ta’ fittings u xogħol ieħor relatat.

Is-sistema tad-dawl inxtegħlet l-ewwel darba fil-11 ta’ Lulju, ftit jiem qabel il-Festa ta’ San Ġorġ. Fil-ġimgħat ta’ wara baqa’ jsir xi xogħol żgħir relatat mal-irranġar ta’ fittings.

It-total tal-ispiża tal-proġett ta’ illuminazzjoni kien ilaħħaq il-€91,544.84, bil-Ministeru għal Għawdex iħallas 95% tal-ispiża.

Bix-xieraq li nuru r-ringrazzjament lill-Ministeru għal Għawdex u lid-Dipartiment ta’ EkoGħawdex għas-sapport f’dan il-proġett.

MEJJU-AWWISSU 2022 17
PROĠETTI
Andrew Formosa

PANIĠIERKU TAL-1807

LILL-ECCE HOMO

L-EWWEL PARTI: TRASKRIZZJONI MILL-ARKIVJU TAL-PARROĊĊA (8)

Fl-Arkivju Parrokkjali tagħna għandna għadd ġmielu ta’ prietki bil-Malti ta’ Mons. Ġużeppi Farrugia (Tal-Vers) li nkitbu bejn l-1875 u l-1923. Minbarra l-valur pastorali ta’ dawn il-prietki, jista’ għandhom ukoll valur lingwistiku, għaliex jekk xi darba jsir studju fuqhom inkunu nafu x’tibdil seħħ fil-lingwa tagħna f’dawn il-mitt sena minn meta nkitbu. Il-prietki huma miktuba bil-Malti ta’ qabel ma kienet stabbilita l-Grammatika Maltija, jiġifieri bl-ortografija Taljana. Fil-fatt, mad-daqqa t’għajn wieħed faċilment jista’ jaħseb li huma bit-Taljan, speċjalment minħabba l-fatt li t-titlu huwa bit-Taljan jew bil-Latin. Għandna wkoll paniġierku bil-Malti ddedikat lil Ġesù quddiem Pilatu wara li kien ifflaġellat, li nkiteb fl-1807 u li jiena nqis bħala teżor żgħir. Fl-2015, Saoirse Casha, studenta tal-Malti fl-Università ta’ Malta, ippreżentat it-teżi tagħha Analiżi lingwistika ta’ żewġ prietki minn Għawdex tal-bidu tas-seklu dsatax. Waħda mill-prietki, jew aħjar paniġierki, “Paneg. Del’Eccehomo” tal-1807, tinsab fl-Arkivju tal-Parroċċa tagħna, filwaqt li t-tieni waħda, “Orazione Panegirico ad onor della Beata Vergine Maria nella Concezzione Macula Non Est In Te”, tinsab fl-Arkivju tal-Parroċċa tal-Qala.

F’dan l-artiklu se nislet mit-teżi, bil-permess ġentili tal-awtriċi, partijiet mill-analiżi tagħha dwar il-paniġierku li jinsab fil-Parroċċa tagħna, bil-ħsieb li nitfa’ dawl fuq xi żviluppi li seħħew fil-lingwa tagħna fil-mitejn sena minn meta nkiteb dan il-paniġierku. L-ewwel parti se tkun traskrizzjoni tal-paniġierku bil-Malti modern, u t-tieni parti se tkun l-analiżi lingwistika li għamlet Saoirse Casha.

Mhux għal ħaġa oħra nidher quddiemkom f’din il-lejla, o N.N., ħlief biex nimpenjakom tikkonsidraw bid-devozzjoni kollha ’l Sidna Ġesù allura meta Pilatu minn loġġa tal-palazz tiegħu ppreżentah b’kuruna tax-xewk f’rasu, b’ċewlieħa ta’ porpra fuq spallejh, u b’qasba f’idejh minflok xettru bħal[a] sultan tad-daħk quddiem dak il-poplu tal-Lhud, li kien miġmugħ filmisraħ tal-istess palazz. Għaliex meta aħna nikkonsidraw devotament li Sidna Ġesù sofra dana l-pubbliku diżunur b’dawk iċ-ċirkostanzi li akkumpanjawh, u sofrieh biex jifdina mill-jasar tad-dnub, tafu x’jiġrilna? Inħossu li qalbna tmiss tobgħod id-dnub kaġun ta’ tant diżunuri ta’ Ġesù, u li tirsolvi tħobb ’il dana r-Redentur għal tant ħniena tiegħu magħna. U dana huwa verament daka, li l-Iben ta’ Alla jippretendi minna wara li sofra tant, u tant bata għalina. Infatti biex huwa jħajjarna nagħmlu daqstant, ġiegħel l-ewwel nett, li diversi servi tiegħu maħbubin jimpenjawna bl-eżempju tagħhom nipprattikaw din id-devozzjoni, u b’diversi grazzji mbagħad ħallas ’il dawk li [?] eżerċitaw irwieħhom fiha bħalma kien xieraq. La hekka huwa mela, o N.N., mingħajr telf ta’ żmien ieħor ingħaddi nistendinkom taraw:

1. kemm afflizzjoni kbar sofra Ġesù meta Pilatu minn loġġa ppreżentah quddiem il-Lhud bħal[a] sultan tad-daħk u

2. infittex infissrilkom dak li intom għandkom tagħmlu għall-istess Ġesù wara li huwa f’dina l-okkażjoni tant għamel għall-fidwa tagħkom.

U biex fdattant il-kliem tiegħi jirnexxi bi glorja ta’ Ġesù stess, u b’ġid tar-ruħ tagħkom nitlobkom tisimgħuni blattenzjoni kollha. Nibdew.

Il-President Pilatu, o N.N., ġieb ruħu wisq ħażin meta għamilha ta’ mħallef fil-kawża ta’ Ġesù, għaliex con tutto li għaraf ben tajjeb, li Ġesù kien innoċent[i] f’dak kollu li l-Lhud jigżawh quddiemu puru għamilhu bosta inġustizzji, u kollha akbar waħda mill-oħra.

Waħda minn dawna l-inġustizzji kienet dika, meta ħadu miegħu fil-loġġa tal-palazz b’kuruna tax-xewk f’rasu u b’ċewlieħa ta’ porpra fuq spallejh, u b’qasba f’idejh minflok xettru, u b’dawna ż-żewġ kelmiet Ecce Homo stieden ’il Lhud, li kienu miġmugħin fil-misraħ ta’ hedaka l-Palazz, biex josservaw il-miżerja kbira, fi fiha kien wasal bilkrudeltà tagħhom u, ma jissoktawx iżjed jippersegwitawh għaliex għad li b’fini tajjeb Pilatu ħa dana l-pass, bih ció non ostanti tant wisq kbir għamel lil Ġesù: għax mingħajr bżonn iddiżonorah hekka fil-pubbliku, u b’dan il-mod kien kaġun ta’ bosta afflizzjoni, u ta’ afflizzjoni wisq kbar talistess Ġesù.

1. U tafu l-għala, o N.N.? Għaliex meta Ġesù ra ruħu obbligat jagħmel kumparsa [bħala] sultan tad-daħk f’dik ilbelt stess ta’ Ġerusalemm, fejn qabel kien ikkonsidrat bħal oraklu ta’ Alla, u miżmum bi bniedem, li dan Alla f’idejh reħa l-omnipotenza tiegħu u onorah bħal Gran Profeta, u bħal persunaġġ mibgħut mis-sema biex isalva d-dinja, afflizzjoni wisq kbira pprova fil-qalb tiegħu. U bir-raġun, għax jgħid S. Zenuni illi lill-persuna nobbli, għarfa, u tajba, id-diżunuri li jingħamlilha pubblika huma piena akbar millmewt stess.

Infatti fis-Sagra Scrittura aħna naqraw, li meta Sansun ġie obbligat b’għajnejh maqlugħa jservi fit-tempju talFilistej b’oġġett tad-daħk tagħhom, ħass piena hekka qawwija, li kkuntenta aktarx isofri l-mewt stess, inklilè dika l-piena, u għalhekka nsibu li huwa ġarraf fuqu, u fuq it-tlett elef Filistej li hemm ġewwa jiddieħku bih daka t-tempju, billi qanqal it-tnejn iż-żewġ kolonni li fuqhom kienet tpoġġi l-fabrika kollha tal-istess tempju. Hekka laħaq għamel Sansun xħin ra ruħu diżonort fil-pubbliku. Eppuru huwa ma kienx ħlief bniedem biss, u għad li anġlu tas-sema għarraf ’l ommu, li kellha toħroġ tqila bih, u meta

MEJJU-AWWISSU 2022 18

mbagħad twieled ġie mbierek mn’Alla, ma kienx però ġie mir-razzett is-slaten.

Imma Ġesù mhux biss bħal bniedem kien imnissel minn persunaġġi l-aktar kbar imma ngħid mill-antiki Patrijarki, u minn dawk il-kaptani li bil-valur tagħhom iddefendew l-Arka tat-Testment Antik, u minn dawk is-slaten, li permezz talprofeti Alla kien qiegħed il-kuruna fi rjushom, ma bħal Iben ta’ Alla kien dippiù s-Sultan tas-sema u l-art li jagħti, u jmantni x-xettri f’idejn is-slaten kollha, kien il-kreatur talħlejjaq kollha, li tant jirrispettaw, u b’wiċċhom fl-art jadoraw l-anġli kollha tas-sema; u għalhekka persunaġġ hekk kbir, u ta tant dinjità ma setax ma jaffliġġix ruħu wisq, meta filpubbliku ġie obbligat jagħmel kumparsa [bħala] ta’ sultan tad-daħk.

2. U aktar żdiditlu hedina l-afflizzjoni billi f’dina l-kumparsa pubblika u diżonorata deher imgħarwen (għarwien). Imgħarwen ukoll iva, o N.N., allura deher Ġesù; għaliex kif il-manigoldi taħt il-porpra ma kin[u]x ħallewlu biex jinsatar (jitgħatta), xħin quddiem misraħ Lhud ġie ppreżentat bħal[a] sultan tad-daħk ġie quddiemhom fl-istess żmien deher bħalma twieled mn’ommu. Eh iva, o N.N., dak Ġesù, li libbes is-sema bil-ġmiel ta’ tant kwiekeb, li kesa l-art b’tant xorti ta’ fjuri, u li satar ukoll bl-isplenduri ’l S. Agnesa, ’l S. Barbra, ’l S. Flavia, u ’l diversi xebbiet oħra mgħarwnin mit-tiranni għax servi tiegħu fidili, minħabba fina sofra d-diżunur, li quddiem ġemgħa ta’ poplu kbir ġie minn loġġa ppreżentat mhux bħal re tad-daħk biss, ma mgħarwen ukoll.

Għal dana l-għera kemm afflizzjoni pprova Ġesù filqalb tiegħu minn dana tistgħu b’xi mod tifhmuh, o N.N., li jekk kieku xi bint sultan, li tkun wisq onesta tiġi bilfors imgħarwna, u ppreżentata fuq palk quddiem ġemgħa nies, hedina x-xbejba f’qalbha tiġi jkollha piena tali, li ħdejha

ħaġa ta’ xejn tidhrilha l-mewt stess. Aħsbu mmela, o N.N., kemm aktar kienet l-afflizzjoni tal-Qalb ta’ Ġesù, meta huwa li ma huwiex [?] hu nobbli, u onest daqsu, ra ruħu mgħarwen kafar ta’ poplu sħiħ.

3. Ma spiċċawx però hawna l-afflizzjoni ta’ Ġesù; għaliex hekk kif huwa [kien] ippreżentat mil-loġġa ta’ Pilatu bħal[a] sultan tad-daħk, u mgħarwen, ra u sema’ l-istrapazzi, li bdew jagħmlulu l-Lhud, rahom, u smagħhom jiddieħku bih dawk il-Lhud li bi tant imħabba kienu minnu għal tant żmien inkaminti fit-triq tas-salvazzjoni, dawk ilLhud, li kienu benefikati minnu b’tant mirakli, u mirakli wisq kbar. Anzi rahom, u smagħhom jitolbu ’l Pilatu bi kemm vuċi kellhom, biex jikkundannah ikun mislub; u ingratitudni tagħhom hekka kbira, barra mit-terminu affliġġiet il-Qalb ta’ Ġesù.

Imma kif fdattant intom, o anġli tas-sema, sofrejtu ingratitudni hekka kbira ta’ dawk il-Lhud kontra ta’ Sidtkom Ġesù, u qgħadtu b’idejkom marbuta? Kif ma nżiltux tagħmlu vendetta minnhom? Eh, o N.N., ma niżlux l-anġli mis-smewwiet jivvindikaw irwieħhom minn dawk il-Lhud, għax ma riedx Ġesù jikkastigahom dik is-siegħa. Li allura huwa ried jitħallas minnhom għal delitt hekka kbir għatta b’kelma biss mingħajr il-ministeru tal-anġli; ma riedx però, għax b’sofferenza ta’ tant affronti, u hekka kbar ried jagħti sodisfazzjon lill-ġustizzja ta’ Missieru Alla għal mankanzi (nuqqasijiet) tagħna. Hekka għaraf iħobbna b’dan il-mod ried isewwi l-erruri (żbalji) tagħna: daqstant laħaq għamel għalina li b’dnubietna konna in disgrazzja tiegħu. Min qatt kien jaħseb, li Bin Alla kellu għalina jilħaq jagħmel daqstant?

Ħadd, o Ġesù maħbub tagħna, ħadd ma kien jaħseb, li inti Sidna tagħmel kemm għamilt għalina servi tiegħek miżerabbli, wara li konna ħatja tal-kastigi tiegħek. Barra mitterminu għalhekka ninsabu obbligati lejk; u għaldaqstant b’qalbna kollha niżżuk ħajr għal tant ħniena u mħabba, li bihom ittrattajt magħna u niżgurawk, li ma nixtiqukx ħaġa oħra ħlief, li nuruk l-akbar korrispondenza tagħna. Imma biex nagħmlu kemm nixtiequ, inti għinna, o Sinjur; għax xejn ma nistgħu nagħmlu mingħajr il-għajnuna tiegħek. Nirposaw.

Limosina. Dak l-istat ta’ Ġesù, li fuqu tħaddit magħkom s’issa, o N.N., juri biżżejjed kemm għamel huwa għall-ġid tagħkom. Ad onur immela ta’ dana Ġesù agħmlu nitlobkom limosina abbondanti, biex hekka tibdew tagħmlu xi ħaġa għal min tant għamel għalikom.

2da Pte.

Meta wieħed jara ruħu wisq obbligat lejn xi persuna, o N.N., l-ewwel ħaġa li jaħseb, u jirsolvi jagħmel, tkun li jfittex juriha l-gratitudni ta’ qalbu. Aħna infatti naqraw fis-Sagra Scrittura li meta Tobjas u ibnu Tobjolu raw irwieħhom wisq obbligati lejn l-arkanġlu Rafel, bdew bejniethom jikkonsiljaw x’kellhom ituh għal tant benefiċċji, li kien għamlilhom.

Intom immela, o N.N., li ġa kkonoxxejtu kemm tinsabu obbligati lejn Ġesù għal dawk il-bosta afflizzjoni, li huwa

MEJJU-AWWISSU 2022 19

L-ewwel paġna tal-paniġierku. It-titlu huwa bit-Taljan kif kienet id-drawwa ta’ dak iż-żmien.

sofra għal dnubietkom meta ġie minn Pilatu ppreżentat quddiem tant Lhud bħal[a] sultan tad-daħk, ma tistgħux ma jkollkomx sentimenti wkoll tal-gratitudni lejh: u għalhekka ftit qabel jiena żgurajtu a nom tagħkom, li tixtiequ turuh ilgratitudni kollha ta’ qalbkom.

Ma tafu fdattant fiex għandha tikkonsisti dina l-gratitudni li biha għandkom miegħu tikkorrispondu? Biex fuq dana l-punt infisser ruħi magħkom bi ftit kliem, ingħidilkom, li bi żewġ ħwejjeġ jeħtiġilkom tkunu grati ma’ Ġesù. L-ewwel ħaġa hija, li tobogħdu d-dnub kaġun ta’ tant afflizzjoni ta’ Ġesù, u tfittxu twarrbu mill-istess dnub bħalma twarrbu kieku minn quddiem serpent. It-tieni ħaġa hija, li tfixxu tosservaw puntwalment il-liġi mqaddsa tal-istess Ġesù, u l-obbligi tal-istat tagħkom. Dina hija l-gratitudni li għandkom turu lir-Rendentur tagħkom Ġesù.

Hekka infatti naqraw fl-istorja li ġiebu rwieħhom f’ħajjithom il-qaddisin, biex urewh il-gratitudni tagħhom: u bħalhom għandkom tagħmlu intom; għax daka li huwa miktub fl-istorji tal-qaddisin, għat-tagħlim tagħna kien miktub fihom.

Ma hawna rrid, li tafu, li mhux għal ftit żmien għandkom tipprattikaw kemm qiegħed inwissikom, ma għal ħajjitkom kollha; għax jekk tibdew toperaw bħalma rrakkmandajtilkom, ma tissoktawx hekka sal-mewt, tiġu minn Ġesù kkastigati. Għall-kuntrarju jekk tibdew tkunu grati miegħu bil-mod li għallimtkom, u hekka tikkontinwaw

tagħmlu sa ma tpartu minn dina d-dinja, huwa mhux biss intom u ħajjin jikkonsagrakom bil-grazzja tiegħu, u jħariskom mill-perikli u jieqaf magħkom f’kull bżonn ieħor; ma wara mewtkom ukoll ihennikom miegħu fil-ġenna għall-eternità kollha.

Tabilħaqq li d-dimonju fdattant jagħmel l-isforzi tiegħu kollha biex intom ma tgawdux ġid hekka kbir la f’ħajjitkom u inqas wara mewtkom: intom però ma għandkomx tħallu li l-għadu jqarraq bikom,u għalhekka fittxu kunu valurużi f’dina l-gwerra, u bil-kuraġġ kollu kkumbattu ma hedaka serpent antik; għax hekka jirnexxilkom tirbħu s-saltna talġenna li ma tispiedi qatt.

Jiena nitma fit-tjieba tagħkom, li biex tkunu grati ma’ Ġesù ma tagħmlux xorta oħra milli qiegħed inwissikom; għax tant appuntu minnkom huwa jippretendi, biex wara li fdiekom bi tant tbatija, ihennikom miegħu għal dejjem fil-glorja tal-ġenna.

…jissokta fil-ħarġa li jmiss

Noti

1 Ċaruta li l-furnar juża biex inaddaf il-forn, fil-kuntest tfisser biċċa drapp imqatta’.

2 Kelma qadima għal ‘pjazza’.

3 Verb arkajk ġej mit-Taljan, fil-Malti modern ngħidu ‘tiddeċiedi’.

4 Hekka kienet tintuża flok il-forma ‘hekk’ li tingħad fil-Malti modern; Serracino Inglott jistqarr li hi għamla enfatika ta’ ‘hekk’ li ftit għadha tingħad għax hi forma pompuża. Forma qadima oħra hi hekda.

5 Fdattant: (=fi+dan+it+tant) kelma arkajka, fil-kuntest tfisser ‘bħalissa’.

6 Fil-kuntest tfisser ‘akkużawh’.

7 Forma twila tal-pronom dimostrattiv ‘dak’; Serracino Inglott jistqarr li dawn ilforom jintużaw dejjem fit-taħdit pompuż, ngħidu aħna fil-prietki.

8 Nom Rumanz li ma daħalx jew inqata’ mit-taħdit.

9 Verb ġej mit-Taljan, fil-kuntest ifisser ‘ġarrab’.

10 Forma arkajka ta’ ‘inkella’.

11 Forma qadima tal-plural ġejja mit-Taljan, fil-Malti modern ngħidu ‘Filistin’.

12 Nom arkajk ġej mit-Taljan, fil-Malti modern ngħidu ‘bini’.

13 Fil-paniġierku għandha t-tifsira litterali ‘minn Alla’, imma fil-Malti modern din il-frażi ħadet tifsira idjomatika f’sens li wieħed ikollu xorti tajba.

14 Forma twila tal-pronom dimostrattiv ‘dan’.

15 Partiċipju passiv kwadrilitteru Semitiku qadim mibni fuq il-mudell m1v23v4 (in-numri jirrappreżentaw l-ordni tal-konsonanti tal-verb (f’dan il-każ Għ-R-W-N), l-‘m’ hija tal-partiċipju passiv, u l-‘v’ hija l-vokali).

16 Fil-kelma smahhom (semagħhom) il-vokali atona qasira u f’sillaba miftuħa taqa’, drawwa tad-djalettali tal-Magreb.

17 Verb arkajk ġej mit-Taljan, fil-Malti modern ngħidu ‘jivvjaġġaw’.

18 Verb arkajk ġej mit-Taljan, fil-Malti modern ngħidu ‘nagħmlu waqfa qasira’.

19 Kelma arkajka ġejja mil-Latin, fil-Malti modern ngħidu ‘karità’.

20 Verb arkajk ġej mit-Taljan, fil-Malti modern ngħidu ‘tkomplu’.

21 Verb arkajk ġej mit-Taljan, fil-Malti modern ngħidu ‘tħalli’.

22 Verb arkajk ġej mit-Taljan, fil-Malti modern ngħidu ‘tispiċċa’.

MEJJU-AWWISSU 2022 20
Il-prietki bil-Malti ta’ Mons. Giuseppe Farrugia (Tal-Vers) fl-Arkivju tal-Bażilika ta’ San Ġorġ.

SEHEM L-ARĊIPRIET

ALFONS M.

HILI FL-EWWEL PARLAMENT MALTI (3)

...jaqbad mill-aħħar ħarġa

Fil-25 ta’ Frar 1924, Mons. Alfons M. Hili ħa sehem fiddibattitu dwar “Diskors ta’ Sir Gerald Strickland fuq l-Abbozz ta’ Liġi dwar it-Titli Pontifiċji”. Naraw kif żvolġa dan id-dibattitu:

Mons. Alfonso M. Hili: Nitlob il-permess li naqra żewġ ittri, fuq talba kemm tal-E.T. l-Isqof ta’ Għawdex, kif ukoll tar-Rev. Kapitlu tal-Katidral ta’ Għawdex, li huma nota ta’ ċensura fuq dak li qal Sir Gerald Strickland… Onor. Membri: Ordni, ordni. Mons. Alfonso M. Hili: …fis-seduta tal-31 ta’ Jannar li għadda.

Il-Prof. Augusto Bartolo: Nista’ nistaqsi jekk l-Onor. Membru hux in order li jpoġġi fuq il-Mejda dawn l-ittri, speċjalment issa li, bl-awtorità tal-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof, li kkundanna l-ewwel diskors ta’ Sir Gerald, Sir Gerald irtira formalment u bla kundizzjoni l-kliem inġurjuż? Jekk dan ikun stabbilit bħala preċedent, aħna nitolbu l-permess biex inpoġġu fuq il-Mejda ittri li jirreferu għal membri ta’ din il-Kamra. Iżda, apparti li kien hemm l-irtirar bla kundizzjoni u assolut ta’ dak il-kliem, jiena ngħid li mhux in order li jaqra dawn id-dokumenti, minkejja l-awtorità għolja li ġejjin minnhom, u li jpoġġihom fuq ilMejda tal-Kamra.

Il-Konti Sir Gerald Strickland: Imisshom jintbagħtu lillKamra mill-Isqof direttament u mhux permezz ta’ Mons. Hili.

L-Ispeaker (Salvatore Borg Olivier): Minkejja l-mertu ta’ dak li hemm f’dawn l-ittri, billi tqajjem dan il-punt ta’ ordni, ikolli ngħid lill-Kamra li sa dan il-jum il-membri kellhom kull dritt li jpoġġu dokumenti fuq il-Mejda. Jien ma naqbilx ma’ dan u qatt ma qbilt, iżda qed nimxu fuq il-proċedura li kien hemm fi żmien il-predeċessur tiegħi. Għalhekk il-membri kollha għandhom il-libertà kollha li jpoġġu dokumenti fuq il-Mejda; u billi s’issa kien hemm din il-fakultà lill-membri kollha bla diskriminazzjoni, mhux se nkun jien li ninnega lill-Onor. Hili (approvazzjoni); imma nitlob lill-Onor. Hili li jpoġġi fuq il-Mejda l-ittri mingħajr ma jkollu għalfejn jaqrahom.

Mons. Alfonso M. Hili: Jien nemmen li jkun aħjar li naqrahom, biex kulħadd ikun jaf x’fihom.

L-Onor. Dr Giovanni Adami: Inqraw affarijiet ta’ interess privat, u ma nafx kif affarijiet ta’ din l-importanza ma jistgħux jinqraw.

L-Ispeaker: Il-Kamra hi sovrana u tista’ tordna li jinqraw. F’idejn il-Kamra li tiddeċiedi.

L-Onor. Dr Giovanni Adami: Dawn l-ittri jinteressawna aktar mill-kontijiet tal-Iskwadra Ġappuniża.

Dr Giuseppe Micallef: Nissekonda l-proposta ta’ Mons. Hili li dawn l-ittri jinqraw lill-Kamra.

L-Ispeaker: Mhux permess li jsir dibattitu fuq din ilmozzjoni. Inpoġġi għall-voti l-mozzjoni li dawn l-ittri jinqraw lill-Kamra.

Saret il-votazzjoni fuq il-mozzjoni ta’ Mons. Hili bir-riżultat 19 favur u 9 kontra.

Ivvutaw favur l-Onor. Giovanni Adami, Carmelo Bugelli, Luigi Borg, Michael Borg, Paolo Borg Grech, Francesco Buhagiar, Enrico Dandria, Antonio Dalli, Vincenzo Farrugia, Francesco Ferris, Alfons M. Hili, Alfredo Mattei, Giuseppe

MEJJU-AWWISSU 2022 21
STORJA
Anton Farrugia

Micallef, Arturo Mifsud, Ugo P. Mifsud, Carmelo Mifsud Bonnici, Enrico Mizzi, Leone Portelli u Emmanuele Said.

Ivvutaw kontra l-Onor. Augusto Bartolo, Giovanni Bencini, Michael Dundon, Alfred Gera de Petri, Robert Hamilton, Charles Sydney Henry, Walter Salomone, Gerald Strickland u Edwin Vassallo.

Il-mozzjoni għaddiet.

L-Ispeaker: Tista’ tibda taqra l-ittri.

Mons. Alfonso M. Hili (jaqra): Palazz Veskovili

21 ta’ Frar 1924

Reverendissmu Monsinjur, Billi issa, bil-pubblikazzjoni tad-Debates, kien ikkonfermat dak li kien qed jingħad, ta’ inġurji gravi magħmula fis-Seduta tal-31 ta’ Jannar ta’ din is-sena fl-Assemblea Leġislattiva, lill-Q.T. il-Papa mis-Sur Konti Gerald Strickland, hu d-dover tiegħi li nesprimi pubblikament id-dulur profond tiegħi u nipprotesta kontra dawn l-atti tant mistmerra. Hu wisq duluruż il-fatt li fl-ewwel Parlament Malti, li l-ewwel att tiegħu kien, b’tant tifħir, li jiddikjara u jipproklama r-Reliġjon ta’ Malta (tant ġeluża għallkattoliċità tagħha, u rinomata għal dan id-don divin) hi r-Reliġjon Kattolika Appostolika Rumana, iqum Deputat u jinġurja lill-Kap Awgust ta’ din l-istess Reliġjon, bi skandlu għall-poplu. Bir-raġun kollu l-fidili, feruti fis-sentimenti l-aktar għeżież tagħhom, kienu rrabjati għall-awtur ta’ dan l-għajb moqżież.

Meta s-Sur Konti Strickland insulentani personalment u pubblikament, jien ma ilmentajtx, anzi bqajt sieket. Imma issa, meta għandna inġurji gravissmi kontra l-Q.T. il-Papa, il-Vigarju tas-Sinjur Tagħna Ġesù Kristu, l-Uffiċċju tagħna ta’ Ragħaj jobbligana li nwiddbu u nikkundanaw, kif qed nagħmlu b’din l-ittra, il-kliem inġurjuż lill-Papa u l-Kurja tiegħu mlissna mis-Sur Konti Strickland flimsemmija Seduta. Intant, għażiż Sur Vigarju, f’tant imrar hemm il-konsolazzjoni tal-għajb, li bih il-poplu laqa’ l-att imprudenti tas-Sur Konti; u nispera li dan iġib konsolazzjoni fil-qalb muġugħa tal-Q.T. blassigurazzjoni li qed nagħmlulu, tal-ubbidjenza bla limitu u l-qima kollha tagħna, tal-Kleru u talPoplu suġġett għalina, lejn il-Persuna Awgusta u Sagra Tiegħu.

Nibqa’ dejjem distintamament, Tiegħek f’Ġesù Kristu, Fra Giov. M.

Isqof Lill-Ill.mu u Rev.mu Mons. Francesco Camenzuli, Vig. Ġen. (Approvazzjoni).

Ir-Rev.mu Kapitlu tal-Katidral imlaqqa’ llum f’seduta straordinarja, sema’ u kkonferma l-aħbar

duluruża tal-offiżi gravissmi li saru fil-Parlament kontra l-prestiġju tal-Papa Sovran feliċement renjanti u lill-E.T. Mons. Isqof ta’ Għawdex, bħala titolat pontifiċju, minn Sir Gerald Strickland, Kap tal-Partit Kostituzzjonali; billi din mhix l-ewwel darba li dan is-Sinjur kien ħati u responsabbli ta’ offiżi simili kontra rappreżentanti tal-Knisja u istituzzjonijiet ekkleżjastiċi; billi hu meħtieġ li jitwaqqfu dawn l-attentati kontra s-solidità tal-Fidi Kattolika Appostolika Rumana u r-rispett profond mistħoqq lill-Ministri kollha tagħha, u speċjalment, u fl-ewwel post lillVigarju ta’ Ġesù Kristu u lir-rappreżentant tiegħu f’din id-Djoċesi; billi kull Kattoliku denn tal-isem hu fid-dmir li jirrikonoxxi u japprezza t-titli kollha u lil dawk kollha li għandhom titlu pontifiċju, mogħtija u li jistgħu jingħataw mill-Papa, u għalhekk jistħoqqlu ċanfira kbira kull min, direttament jew indirettament, jostakola dan ir-rikonoxximent u, iktar agħar, ipoġġi għar-redikolu, kif għamel Sir Gerald Strickland fil-Parlament f’iżjed minn seduta waħda, iżda fuq kollox fis-seduta tal-31 ta’ Jannar li għadda, wisq iżjed meta fil-każ talmaħbub Isqof tagħna t-titlu nobiljari ngħatalu mill-Qdusija Tiegħu għal merti esklussivament reliġjużi; jirrisolvi b’akklamazzjoni: 1el jipprotestaw bil-qawwa kollha kontra l-imsemmija offiżi minn Sir Gerald Strickland, Kap tal-Partit Kostituzzjonali, lill-Papa u lill-E.T. irRagħaj ta’ din id-Djoċesi, Konti Ruman; 2ni jfaħħru l-inizjattiva meħuda mill-Onor. Av. Enrico Mizzi, Deputat għal Għawdex u Kap talPartit Demokratiku Nazzjonalista…

Onor. Membri: Oh! Oh!

Il-Prof. Dr Augusto Bartolo: Waqa’ l-ass.

Mons. Alfonso M. Hili: Biżżejjed.

Il-Prof. Dr Augusto Bartolo: X’biżżejjed! Mhux l-Isqof li qed jitkellem.

Onor. Membri: Ordni.

Mons. Alfonso M. Hili: Qed nitkellem f’isem l-Ordinarju.

Onor. Membri: Ordni.

Il-Prof. Dr Augusto Bartolo: Hi l-politika li qed titkellem hemm. Fejn hu l-Isqof?

Onor. Membri: Ordni.

Mons. Alfonso M. Hili: Biżżejjed, ieqaf.

Onor. Membri: Ordni.

Il-Prof. Dr Augusto Bartolo: Din il-‘biżżejjed’ hi l-maiden speech tiegħu.

Dr Carmelo Mifsud Bonnici: Ma għandekx dritt tinsulta lil ħadd.

Dr Enrico Mizzi: Sur President, l-Onor. Mons. Hili kellu espressament mill-E.T. l-Isqof ta’ Għawdex il-mandat li

MEJJU-AWWISSU 2022 22

jippreżenta l-ittra tiegħu ta’ protesta lil din l-Assemblea; jien tajtu l-inkarigu li jippreżenta r-riżoluzzjoni tar-Rev. mu Kapitlu Djoċesan ta’ Għawdex: għalhekk Mons. Hili jirrappreżenta f’dan il-waqt lill-Isqof u lill-Kapitlu u kull offiża lilu hi intiża lill-Isqof u lill-Kapitlu. Aħna nipprotestaw kontra dan l-aġir tal-Partit Kostituzzjonali. Mons. Alfonso M. Hili (jaqra): 2ni jfaħħru l-inizjattiva meħuda mill-Onor. Avukat Enrico Mizzi, Deputat għal Għawdex u Kap talPartit Demokratiku Nazzjonalista, sabiex jikseb permezz tal-liġi minnu proposta, ir-rikonoxximent uffiċjali tat-titli pontifiċji; 3et li tintbagħat din ir-Riżoluzzjoni sew lill-Em.T. il-Kardinal Segretarju tal-Istat bit-talba li jpoġġiha umilment f’riġlejn il-Qdusija Tiegħu, kif ukoll lill-E.T. l-Isqof, u fl-aħħar lill-Onor. Avukat Enrico Mizzi biex jogħġbu jikkomunikaha lill-Assemblea Leġislattiva, u jinkarigaw lill-Mons. President biex iwettaq din id-deċiżjoni bil-mod l-aktar konvenjenti għalih. Arċidjaknu Luigi Vella, President. Mill-Awla Kapitulari tal-Katidral ta’ Għawdex 21 ta’ Frar 1924

Saċ. Em.le Grech Kanċillier

Il-Prof. Dr Augusto Bartolo: Għandi nifhem li l-azzjoni talKamra hi limitata biss għall-qari ta’ dawn l-ittri, jew se jkun hawn dibattitu?

L-Ispeaker: Fil-preżentazzjoni ta’ dokumenti mhux permess dibattitu.

Il-Prof. Dr Augusto Bartolo: Għalhekk ħa jkun innotat li s-silenzju tagħna m’għandux ikun interpretat bħala kunsens. B’rispett għall-Awtorità Ekkleżjastika, jien m’iniex se nikkritika l-ittra ta’ Mons. Isqof ta’ Għawdex, għalkemm skont l-opinjoni umli tiegħi…

L-Ispeaker: Ma tistax tesprimi opinjoni meta ma hemmx lok ta’ dibattitu.

Il-Prof. Dr Augusto Bartolo: Mela nitlob permess li nipprotesta kontra l-indħil żejjed tal-Kapitlu tal-Katidral ta’ Għawdex f’affarijiet purament politiċi.

Mons. Alfonso M. Hili: Għandna kull dritt li nagħmluhom.

Il-Prof. Dr Augusto Bartolo: Le, aħna nipprotestaw meta l-Kapitlu jgħid li dan l-Abbozz…

Onor. Membri: Ordni, ordni, President.

Il-Prof. Dr Augusto Bartolo: …Aħna nipprotestaw minkejja kulħadd.

L-Ispeaker: Il-Kamra jkollha ċans turi l-opinjoni tagħha meta jerġa’ jinġieb quddiemha dan l-Abbozz. Dakinhar fil-Kumitat kull membru jkun jista’ jgħid li jrid.

Il-Prof. Dr Augusto Bartolo: Hi tal-mistħija tagħmel ilpolitika bir-reliġjon!

Dr Carmelo Mifsud Bonnici: Hu tal-mistħija li tippubblika ittri tal-mażunerija u tattribwihom għalina.

Fl-24 ta’ Marzu 1924, meta kienu qed jiddiskutu l-Abbozz ta’ Liġi dwar ir-Rikonoxximent tat-Titli Pontifiċji, Mons. Hili għamel dawn ir-rimarki: Mons. Alfonso M. Hili: Qomt għax inħossni fid-dover li nipprotesta bil-qawwa kollha kontra l-akkużi u l-kliem aħrax imlissna mill-Prof. Bartolo, sew kontra l-Kapitlu Katidrali ta’ Għawdex, kif ukoll kontra l-Kamra Pontifiċja. Jien membru sew ta’ wieħed kif ukoll tal-oħra, u għalhekk inħossni fid-dover li nagħmel il-protesta tiegħi. Jidher li l-Prof. Dr Bartolo jrid jgħid li anki aħna m’aħniex veri Kattoliċi…

Il-Prof. Dr Augusto Bartolo: Le, le.

Mons. Alfonso M. Hili: Minn kliemu… Il-Prof. Dr Augusto Bartolo: Nisfida lil Mons. Hili biex jgħidli fejn u minn liema kliem fehem dan. Jien m’għamiltx riferenza għalih. Hekk jonqos, li mhux Kattoliku membru tal-Kapitlu tal-Katidral! X’jonqos iżjed!

Konti Sir Gerald Strickland: Qabel ma jkompli l-Onor. Mons. Hili, nixtieq nistaqsi…

L-Ispeaker: M’għandek dritt tistaqsi xejn. Il-kelma lillOnor. Mons. Hili.

Mons. Alfonso M. Hili: Inqum biex nipprotesta kontra l-akkużi magħmula lill-E.T. l-Isqof…

Il-Prof. Dr Augusto Bartolo: Sur President, inqum biex nipprotesta kontra dawn l-insinwazzjonijiet. Jien għedt li fl-ittra tal-Isqof ta’ Għawdex hemm xi ħaġa li mhix għalkollox eżatta, imma li, b’rispett għall-awtorità talIsqof, ma għamilt l-ebda kritika.

Mons. Alfonso M. Hili: Qal li hemm affarijiet mhux eżatti fl-ittra tal-Isqof.

Il-Prof. Dr Augusto Bartolo: Iva, dan għedtu u nirrepetih. Mons. Alfonso M. Hili: Irrid nissottometti li l-atti kapitulari tagħna kienu approvati mill-Isqof, u għalhekk ġejjin mill-Isqof stess u huma in piena regola. Għalhekk jien nipprotesta, sew f’isem il-Kamra Pontifiċja, kif ukoll f’isem il-Kapitlu ta’ Għawdex, kontra dawn l-akkużi foloz (Approvazzjoni).

Dak kien il-kontribut tal-Arċipriet Alfons M. Hili fl-ewwel Parlament Malti. Mill-kontentut jidher kemm Mons. Hili kellu għal qalbu l-ġid ta’ Għawdex, tal-Belt Victoria u fuq kollox tal-Knisja Kattolika li tagħha kien ministru ordnat.

Nota

Din l-informazzjoni hi meħuda mill-Official Report of the Debates of the Legislative Assembly of Malta, First Session – First Legislature 1921-1922 u Third Session – First Legislature 1923-1924. Nixtieq nirringrazzja lillistaff tal-Librerija Nazzjonali (Għawdex) fi Triq Vajrinġa u b’mod speċjali lis-Sur George Borg, li kien l-Uffiċċjal Inkarigat minnha meta għamilt din ir-riċerka.

Biblijografija

Grima Joseph F., “It happened in November: The opening of Malta’s first parliament in 1921”, f’Times of Malta, 1 ta’ Novembru 2020 (https:// timesofmalta.com/articles/view/it-happened-in-november-the-openingof-maltas-first-parliament-in-1921.828769).

Schiavone Michael J., L-Elezzjonijiet f’Pajjiżna fl-isfond storiku 18002013, Malta 2013.

Malta Elections (https://www.um.edu.mt/projects/maltaelections/elections).

MEJJU-AWWISSU 2022 23

IL-KONFIRMAZZJONI

Il-Ħadd 15 ta’ Mejju 2022

David Attard, Joseph Attard, Cara Axiak, Jodi-Lee Bartolo, Jurgen Bugeja, Dean Camilleri, Eman George Camilleri, Luciano Camilleri, Joseph Caruana, Mariette Cauchi, Melody Cauchi, Lara Marie Ellis, Megan Farrugia, Maya Formosa Sagona, Carlota Ganet Martinez, Guillermo Ganet Martinez, Carla Lautier, David Magrin, Krista Mifsud, Alessia Sacco, Isaac Saliba, Christine Spiteri, Graziella Spiteri, Riley Sultana, Kurt Theuma Scerri, Elisa Vella, Estelle Vella, Keeva Vella, Mirei Vella, Waylon Vella, Nina Xerri, Kristina Zammit, Leah Zerafa.

Ritratt: Max Xuereb

L-EWWEL TQARBINA

Is-Sibt 28 u l-Ħadd 29 ta’ Mejju 2022

Aaliyah Attard, Kurt Attard, Shianne Attard, Clara Axiak, Francesca Borg, Jake Bugeja, Maria Buhagiar, Carlos Buttigieg, Francesca Buttigieg, Izakk Caruana Bailey, Cayden Cassar, Emma Cassar, Faith Cauchi, Francesco Cefai, Sam Cini, Jayden Debono, Bettina Lucia Farrugia, Geordie Farrugia, Benjamin Grech, Savannah Grech, Luke Lanzon, Miguel Meilak, Adam Mercieca, Elisa Mercieca, Kylie Mifsud, Francesca Mizzi, Cherylanne Mulholland, Maya Muscat, Kyle James Pace, Logan Thomas Poyntz, Carlos Rapa, Kristina Marie Sacco, Aurora Said, Yuri Said, Julia Saliba, Amber Schembri, George Sultana, Braiden Tabone, Davide Theuma, Bryana-Lynn Vella, Adèle Xerri, Nora Xerri, Liam George Zammit.

Ritratti: Max Xuereb / Anthony Grech

MEJJU-AWWISSU 2022 24

KRONAKA PARROKKJALI

MEMBRI ĠODDA fil-komunità parrokkjali

01/05/2022 Cesca bint Joshua Grech u Marianne Sagona 01/05/2022 Laura bint John Paul Camilleri u Melissa Caruana 01/05/2022 Ben bin Joseph Darmanin Lauri u Cynthia Said 07/05/2022 Jordan John bin Matthew Farrugia u Mary Josette Azzopardi 22/05/2022 Valentina Maeva bint Jonathan Cauchi u Laura D’Agro 25/05/2022 Matthew bin Mark Robert Coleman u Anita Portelli 28/05/2022 Zalaya Mika bint Chris Caruana u Roxanne Farrugia 03/06/2022 Ella bint Johan Azzopardi u Marie Rapa 07/06/2022 Nathan bin Steve Xuereb u Liliana Bugeja 12/06/2022 Scott bin Christian Grech Thornton u Katrin Thornton 25/06/2022 Alayza bint Kerstin Brincat u Riana Camenzuli

26/06/2022 Julia bint Christopher Borg u Angie Mercieca 07/07/2022 Leon bin Jean-Luka Gambin u Michaela Abela 10/07/2022 Carlo bin Giorgio Apap u Claire-Marie Formosa

10/07/2022 Giulia Giorgia bint Giorgio Apap u ClaireMarie Formosa 14/07/2022 Caluin bin Christian Apap u Caroline Grima 14/07/2022 Tristan Nick bin Mario Attard u Francene Borg 20/07/2022 Khloe bint Matthew Camilleri u Sarah Vella 06/08/2022 Maisey bint Daniel Camilleri u Lorna Apap 07/08/2022 Cara bint Clint Gatt u Christine Sultana 21/05/2022 Rita Vella 29/05/2022 Tarcisio Attard 30/05/2022 Elena Zahra 29/05/2022 Joseph Galea 16/06/2022 Francis Saverio Saliba

16/06/2022 Francis Camilleri 18/06/2022 Maria Dolores Sultana 27/06/2022 Carmela Attard 03/07/2022 Emanuel Ellis 21/07/2022 Juda Taddew k/a Teddy Sacco 03/08/2022 George Debono 06/08/2022 Mary Rose Spiteri 31/08/2022 Maria Antonia Farrugia

Ingħaqdu TAŻ-ŻWIEĠfis-sagrament

Marru jingħaqdu ma’ KRISTU RXOXT

21/05/2022 Luke Xiberras u Cassie Grech 22/05/2022 Anthony George Moses Briffa u Marla Saliba 28/05/2022 Kurt Rapa u Roberta Fenech 04/06/2022 Christopher Grech u Amy Victoria Bajada 06/06/2022 Frank Attard u Martine Said 18/06/2022 Kurt Zerafa u Mariella Saliba 09/07/2022 Mark Attard u Lauren Grech

Fl-okkażjoni tal-40 anniversarju presbiterali tiegħu, il-Kor Laudate Pueri rregala lid-Direttur tiegħu, il-Kan. George J. Frendo, b’pittura sabiħa ta’ Manuel Farrugia li tirrappreżenta l-mument storiku meta hu dderieġa l-Kor tal-Kappella Sistina flimkien mal-Kor Laudate Pueri fis-silta Tu es Petrus ta’ Lorenzo Perosi, fl-okkażjoni meta l-Kor tal-Kappella Papali ġie mistieden Għawdex, fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, biex itella’ kunċert ta’ polifonija sagra. Huwa xogħol bi stil impressjonista, biż-żejt fuq it-tila, bil-qies ta’ 100x70ċm. Ilpreżentazzjoni saret il-Ħadd 19 ta’ Ġunju 2022.

MEJJU-AWWISSU 2022 25
KRONAKA
Kwadru tal-Kor tal-Papa fil-Bażilika Ġorġjana

KRONAKA

» 5 ta’ Mejju

5.30pm: L-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma ltaqa’ malkandidati tal-Griżma tal-Isqof flimkien mal-ġenituri u l-parrini tagħhom fis-Sala Parrokkjali.

» 6 ta’ Mejju

5.15am: Ingħata bidu għall-ewwel jum tal-Kwaranturi Mqaddsa b’quddiesa fejn wara ġie espost is-Santissmu Sagrament sas-6.30pm, fejn sar il-kant tal-Għasar. Ilquddies sar fil-Kappella ta’ Ġesù u Marija.

» 15 ta’ Mejju

MID-DJARJU PARROKKJALI

MEJJU-AWWISSU 2022

11.00am: Mons. Isqof mexxa Konċelebrazzjoni fejn fiha amministra s-sagrament tal-Konfirmazzjoni lil 33 adolexxent tal-Parroċċa.

» 29 ta’ Mejju

07.00pm: L-Arċipriet mexxa l-ewwel Konċelebrazzjoni minn tnejn li fiha amministra l-Ewwel Tqarbina lit-tfal talParroċċa.

» 30 ta’ Mejju

11.00am: L-Arċipriet mexxa t-tieni Konċelebrazzjoni talEwwel Tqarbina. B’kollox, 43 tifel u tifla rċivew għall-ewwel darba l-Ewkaristija.

» 3 ta’ Ġunju

Beda x-xogħol relatat mal-istallazzjoni tal-illuminazzjoni ġdida tal-koppla u l-faċċata tal-Bażilika.

» 10 ta’ Ġunju

08.00pm: Fit-Teatru Astra nżamm il-kunċert inawgurali talVictoria International Arts Festival.

» 11 ta’ Ġunju

Mons. Felix Tabone, Vigarju Parrokkjali, ingħata Ġieħ il-Belt Victoria b’rikonoxximent għall-ħidma li ta u qed ikompli jagħti fil-Parroċċa Ġorġjana u lill-Knisja f’beltna.

» 25 ta’ Ġunju

12.30pm: Inżammet ikla ta’ fraternità għas-saċerdoti talParroċċa fir-Ristorant Qbajjar, Marsalforn.

7.00pm: Saret quddiesa li għalqet l-ewwel Jum talKwaranturi.

» 7 ta’ Mejju

5.15am: Ingħata bidu għat-tieni jum tal-Kwaranturi b’quddiesa fejn wara ġie espost is-Sagrament sal-5.00pm. 6.30pm: Sar il-kant tal-Għasar u l-Barka Ewkaristika. 8.30pm: Kompliet l-Adorazzjoni Solenni li ngħalqet b’quddiesa f’nofsillejl.

» 8 ta’ Mejju

12.00pm: Ingħata bidu għat-tielet jum tal-Kwaranturi b’quddiesa fejn wara ġie espost is-Sagrament Imqaddes sal-5.00pm.

5.00pm: L-Arċipriet mexxa Konċelebrazzjoni Solenni li fi tmiemha saret Purċissjoni solenni bis-Sagrament Imqaddes madwar it-toroq tal-Belt Victoria. Saru waqfiet quddiem il-Knisja ta’ Savina u ta’ San Ġakbu. Il-purċissjoni ntemmet fil-Bażilika bil-kant tat-Te Deum u l-Barka Ewkaristika.

» 12 ta’ Mejju

7.00pm: L-Arċipriet mexxa l-ewwel quddiesa tal-Ħamisijiet ta’ San Ġorġ li fi tmiemha saru t-talba ta’ interċessjoni u l-kant tal-innu Georgius natus est quddiem in-niċċa ta’ San Ġorġ. Tul il-Ħamisijiet, diversi saċerdot mexxew il-quddies.

» 28 ta' Ġunju

Saret ħarġa f'Kemmuna għall-istudenti tal-Form 1 u l-abbatini tal-Parroċċa.

» 30 ta' Ġunju

Sar barbikju f'Ħondoq ir-Rummien għall-gruppi kollha 23four tal-Parroċċa.

» 2-11 ta’ Lulju

07.00pm: L-Arċipriet mexxa n-Novena ta’ San Ġorġ li għal darb’oħra kellha t-tema San Ġorġ: Qaddej tal-Ħniena, peress li tulha nkixfu l-aħħar erba’ pitturi ta’ Manuel Farrugia li jirrappreżentaw erba’ Opri tal-Ħniena marbuta mal-Proġett Fejn hu ħuk? u li fi tmiem in-Novena mbagħad twaħħlu filpendenti tal-koppletti rispettivi. Saret ukoll kampanja ta’ ġenerożità għall-bini ta’ impjant ta’ ilma nadif fi skola filPerù mmexxija mill-Isqof Giovanni Cefai mssp. Fi tmiem il-quddies tan-Novena inżammu attivitajiet għat-tfal, bħal logħob fi Pjazza San Ġorġ u dawriet ma’ Għawdex bit-trejn.

» 4 ta’ Lulju

7.00pm: Fil-Quddiesa tan-Novena saret il-Vestizzjoni ta’ erba’ abbatini ġodda: George Grech, Julian Mizzi, Luke Spiteri u Liam Sultana.

» 3 ta’ Lulju

11.00am: Mons. Anton Borg mexxa Quddiesa ta’ Radd

MEJJU-AWWISSU 2022 26

il-Ħajr fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-Ordinazzjoni presbiterali tiegħu.

» 10 ta’ Lulju

10.00am: Sar marċ mill-Banda Ċittadina La Stella mis-sede tagħha sa Pjazza San Ġorġ fejn akkumpanjat lis-saċerdot novell Dun Gabriel Vella sal-Bażilika.

11.00am: Dun Gabriel Vella mexxa Quddiesa Solenni ta’ Radd il-Ħajr għall-Ordinazzjoni Presbiterali tiegħu. Filgħaxija sar festin fuq il-bejt taċ-Ċentru Parrokkjali. 07.00pm: L-Arċipriet mexxa l-aħħar ġurnata tan-Novena li kienet tinkludi Ċelebrazzjoni tal-għeluq bl-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ. Wara sar festin fi Pjazza San Ġorġ. » 11 ta’ Lulju

10.00am: Sar festin fil-foyer tal-Każin La Stella fejn it-tfal u l-anzjani tal-Parroċċa ġew mistiedna jinteraġixxu flimkien permezz ta’ logħob, kant u rakkonti. 08.00pm: Ittella’ fil-Bażilika l-aħħar kunċert tal-Victoria International Arts Festival mill-Kor tal-Bażilika Laudate Pueri, taħt id-direzzjoni tal-Kan. George J. Frendo. » 12 ta’ Lulju 08.00pm: Sar il-ħruġ tradizzjonali tal-istatwa ta’ San Ġorġ min-niċċa u tpoġġiet taħt it-tieni arkata fin-nofs tal-korsija. 09.15pm: Id-Djaknu Clive Seychell mexxa ċ-Ċelebrazzjoni ta’ Xhieda Kristjana fil-Bażilika għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ tal-Gruppi 23four. » 13-15 ta’ Lulju

06.30pm: Sar il-kant solenni tal-Għasar tat-tlitt ijiem tatTridu, bis-sehem tal-Kapitlu u l-kleru, ippresedut millKan. Emmanuel Buttigieg, Mons. Feliċ Tabone, Vigarju Parrokkjali, u l-Kan. Geoffrey G. Attard, rispettivament. L-omeliji tat-Tridu saru mir-Rev. Papàs il-Prof. Martin Zammit, Kappillan tal-Parroċċa Griega Kattolika ta’ Santa Marija ta’ Damaxxena, il-Belt Valletta. Wara t-talba talKurunella, iċ-ċelebrazzjonijiet Ewkaristiċi tmexxew millKan. Simon M. Cachia, Kappillan tal-Fontana, Mons. George Borg u Mons. Joseph Zammit, rispettivament. Filjiem tat-Tridu, il-kor kien taħt id-direzzjoni tal-Kan. George J. Frendo, Maestro di Cappella tal-Bażilika. Il-kant sar millKor Laudate Pueri u l-iSchola Cantorum tal-Bażilika.

» 16 ta’ Lulju

09.00am: Mons. Joseph Zammit mexxa Konċelebrazzjoni Solenni, bis-sehem tal-Kapitlu u l-kleru, f’għeluq it-Tridu Mqaddes, bil-kant tat-Te Deum. 06.30pm: Mons. Isqof, assistit minn delegazzjoni talKapitlu Katidrali, mexxa t-Translazzjoni u l-Ewwel Għasar Pontifikali tas-Solennità Festiva ta’ San Ġorġ.

07.45pm: Mons. Ġużeppi Farrugia, eks Arċipriet, mexxa ċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika bil-Barka Sagramentali. 09.45pm: Saret l-aħħar quddiesa tal-ġurnata.

» 17 ta’ Lulju

08.30am: Mons. Isqof ippresieda l-kant tat-Terza fisSagristija Maġġuri.

09.00am: Mons. Isqof, assistit minn rappreżentanti talKapitlu Katidrali, mill-Kapitlu Ġorġjan u l-kleru tal-Bażilika, u membri tal-kleru sekulari u reliġjuż, mexxa l-Pontifikal Solenni tal-Festa, fejn niseġ ukoll l-omelija. 06.00pm: L-Arċipriet mexxa l-kant solenni tat-Tieni Għasar. 07.00pm: Il-Banda Ċittadina La Stella laqgħet il-ħruġ tal-

Purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ bl-innu Georgius natus est u wara esegwiet l-innu immortali A San Giorgio Martire Wara, bdiet ħierġa l-Purċissjoni Solenni mmexxija minn Mons. Giovanni Bosco Cremona, bis-sehem tal-Kapitlu u l-kleru tal-Bażilika, il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella, l-ordnijiet reliġjużi tal-Belt Victoria u l-fratellanzi tal-Bażilika. 10.45pm: L-Arċipriet mexxa l-aħħar ċelebrazzjoni talFesta, bil-kant tal-Antifona u l-Barka Ewkaristika.

» 22-24 ta’ Lulju

Sar il-23Four Camping għall-adolexxenti tal-gruppi talParroċċa fiż-Żurrieq.

» 26-29 ta’ Lulju

8.00am: Sar kors tal-First Aid fis-Sala Parrokkjali. » 30 ta’ Lulju

L-abbati George Abela għamel esperjenza ta’ servizz ta’ abbati fil-Vatikan għal numru ta’ ġranet flimkien ma’ grupp ta’ abbatini minn Għawdex u Malta, fejn kellhom ukoll l-opportunità ta’ udjenza mal-Papa Franġisku. » 1 ta’ Awwissu Ġie mħabbar tibdil fil-ħinijiet tal-quddies ta’ filgħaxija filBażilika, li issa beda jsir fl-4.00pm, fil-5.30pm u fis-7.00pm. Dan japplika biss mit-Tnejn sas-Sibt. Il-Grupp taż-Żgħażagħ 23four siefer lejn it-tramuntana talItalja għal ftit jiem f’Lappago.

» 6 ta’ Awwissu 9.00am: Mons. Ġużeppi Gauci mexxa Konċelebrazzjoni fis-Solennità tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej.

» 10 ta’ Awwissu L-Arċipriet u Dun Gabriel Vella ħadu l-abbatini tal-Parroċċa għal safra ta’ tlett ijiem Sqallija akkumpanjati minn diversi ġenituri. » 21 ta’ Awwissu 7.00pm: Il-missjunarju Dun Anton Grech iċċelebra quddiesa fil-Bażilika b’radd il-ħajr lil Alla għall-25 anniversarju presbiterali tiegħu, fejn irringrazzja lill-benefatturi Ġorġjani tal-għotjiet tagħhom għall-missjoni tiegħu fil-Gwatemala.

NIFIRĦU LIL...

MEJJU-AWWISSU 2022 27
Mons. Feliċ Tabone, Vigarju Parrokkjali, li flimkien ma’ diversi Rabtin oħra, nhar is-Sibt 11 ta’ Ġunju 2022 irċieva Ġieħ il-Belt Victoria mill-Kunsill Lokali ta’ Beltna. Miegħu nawguraw ukoll lis-Sinjura Lina Gauci u s-Sur Lorrie Saliba, mill-Parroċċa tagħna, li wkoll irċevew dan l-unur. Ritratt: John Cordina

1. Il-Ġublew Presbiterali tad-Deheb ta՚ Mons. Anton Borg, 03.07.2022. ritratt: Focus Fotos

2. Għoti ta' Ġieħ il-Belt Victoria lil Mons. Feliċ Tabone, 11.06.2022. ritratt: John Cordina

3. L-Ewwel Quddiesa Solenni ta՚ Dun Gabriel Vella fil-Bażilika, 10.07.2022.

4. Attività għat-tfal u l-anzjani flimkien fil-Każin La Stella, 11.07.2022.

5. Translazzjoni Pontifikali ta' San Ġorġ, 16.07.2022. ritratt: Silvio Pace

1 2 3
5
4
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.