IL-PONT Diċembru 2020

Page 1

Nu. 59– DIĊEMBRU 2020

werrej L-Editorjal

2

L-Aħbarijiet

3

Reazzjonijiet

7

L-Intervisti

11

Rakkont ta’ Joseph Bonnici

21

Leonardo Sciascia u Malta

22

Kitba ta’ Mario Attard

23

Kitba ta’ Therese Pace

24

L-Apoloġija ta’ Sokrate

26

Kitbiet ta’ Rita Saliba u Mary Chetcuti

27

Rakkont ta’ Carmen Refalo

29

Reċensjonijiet

33

Paġni ddedikati lil Oliver Friggieri

38

Il-Poeżiji

41

Versi lil hinn minn xtutna

44

Minn fuq l-ixkaffa

45

Min jixtieq jikkontribwixxi f’IL-PONT b’materjal ta’ livell, mhux twil u adatt jista’ jibagħtu direttament lill-Editur flindirizz sammutpatrickj@gmail.com

1


Il-Webinar imtella’ mid-Dipartimenti tal-Malti talFakultà tal-Arti fl-Università u fil-Kulleġġ Ġ.F. Abela bejn il-25 u s-26 ta’ Settembru kien idea tajba u siewja tassew. Matul iż-żewġ okkażjonijiet attendew virtwalment numru mdaqqas ta’ parteċipanti u lkelliema kienu diversi li ttrattaw kemm it-taqsima tal-Lingwa u l-Lingwistika, kif ukoll dik tal-Letteratura f’rabta mas-sillabu l-ġdid tal-Malti f’Livelli Avvanzat u Intermedju. Okkażjonijiet bħal dawn m’għandhomx jieqfu hemm, imma tkun idea tajba tassew li għallinqas jinfetaħ sit virtwali u komuni fejn lgħalliema u anki studenti li jeċċellaw fis-suġġett minn kulleġġi differenti jkunu jistgħu jtellgħu materjal riċerkat u kritiku li jista’ jservi ta’ għajnuna għal kull min se joqgħod għal dawn l-eżamijiet. Kienet idea tajba li l-webinar jiġi rrekordjat u ttella’ wkoll fuq YouTube. Waqt dan l-istess webinar kien hemm min ikkummenta kemm ċerti għalliema ħallew effett pożittiv u durevoli fuqu u nisslu fih/a mħabba vera lejn is-suġġett inkwistjoni. F’dawn l-aħħar xhur kien hawn bosta attakki fuq l-għalliema: ta’ min ifakkar li f’kull tip ta’ xogħol u professjoni hemm min jitgħażżen u min iħabrek sewwa. B’hekk m’għandniex inqiegħdu lil kulħadd f’qoffa waħda u niftakru li l-parti l-kbira tal-għalliema huma persuni ddedikati u jagħmlu minn kollox biex itejbu lissoċjetà bil-mod partikolari tagħhom. Interessanti ħafna s-sensiela ta’ videos-intervisti li lKNK ħareġ ma’ kittieba li rebħu l-premju nazzjonali tal-letteratura. Tkun idea tajba li din is-sensiela ma tiġix limitata għal dawn il-kittieba biss, imma tiftaħ iktar u tintervista numru ikbar ta’ kittieba Maltin, magħrufa u inqas magħrufa. Dan iservi bħala arkivju importanti. Nibdew bil-kittieba l-aktar anzjani. Fuq nota oħra, fi kliem il-Prof. William Deresiewicz (Yale): “As schools shift focus from the humanities to ‘practical’ subjects like economics, students are losing the ability to think independently. It is essential ... that college be a time for self-discovery, when students can establish their own values and measures of success in order to forge their own paths.” Kliem ta’ min jixtarru. Il-paġni tal-korrispondenza f’IL-PONT huma prova ċara li bejn l-editur ta’ din ir-rivista u l-qarrejja għaddej il-ħin kollu tip ta’ djalogu li jesprimi wkoll apprezzament. Apprezzament qed jintwera anki minn dawk l-awturi jew pubblikarturi li jgħaddu lillPONT kopji komplimentari ta’ kotba ġodda. Dan kollu

jinftiehem bħala sinjal pożittiv tal-fatt li llum IL-PONT sab ir-rokna tiegħu fl-istorja letterarja u editorjali lokali. U dan minkejja li hemm min ipprova jċekken il-valur ta’ pubblikazzjoni bħal din, minkejja lpożizzjoni ta’ responsabbiltà li jġorr. Ma ninsewx li Diċenbru hu żmien il-Milied. Issitwazzjoni tal-Covid-19 żgur mhix se ttellef lilna milli nagħtu ktieb jew kotba bħala rigal. Illum bosta pubblikaturi qed joffru s-servizz li jwasslu l-kotba li tixtieq wara l-bieb tad-dar. Il-qari tal-kotba, mhux biss rumanzi u poeżija, u talgazzetti, inissel sens kritiku, sens ta’ kreattività, u kuxjenza soċjali u politika fost il-ġenerazzjonijiet żgħażagħ. Hemm bżonn li l-ġenerazzjonijiet iż-żgħar jitrawmu f’ambjent li jgħinhom jagħżlu bejn dak li m’għandux valur u li jaħli l-ħin u dak li jgħinhom jimmaturaw u jissaħħu intellettwalment. Kemm hu sabiħ meta tisma’ DJs fuq radju nazzjonali marbut mal-mużika jikkwotaw direttament minn Omeru. Dan smajtu waqt programm fuq Radio DJ Italia: il-preżentaturi filwaqt li kienu qed idoqqu kanzunetti u mużika kontemporanja sabu l-ħin ukoll biex jaqraw partijiet mill-Iliade tal-poeta Grieg. Din hija edukazzjoni alternattiva mgħoddija lissemmiegħa permezz ta’ mezzi tal-komunikazzjoni intelliġenti li jimmiraw biex jagħtu gost u fl-istess ħin jedukaw lis-semmiegħa. L-aħħar parti ta’ dan l-editorjal frammentat issellem il-memorja tal-Professur Oliver Friggieri li ħalla din id-dinja fil-21 ta’ Novembru 2020. Ħafna fehmu limpatt li ħalla dan il-bniedem uniku mhux biss flistorja letterarja tal-gżejjer tagħna imma anki lil hinn. Il-Profs., jew Oliver, kif bosta kienu jsejħulu, ħalla marka pożittiva fuq ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ studenti li kellhom ix-xorti li jgħallimhom. Oħrajn irrispettawh u ħabbewh wara li qraw ix-xogħlijiet tiegħu: novelli, rumanzi, poeżiji, kritika letterarja... Il-Profs. ħalliena ta’ 73 sena. Baqa’ jieqaf u jitkellem sal-aħħar ma’ kull min wera x-xewqa li jaqsam imqar ftit waqtiet miegħu, ma’ dan il-bniedem li ddedika ħajtu lill-kitba, lill-ħsieb, u anki lil Art Twelidu, dan il-Malti Nisrani li ħabb fuq kollox il-għaqda fost il-poplu Malti. Il-Profs. dejjem wera l-apprezzament tiegħu ta’ IL-PONT. Aktar dwaru f’edizzjonijiet oħra ta’ IL-PONT. Jistrieħ fis-sliem, u kondoljanzi lill-familjari tiegħu. IL-PONT jixtieq Milied Hieni u mimli Saħħa lillqarrejja kollha u l-familji tagħhom. Tinsewx: nibżgħu għal saħħitna u għal dawk ta’ madwarna.

2


IMFAKKAR IS-SEBA’ ĊENTENARJU TAL-MEWT TA’ DANTE ALIGHIERI

MARGARET PRESTIĠJUŻ

ATWOOD

TIRĊIEVI

AWARD

F’nofs Settembru li għadda nfetħu f’Ravenna ċċelebrazzjonijiet li se jfakkru s-seba’ anniversarju talmewt tal-poeta u missier il-Lingwa Taljana, Dante Alighieri, li għalkemm twieled f’Firenze (1265), miet bħala eżiljat f’Ravenna fil-lejl ta’ bejn it-13 u l-14 ta’ settembru 1321. Għall-okkażjoni kien mistieden ilPresident tal-Italja, Sergio Mattarella, li żar il-qabar tal-Poeta nazzjonali u attenda għal kunċert fi Pjazza San Franġisk ta’ Ravenna, fejn inqara wkoll mill-attur Elio Germano l-aħħar kant tad-Divina Commedia. Iċċelebrazzjonijiet se jibqgħu għaddejjin sa Settembru tal-2021: fost dawn, se jittellgħu numru ta’ wirjiet mhux biss f’Ravenna, imma fl-Italja kollha. JINGĦATA L-PREMJU LETEO LIL KITTIEB RUMEM

Margaret Atwood

Mircea Cărtărescu

Il-Premju Leteo 2020 - wieħed mill-premjijiet letterarji l-iktar prestiġjużi fi Spanja - ingħata lil Mircea Cărtărescu, il-kittieb l-iktar tradott firRumanija. Dan seħħ lejn l-aħħar ta’ Ottubru. Premju bħal dan fl-imgħoddi ngħata lil kittieba bħal Fernando Arrabal, Michel Houellebecq, Amélie Nothomb, Martín Amis, Paul Auster, Juan Gelman, u oħrajn. Mircea Cărtărescu twieled fl-1 ta’ Ġunju 1956, f’Bukarest, ir-Rumanija. Huwa Professur talLetteratura fl-Università ta’ Bukarest. Huwa wkoll poeta, rumanzier, kritiku letterarju u ġurnalist. S’issa ppubblika iktar minn 30 ktieb, bosta artikli, u xogħlu ġie maqlub f’iktar minn 20 lingwa. Kotba tiegħu li jistgħu jinqraw fl-Ingliż huma Nostalgia, Blinding, u Why We Love Women.

Lejn nofs Settembru li għadda Margaret Atwood ingħatat mid-Dayton Literary Peace Prize lAmbassador Richard C. Holbrooke Distinguished Achievement Award 2020, imsemmi f’ġieħ dan iddiplomatiku Amerikan. Premju bħal dan jinkludi skultura ta’ Michael Bashaw u għaxart elef dollaru Amerikan. Dan il-premju ntrebaħ fl-imgħoddi minn kittieba bħal Marilynne Robinson, Elie Wiesel, u Colm Tóibín. Atwood hija awtriċi ta’ iktar minn 50 ktieb li jinkludu rumanzi, poeżija, u saġġi. L-iktar rumanz imsemmi tagħha huwa The Handmaid’s Tale li ttella’ anki bħala serje televiżiva. Atwood rebħet ilPremju Booker darbtejn permezz ta’ The Blind Assassin fis-sena 2000 u The Testaments, sequel ta’ The Handmaid’s Tale fl-2019. Atwood temmen li lqari jista’ jqarreb lill-bnedmin lejn xulxin u b’hekk iwassal għall-paċi fid-dinja. ŻEWĠ LAQGĦAT VIRTWALI DWAR IX-XOGĦLIJIET TA’ ELENA FERRANTE Nhar il-15 ta’ Ġunju li għadda ttellgħet lejla letterarja virtwali organizzata mill-Europa Editions (ilpubblikaturi tax-xogħlijiet tal-kittieba Taljana lil hinn mill-Italja) f’kollaborazzjoni mal-London Review Bookshop. Waqt dan l-avveniment ħadu sehem Ann Goldstein, it-traduttriċi mit-Taljan għall-Ingliż ta’ Ferrante, Laura Snapes, ġurnalista ma’ The Guardian, Daniela Petracco mill-Europa Editions, u

3


Clare Azzopardi. L-istudji nqraw minn David Agius Muscat, George Farrugia, Albert Borg u Manwel Mifsud, Michael Spagnol, Dwayne Ellul, David Aloisio, Immanuel Mifsud, Joseph Vella, Adrian Grima, Leanne Ellul, u Marco Galea. Il-webinar ġie segwit minn għalliema, studenti u nies interessati filletteratura Maltija. IL-PREMJU NOBEL GĦAL-LETTERATURA JINGĦATA LILL-POETESSA LOUISE GLÜCK

2020

Ann Goldstein

Gayle Lazda tal-London Review Bookshop, iddiskutew it-tetraloġija My Brilliant Friend ta’ Ferrante u l-adattament ċinematografiku f’serje televiżiva mtellgħa mill-HBO. Ann Goldstein qrat ukoll parti mir-rumanz ġdid ta’ Ferrante The Lying Life of Adults, li oriġinarjament ħareġ f’Novembru tal-2019 fl-Italja bl-isem ta’ La vita bugiarda degli adulti. Għal din l-okkażjoni kienu preżenti virtwalment kważi 400 persuna. Sertata virtwali oħra ddedikata lix-xogħlijiet talistess kittieba Taljana seħħet fil-5 ta’ Novembru fejn matulha ġie mniedi l-ktieb tal-istudjuża Viviana Scarinċi bl-isem ta’ Il libro di tutti e di nessuno (iacobelli editore, 2020). Matul din l-okkażjoni lkittieba u ġurnalista Titti Marrone intervistat lil Viviana Scarinci li wieġbet għal diversi mistoqsijiet f’rabta max-xogħlijiet kollha ta’ Ferrante, li ħarġet lewwel rumanz tagħha, L’amore molesto, fl-1992. WEBINAR TAD-DIPARTIMENT UNIVERSITÀ

TAL-MALTI

Nhar il-25 u 26 ta’ Settembru ttella’ webinar f’kollaborazzjoni bejn id-Dipartimenti tal-Malti talJunior College u l-Università ta’ Malta. Il-webinar laqqa’ numru mdaqqas ta’ akkademiċi li tkellmu dwar numru ta’ suġġetti li jintrabtu direttament mas-sillabu l-ġdid tal-Malti Avvanzat u Intermedju. Fost is-suġġetti ttrattati l-Lingwa u l-Lingwistika, ilpoeżiji ta’ Oliver Friggieri u Simone Galea, id-dramm Karnival ta’ Francis Ebejer, ir-rumanz Ħelsien ta’ Ġużè Bonnici, u n-novelli ta’ Trevor Żahra. Lintroduzzjoni għal dan il-webinar saret minn Adrian Grima, Michael Spagnol, u Clare Azzopardi. Mexxew partijiet mill-webinar Joe Borg, Patrick Sammut u

Louisa Glück

Il-Premju Nobel għal-Letteratura din is-sena ngħata lill-poetessa Amerikana Louise Glück. Imwielda fi New York fl-1943, Glück rebħet diġà premji oħrajn bħall-Pulitzer fl-1993 bil-ġabra poetika The Wild Iris u n-National Book Award fl-2014 għall-ġabra ta’ poeżiji Faithful and Virtuous Night. Louise Glück hija s-sittax-il mara li qed tirċievi l-Premju Nobel għalLetteratura u hija awtriċi ta’ 12-il ġabra ta’ poeżiji flimkien ma’ xi ġabriet ta’ saġġi. Hija għallmet f’għadd ta’ universitajiet Amerikani u llum hija Professoressa Assoċjata fil-Letteratura Ingliża f’Yale. Il-poeżiji li tikteb huma fuq kollox awtobijografiċi u jittrattaw temi bħas-solitudni, it-tfulija, irrelazzjonijiet familjari, id-divorzju u l-mewt. Fixxogħol ta’ Glück jispikkaw is-sensibbiltà tagħha, ilpreċiżjoni teknika u anki lingwaġġ dirett, filwaqt li filpoeżija tagħha introduċiet rielobarazzjonijiet ta’ miti Griegi u Rumani. Fost ix-xogħlijiet apprezzati tagħha: The Triumph of Achilles (1985), Ararat (1990, miktub wara l-mewt ta’ missierha), Meadowlands (1996), Vita Nova (1999), American Originality (2017), u Proofs & Theories: Essays on Poetry (1994).

4


DUN KARM FIT-TRADUZZJONI Ix-xahar ta’ Ottubru huwa x-xahar li fih twieled u miet il-Poeta Nazzjonali. Għalhekk, nhar id-29 ta’ Ottubru, l-Akkademja tal-Malti taħt il-patroċinju talPresident ta’ Malta tellgħet is-serata letterarja Dun Karm fit-Traduzzjoni. Is-sit magħżul kien il-Palazz talPresident f’Sant’Anton. Is-serata tmexxiet minn Rita Saliba. Il-ftuħ kien diskors mill-Presidenta talAkkademja tal-Malti, Ann Marie Schembri, filwaqt li Marita Cassar qrat studju bl-isem ta’ “Il-Kontribut ta’ Dun Karm bħala Traduttur.” Kontribut ieħor kien tarRev. Dr Jonathan Farrugia bl-isem ta’ “Ir-rabta bejn Dun Karm u l-Kardinal Prospero Grech.” Dr George Farrugia qara silta mir-rumanz Ineż u Emilja ta’ D. Caprile maqlub għall-Malti minn Dun Karm. Doriana Vella qrat l-Innu tal-Kungress Ewkaristiku u l-Innu lil San Lawrenz. Dawk preżenti setgħu jsegwu wkoll silta mill-intervista mal-Kardinal Prospero Grech magħruf għall-ktieb Dun Karm - Poet of Malta. Illejla ngħalqet b’diskors mill-Eċċellenza Tiegħu Dr George Vella, President ta’ Malta. IMUT JOE FELICE PACE

Pawlu Mizzi (xellug) u Joe Felice Pace (lemin)

Nhar il-31 ta’ Ottubru ħalla din id-dinja Joe Felice Pace fl-età ta’ 87 sena. Huwa twieled fl-1933 u kien awtur ta’ Marine Cargo Clauses (1997), u ko-awtur flimkien ma’ ħuh Richard tal-ktieb Who's Who in the House 1921-2006 (2006). Serva bħala editur u kollaboratur tal-Klabb Kotba Maltin għal żmien twil.

Ħabrek għall-Malti u ħadem spalla ma' spalla ma' Pawlu Mizzi u mal-Prof. Ġużè Aquilina, speċjalment fil-Maltese-English Dictionary. Jistrieħ fis-sliem, u kondoljanzi lill-familjari tiegħu. SALMAN RUSDIE WAQT IL-FESTIVAL TAL-KTIEB 2020

Il-Festival tal-Ktieb (11 sa 15 ta’ Novembru) din issena kien speċjali għal iktar minn raġuni waħda. Minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 l-avvenimenti kollha setgħu jiġu segwiti online mid-dar. Żewġ avvenimenti li spikkaw kienu dawk fejn rajna lillkittieb Brittaniku-Indjan Salman Rushdie jitkellem direttament ma’ udjenza Maltija. Nhar il-11 ta’ Novembru rajna lill-Prof. Clare Vassallo fi djalogu ma’ Alfred Sant u Salman Rusdie (direttament millIstati Uniti). Kienet opportunita sabiħa immens naraw żewġ kittieba, wieħed minn ġżira żgħira u ieħor minn pajjiż kontinent, f’konversazzjoni informali u interessantissima li tkellmu dwar ixxogħlijiet tagħhom filwaqt li berrħu ħsibijiethom ġieli anki kuntrastanti - dwar aspetti differenti. Nhar it-12 ta’ Novembru mbagħad, il-Prof. James Corby, Kap tad-Dipartiment tal-Ingliż fi ħdan il-Fakultà talArti tal-Università ta’ Malta, għamel intervista virtwali ma’ Salman Rusdie, li anki hawn wera lilu nnifsu disponibbli u komdu immens fi djalogu kemm ma’ Corby kif ukoll ma’ għadd ta’ studenti li għamlulu mistoqsijiet varji. Iż-żewġ avvenimenti jistgħu jiġu segwiti fuq YouTube. AKTAR ATTIVITAJIET ONLINE WAQT IL-FESTIVAL TAL-KTIEB 2020 Is-sabiħ tal-Festival tal-Ktieb ta’ din is-sena kien li seta’ jiġi segwit direttament mid-dar ladarba xxandar virtwalment. Fost bosta avvenimenti interessanti, it-taħdita li l-Professur Toni Aquilina għamel dwar Albert Camus u x-xogħlijiet tiegħu, maqlubin għall-Malti minn Aquilina stess u ppubblikati minn Faraxa Publishing; it-tnedija tal-

5


Mifsud, Nadia Mifsud u John Aquilina. Il-Konkors iġib l-isem ta’ Doreen Micallef, l-awtriċi ta’ ġabra ta’ poeżiji konfessjonali b’tixniq spiritwali u romantiku, li kienet attiva sa minn żmien il-Moviment Qawmien Letterarju.

Il-Prof. Toni Aquilina

ktieb L-Aħħar Sajf f’Berlin ta’ Mark Vella (traduzzjoni tiegħu tal-ktieb Taljan L’ultima estate di Berlino (2015), koawturat minn Federico Buffa u Paolo Frusca) u ppubblikat minn Merlin Publishers, fejn assistejna għal taħdita ħajja bejn Mark Vella, Paolo Frusca u Chris Gruppetta; konversazzjoni bejn Richard Muscat (mill-AZAD), Joseph Mizzi (KKM), Massimo Sarti (mill-Istituto Italiano di Cultura ta’ Malta) u t-traduttur Alfred Palma, fl-okkażjoni tattħabbira tal-pubblikazzjoni tal-edizzjoni ġdida u sħiħa tad-Divina Commedia bil-Malti (KKM) is-sena d -dieħla; intervisti ma’ Joe Friggieri, awtur tal-ġabra tan-novelli Widnet il-Baħar u Stejjer Oħra (Kite Group), u Laurence Mizzi, awtur tal-ġabra Ġrejjef, Ġrajjiet tal-Ħrejjef (Kite Group); u tnedijiet ta’ kotba oħra bħall-ġabra ta’ novelli Mużajċi tat-Tafal (Horizons) ta’ Joe Camilleri, il-ġabra ta’ poeżiji LInventarju tal-Kamra l-Kaħla (Merlin Publishers) ta’ Leanne Ellul, u Bejn Storja u Miti: Trevor Żahra (Horizons), editjat minn Sergio Grech. L-attivitajiet kollha li ttellgħu waqt dan il-Festival tal-Ktieb jistgħu jiġu segwiti fuq is-sit www.ktieb.org.mt. IL-PREMJU NAZZJONALI TAL-POEŻIJA DOREEN MICALLEF 2020 Ir-rebbieħa tat-tieni edizzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2020 tħabbru nhar it-13 ta’ Novembru bħala parti mill-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 - edizzjoni virtwali. Minn 47 sottomissjoni li ddaħħlu għall-konkors ta’ din issena, il-poeżija rebbieħa hija ‘Dokumentazzjoni talMinuti Mnikkra Fik’ ta’ Klara Vassallo, li rebħet €1,000. It-tieni Premju mar għand Louis Briffa bilpoeżija ‘Tgħix Irridek’, u t-tielet Premju ħadu Jesmond Sharples bil-poeżija ‘F’Posti’. Il-ġurija għal dit-tieni edizzjoni tal-Konkors kienu Dr Immanuel

Jesmond Sharples, Klara Vassallo u Louis Briffa

IĦALLI DIN ID-DINJA OLIVER FRIGGIERI Nhar is-Sibt, 21 ta’ Novembru 2020, ħalliena lProfessur tant maħbub minn bosta, Oliver Friggieri, fl-għomor ta’ 73 sena. Huwa twieled il-Furjana fl1947, u beda jikteb il-poeżija meta kien għadu fliskola Primarja tal-Furjana, minn fejn għadda għasSeminarju u għall-Università. Hu l-awtur ta’ għadd kbir ta’ kotba ppubblikati f’Malta u anki lil hinn minn xtutna. Ir-rumanzi, in-novelli, u l-poeżiji tiegħu ġew maqlubin f’diversi lingwi. L-istudji tiegħu, bl-Ingliż u bit-Taljan, dehru f’bosta rivisti akkademiċi internazzjonali. Ħa l-ewwel MA (1975) u Ph.D. (1978) fil-letteratura Maltija b’teżijiet ta’ kritika komparata. Friggieri kien kofundatur tal-Moviment Qawmien Letterarju, u għamel żmien editur ta’ IlPolz (1969-1973), il-leħen tal-Moviment. Kien ukoll kofundatur tar-rivista Sagħtar u ħadem millqrib ma’ Pawlu Mizzi biex twaqqaf il-Klabb Kotba Maltin fl-1971. Fl-1976 inħatar lettur fid-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta u kien Kap tadDipartiment tal-Malti (1988 sal-2002) u Professur tal-Letteratura mill-1990. Fl-1999 hu ingħata ‘Ġieħ ir-Repubblika’ bħala rikonoxximent għax-xogħlijiet tiegħu. Fl-2016 Oliver Friggieri rebaħ ukoll il-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti.’

6


Mill-ġdid prosit. Min irid ikun jaf dwar ix-xogħol letterarju li għaddej f'Malta u jrid stampa onesta, għandu jaqra IL-PONT. Grazzi u sliem, Manuel

Email mingħand Mario Griscti, l-1 ta’ Settembru 2020 Għażiż Patrick, Irċevejt IL-PONT nru. 58, Settembru 2020. Ħajr mill-qalb ħabib. IL-PONT għalaq tmien snin, magażin letterarju li qatt ma xellef jew naqqas id-dinjità letterarja tiegħu u mexa maż-żmien b'mod għaqli u matur. Ħajr tassew Patrick. qrabatek kollha.

Inselli

għalik

u

għal

B'Imħabba, Mario

Email mingħand Alfred Palma, l-1 ta’ Settembru 2020 Grazie mille, carissimo amico. Ħarġa dejjem waħda aqwa mill-oħra! Da vero professionista! Kieku IlPONT jixtered fl-iskejjel tagħna, kieku l-letteratura u l-kultura jisplodu ’l fuq! Kuraġġ dejjem u taqtax qalbek, amico! Auguroni, Freddy

Email mingħand Narcy Calamatta, l-1 ta’ Settembru 2020 Ghaziz Patrick, Ma nistax niżżik ħajr biżżejjed. Ser tferraħ lil niesi imsifrin. Lili wkoll tajtni ġieħ kbir nidher fost dawk ta' ħila kbira. Il-ħarġa mimlija daqs bajda. Irrid iż-żmien biex nagħtiha l-ħin li ħaqqha. Nifraħlek.

Email mingħand Emmanuel Attard Cassar, l-1 ta’ Settembru 2020

Tenn fil-ħeġġa.

Prosit u grazzi Patrick.

Sliem, Narcy

Mhux għaliex semmejt lil EspRimi, imma għaliex ILPONT fl-opinjoni tiegħi huwa l-aħjar rivista dwar illetteratura bil-Malti li titkellem bis-sens u hija inklussiva u m'għandhiex il-klikek tas-soltu li jiddominaw u jeskludu skont il-gosti tagħhom.

Email mingħand Charles Bezzina, it-2 ta’ Settembru 2020 Għażiż, Nifraħlek li għal darba oħra, did-darba fi żmien xahrejn, irnexxielek terġa’ toħroġ IL-PONT, ippakkjat

7


kbir. Kompli sejjer hekk biex iżżomm il-letteratura fostna ħajja. Paul Vella

Email mingħand Dun Geoffrey G. Attard, it-2 ta’ Settembru 2020 Għażiż Sur Sammut, Grazzi ħafna ta' din l-aħħar ħarġa ta' IL-PONT. Nagħmillek il-qalb għal dan is-servizz imprezzabbli li qed tagħti lil ilsienna u l-letteratura tagħna. Kieku m'hawnx IL-PONT, kieku m'hawn l-ebda leħen għalletteratura tagħna. Leħen mistħoqq! Leħen li jixraq! Leħen li jagħmel unur lilek u lill-art twelidna! Keep up the good work! Tislijiet!

bħas-soltu b'tagħrif, aħbarijiet letterarji, riċensjonijiet u saħansitra kitbiet letterarji, kemm novelli u kemm poeżiji. Għax tgħid mir-rivista online IL-PONT tkun taf x'kotba ħarġu, tgħarbel l-intervisti li jkun hemm, l-aktar ta' barranin, u tifhem aktar ilkitba ta' ħaddieħor u l-kitba kontemporanja moderna. Personalment tissorprendini bix-xogħol li jirnexxilek tiġbor u iżjed bil-ħidma sfiqa tiegħek biex tgħaqqad b'mod tajjeb novelli, artikli, intervisti, poeżiji, riċensjonijiet u l-bqija. Nemmen li dan jitlob ħafna xogħol u inti ddedikat. Charles

Email mingħand Paul Vella (Melbourne, l-Awstralja), it-2 ta’ Settembru 2020 Għażiż Patrick, Bħas-soltu nirringrazzjak għal din il-ħarġa ta' ILPONT li dejjem tkun mimlija b'tagħrif siewi fuq ilLetteratura. Din kienet ħarġa mimlija daqs bajda u nieħu gost naqraha kollha, speċjalment li issa għandna ħafna ħin waqt li ninsabu magħluqin minħabba dan ilvirus. Jiena nieħu din l-opportunità biex naqsmu mal-membri tagħna li naf żgur li jsibuh ta' interess

Għoddni tiegħek, Dun Geoffrey

Email mingħand Godwin Degabriele, it2 ta’ Settembru 2020 Prosit Patrick għal tant snin ta' ħidma fuq proġett uniku għal Malta. Il-perseveranza tiegħek għaniet ilqasam letterarju Malti f'mod innovattiv. Jalla jkollna snin twal oħra ta' ħidma bħal din mingħandek. Grazzi u tislijiet. Godwin

Email mingħand Dr John A. Consiglio, it-2 ta’ Settembru 2020 Grazzi mill-qalb għażiż Patrick. IL-PONT illum sawwar għalih innifsu record ta’ żmien u kwalità li assolutament sar istituzzjoni fost listudjużi u l-ammiraturi tal-letteratura f’pajjiżna. Nemmen b’saħħa li media oħra f’pajjiżna (ġurnali, TV, mobiles, eċċ.) għandhom id-dmir li jtuh ferm aktar coverage milli nosserva li tawh s’issa. Dan huwa magazine ta’ kwalità u livell eċċezzjonali! Prosit mill-qalb. John

8


jimla' vojt kbir u daqstant meħtieġ. Naturalment jitlob impenn kbir min-naħa tiegħek. Tislijieg u ħajr minn qalbi, Paul P. Borg

Email mingħand Joe Camilleri, l-4 ta’ Settembru 2020 Għażiż Patrick, Radd il-ħajr minn qalbi li għoġbok tinkludi n-novelli tiegħi "F'dis-siegħa sewda". Għal darba oħra, b'ILPONT qiegħed toffrilna kitbiet imżewqa li jipprovdu qari ta' gost u ta' tagħlim. Ħafna mill-kitbiet iqanqlu diskussjoni għax jisfidaw il-ħsieb. Prosit tassew tal-inizjattivi siewja tiegħek. Saħħa u sliem, Joe Camilleri

Email mingħand Dr Karmenu Mallia, it3 ta’ Settembru 2020

Email mingħand Carmel G. Cauchi, id-9 ta’ Settembru 2020

Patrick,

Għażiż Patrick,

Grazzi tal-aħħar ħarġa ta' IL-PONT. Ma jagħmilx għajb lil ta' qablu. Hemm x'taqra u x'tomgħod. Għalija jista' bla tfixkil joqgħod maġenb rivisti barranin. Jien nikteb u nittraduċi mill-Malti għallEsperanto fuq żewġ rivisti, waħda rivista għall-idejn u l-oħra virtwali. U ma narax differenza bejniethom u din bil-Malti. Biss, dnub li IL-PONT hu bil- Malti u għalhekk jibqa' Malta, imma xorta jekk jarawh ilbarrranin źgur jistagħġbu bil-kwalità għolja tarrivista.

Minn qalbi rroddlok ħajr għall-kopja elettronika ta' IL-PONT - Settembru 2020, li ġentilment bgħattli. Bħas-soltu, din ir-rvista letterarja tiegħek hija mimlija daqs bajda b'tagħrif letterarju u b'kitba ta' awturi Maltin u barranin. Nifraħlek kemm għax qiegħed timla vojt kbir fil-qasam li tant jinteressa lilna l-kittieba kif ukoll għax qiegħed tipprovdi pjattaforma fejn kittieba stabbiliti u oħrajn emerġenti jesponu xogħlijiethom. Barra minn hekk nammirak għax żammejt konsistenza kemm filkontenut kif ukoll fir-regolarità tar-rivista.

Prosit u grazzi. Karmenu Mallia

Email mingħand Paul P. Borg, it-3 ta’ Settembru 2020

Grazzi u tislijiet. Carmel G. Cauchi

Email mingħand Therese Vella De Luca, il-15 ta’ Settembru 2020

X'hemm Patrick, Grazzi ta' IL-PONT li jaġġorna għal dak li qed jiġri madwarna u lil hemm. Kif dejjem għedtlek, qed

Bonġu Patrick, Nirringrazzjak ta’ din il-ħarġa speċjali IL-PONT. Nistħajjilni meta kont għadni tfal x’ħin tasalli r-rivista

9


mhux biss, kull awtur imsemmi fir-rivista kellu x'joffri. Grazzi tal-impenn u d-dedikazzjoni tiegħek. Nawguralek aktar ħidma fejjieda fil-qasam talletteratura tagħna. Tislijiet, Rita Saliba

Email mingħand Alfred Grech, id-9 ta’ Ottubru 2020 Għażiż Patrick, Nixtieq mill-ġdid nifraħlek tal-pubblikazzjoni elettronika tiegħek IL-PONT. Nassigurak li din ilpubblikazzjoni qiegħda timla' l-vojt u tilħaq għanijiet ferm importanti fil-qasam tal-letteratura, speċjalment il-letteratura Maltija fejn pubblikazzjonijiet oħra mhumiex. Sagħtar - ikolli ġenn naħrab f’rokna għall-kwiet sabiex naqraha. F’din il-ħarġa għoġbuni b’mod speċjali l-poeżiji dwar il-Covid u l-poeżija ta’ Omar Seguna, “L-Art li ma nixtieqx nara”. Fi żmien meta l-bniedem donnu sar bla mogħdrija u egoċentriku, il-kontenut ippubblikat f’IL-PONT iferraħni għax nara li l-karattru sensibbli tant sinonimu magħna l-Maltin, għadu hemm. Għadna ma sirniex ilkoll cyborgs . Grazzi u prosit. Therese

Email mingħand Rita Saliba, id-19 ta’ Settembru 2020 Għażiż Patrick,

Mill-ġdid nifraħlek u nawguralek. Tiegħek, A.G. LILL-POETA Hekk kif ingħalaq il-bieb li minnu għaddew tant versi... u kesħet il-qalb li tat mingħajr qatt ma stenniet... u ibbiesu s-swaba li dammew l-ilsien li nħobbu... Waqaf jaħseb dak il-moħħ li ftit fehmuh... tibki l-gżira li tant ħabb. Iżda ismu jibqa’ mnaqqax f'kull qalb u ruħ, u leħnu jidwi f'kull qalb Maltija, u b'hekk din tibqa’ tħabbat u ssir għatxana lejn lilsien li tatna ommna. MYRIAMME ELLUL COSTANTINO

Nifraħlek li għal darb'oħra twasslilna l-ħarġa ta' ILPONT, rivista ppakkjata b’informazzjoni u b’aħbarijiet mid-dinja letterarja. Kull paġna li qallibt sibt minjiera ta' tagħrif, kif ukoll stajt naġġorna ruħi mal-pubblikazzjonijiet ġodda li qed joħorġu. Qrajt b'interess l-intervista mal-poetessa Ida di Ianni, kif ukoll dik tal-awtriċi Josephine Burden. Iżda

10


qari ta’ kitba letterarja; li nħeġġu awturi Maltin biex nagħnu l-letteratura nazzjonali; li nippubblikaw f’ilsienna xogħlijiet magħrufa ta’ awturi barranin biex nieħdu sehem fl-għana intellettwali tad-dinja; li noħolqu librerija sabiħa ta’ kotba Maltin. Illum tista’ tgħid li dawn l-għanijiet għadhom l-istess, għalkemm iż-żminijiet inbidlu u l-Klabb kellu jadatta magħhom. Naf li matul l-istorja tagħha KKM ippubblikat numru mdaqqas ta’ kotba regolarment. Liema huma s-suġġetti li jintrabtu magħhom dawn ilpubblikazzjonijiet?

INTERVISTA MA’ JOSEPH MIZZI, DAR TAL-PUBBLIKAZZJONI KLABB KOTBA MALTIN X’inhi l-pożizzjoni tiegħek fi ħdan id-Dar talPubblikazzjoni KKM? Jien nissejjaħ Direttur Maniġerjali. Fil-fatt din tfisser li tagħmel ftit minn kollox fil-proċess tal-ktieb. Minn fejn u meta twieled dan l-interess tiegħek filktieb?

Naħseb l-aktar ġeneru li l-Klabb hu assoċjat miegħu hu l-istudju tal-ilsien Malti bil-pubblikazzjoni tażżewġ dizzjunarji ta’ Aquilina u ta’ Serracino-Inglott u bil-pubblikazzjoni ta’ kotba dwar l-istorja u l-arti ta’ Malta. X’inhi eżattament Midsea Books? Kif tvarja minn KKM? Liema kienu l-ikbar proġetti fi ħdan dawn ittnejn? Ftit snin wara li twaqqaf il-Klabb Kotba Maltin, inħasset il-ħtieġa li għandhom ikunu ippubblikati

Prattikament jien twelidt fil-kotba. Meta kelli biss 6 snin il-papà ħolom li jwaqqaf dar talpubblikazzjonijiet. Minn dak iż-żmien jien, anke ta’ età żgħira, kelli nagħti sehmi u meta ma kontx inkun skola kien ikolli nagħti daqqa t’id. Fil-bidu kont nitwi l-fuljetti jew l-avviżi tal-Klabb, imbagħad indaħħal ilkotba fl-envelops minħabba li fil-bidu l-kobta konna nibagħtuhom bil-posta. Biż-żmien ix-xogħol kien ikun skont l-età tiegħi. Kemm ilha mwaqqfa l-KKM? X’kienu u x’inhuma l-għanijiet ewlenin tagħha? Naf li hawn kellu rwol importanti missierek, il-mibki Pawu Mizzi. Xi tgħid dwar dan, u kif inbidlu jew żviluppaw l-affarijiet minn dak iż-żmien ’l hawn? L-ewwel ktieb tal-Klabb, Il-Gaġġa ta’ Frans Sammut, ħareġ f’April tal-1971. Madanakollu, il-papà kien ilu mill-inqas minn nofs is-sittijiet ibegħren fuq din ilħolma tiegħu u kif jista’ jagħmilha realtà. L-għanijiet tal-Klabb kienu: li ningħaqdu biex inħeġġu l-qari bil-Malti; li nikkultivaw il-ħsieb u nwassluh maħdum bil-Malti f’kull dar Maltija; li ngħollu l-livell fl-edukazzjoni ta’ ġensna; li nħajru

11


kotba bl-Ingliż biex jintlaħaq suq akbar li fissebgħinijiet kien għatxan għal kotba ta’ riċerka dwar Malta. Ma stajniex għalhekk nippubblikaw bl-Ingliż b’isem bil-Malti. B’hekk inħolqot il-Midsea Books blewwel ktieb tagħha jkun Ħal Millieri: a Maltese casale, its churches and paintings ta’ Anthony Luttrell. Fost l-ikbar proġetti tal-Klabb hemm dawk tad-dizzjunarji, The Maltese-English-Maltese Dictionary u Il-Miklem Malti, li ġa semmejt. Hemm ukoll L-Istorja ta’ Malta ta’ Andrew Vella, Il-Poeżiji Miġbura ta’ Dun Karm u għadd ġmielu ta’ kotba bilMalti li ħallew timbru fil-qasam letterarju Malti. Fost il-kotba ta’ Midsea Books ta’ min isemmi The French in Malta ta’ Carmelo Testa, Malta: The Baroque Island ta’ Quintin Hughes u Conrad Thake, Baroque Painting in Malta u Mattia Preti: The Triumphant Manner, it-tnejn ta’ Keith Sciberras. Forsi wieħed mill-akbar proġetti, li dam 30 sena biex ikun ippubblikat kien ir-rivista ‘Heritage’ li qarrbet lil ġenerazzjonijiet sħaħ lejn l-istorja, il-kultura u l-arti f’Malta. Sal-lum għadhom jiġu ħafna jgħidulna li jafu l-istudju fil-qasam tagħhom għax meta kienu żgħar kienu jaqraw il-’Heritage.’ Madanakollu, kull ktieb għandu l-importanza tiegħu u għaldaqstant ħaqqu rrispett li jixraqlu.

Liema huma l-uġigħat ta’ ras marbutin ma’ xogħol bħal dan? Li infallibilment, tagħti kas kemm tagħti kas u toqgħod attent kemm toqgħod attent, kif il-ktieb ikun lest issib żball. X’soddisfazzjonijiet jagħtik xogħol bħal dan? Ippermettili nwieġeb din il-mistoqsija bi kliem missieri f’intervista li kien għamel fl-2007: “Il-kotba faqqruni finanzjarment imma, intellettwalment, jien aktar għani minn meta bdejt. Dan hu l-akbar sodisfazzjoni li għandi bil-pubblikazzjonijiet tiegħi.” X’inhi r-relazzjoni bejn KKM u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb? Inizzjattivi li qed jaħdmu u oqsma li jistgħu jitjiebu f’dan ir-rigward? Ir-relazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb hi dejjem waħda ta’ djalettika kontinwa biex middiskussjoni joħroġ l-aħjar u dak li l-aktar jixraq lillktieb u s-suq tal-ktieb Malti.

Matul l-istorja tagħha KKM fetħet il-bibien għal numru ta’ kittieba ġodda jew mhux magħrufin, imma anki kittieba li l-pubbliku qarrej familjari sew magħhom. Xi tgħid dwar dan? Il-Klabb, bħal kull pubblikatur ieħor, hu vejikolu bejn l-awtur u l-qarrej. Ikun dawk li jsiru familjari malqarrej, oħrajn, għalkemm tajbin xorta, ma jmisshomx l-istess xorti. Wara daqstant snin f’dan ilqasam din għadni ma nistax nagħti risposta ċara għaliha. Naf ukoll li dar tal-pubblikazzjoni ma tiddependix biss mill-kittieba imma anki minn għadd imdaqqas ta’ persuni professjonisti u mhux, fosthom illustraturi, qarrejja tal-provi, u oħrajn. Kemm hu veru dan? L-ebda pubblikatur ma jgħixx u jaħdem waħdu! Ilpubblikatur hu dak li jġib flimkien l-elementi kollha li jsawru ktieb. Ħafna drabi jkun hemm armata ta’ nies, mill-awtur, qabel kollox, u nies professjonisti oħra skont il-ktieb li flimkien jagħmlu l-ktieb. B’xorti ħażina ftit hemm rikonoxximent għalihom u barra lawtur u l-pubblikatur, dawn kollha jibqgħu jaħdmu minn wara l-kwinti.

12


Dan hu l-ewwel rumanz tiegħek? Kemm ilek taħdem fuqu? Huwa l-ewwel rumanz tiegħi li ġie ppubblikat. Iżda mhux l-ewwel rumanz li ktibt. L-ewwel rumanz li ktibt huwa storja mistħajla ambjentata f’pajjiżna u f’ċerti oqsma tal-Knisja f’Malta, l-iktar fis-snin 80. Dan huwa rumanz li nħema f’moħħi tul ħafna snin li fihom l-esperjenza għenitni nifhem dejjem iktar u aħjar kemm ilparabbola tal-qamħ u s-sikrana tgħodd għal kull żmien u għal kull fejn hemm il-bniedem. Ċerti rakkonti dwar l-imġiba ta’ ċerti karattri jista’ jkun li jkun hemm min iħosshom kemxejn kontroversjali. Imma ma hemm xejn f’dak li ktibt li ma setax ġara tassew fir-realtajiet li għexna f’dawk iż-żminijiet. Huwa rumanz li naħseb li jgħodd l-iktar għal nies li jieħdu iżjed gost jekk barra storja tajba, f’rumanz isibu wkoll ikel tajjeb għall-moħħ dwar l-imġiba talbniedem f’ċirkustanzi partikolari minsuġin ma’ aġir misjuq minn aġendi personali jew ta’ gruppi. Ir-rumanz Michael huwa t-tieni rumanz li jiena ktibt. Ix-xrar immaġinattiv li nisslu kienu l-iżjed karattri li wieħed jiltaqa’ magħhom fil-ħajja. L-abbozz ktibtu fi ftit ġimgħat. Normalment, jien nibda nikteb u nkompli sa ma ntemm ix-xogħol. Imma mbagħad, wara ftit ġimgħat oħra, jekk mhux xhur, nerġa’ ndur il-kitba bil-ħsieb li nsaħħaħha.

INTERVISTA MA’ CHARLES BUTTIGIEG DWAR IR-RUMANZ MICHAEL Charles Buttigieg twieled fid-29 ta’ April, 1947, iżŻejtun. Fl-20 ta’ Diċembru, 1965, daħal junior reporter mal-gazzetta ‘Il-Ħaddiem’, li kienet talMoviment Żgħażagħ Ħaddiema Nsara. Fl-1 ta’ Jannar, 1970, sar senior reporter mal-gazzetta ‘IlĦajja’, li kienet issussidjata mill-Arċidjoċesi ta’ Malta. Fl-1 ta’ Ġunju, 1972, inħatar bħala l-editur tal-istess gazzetta. F’Ottubru 1987, ġie appuntat Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Kurja tal-Arċisqof. Kompla f’din il-kariga sad-29 ta’ April, 2009. Mill1987, beda jagħti servizz volontarju fil-qasam talprotezzjoni tar-refuġjati, fil-Kummissjoni Emigranti, li kienet taħdem id f’id mal-UNHCR. Fl-2000, sar lewwel Kummissarju għar-Refuġjati f’Malta. Huwa rtira mill-kariga minn jeddu f’Ġunju 2007. Minn Mejju 2009 beda jagħmel xogħol freelance.

Minn fejn twieled xogħol bħal Michael? Liema hija l-materja prima tiegħu: gazzetti, televiżjoni, qari, esperjenzi personali? Meta kelli 16-il sena, bdejt nikteb xi novelli li kienu jxandruhomli fuq ir-Rediffusion, il-cable radio ta’ dak iż-żmien. Meta bdejt il-ħajja tax-xogħol u dik tażżwieġ, ma kienx ikolli ħin biex inkompli nikteb stejjer simili. Issa, li jien irtirat, erġajt bdejt nikteb. L-għajn ewlenija tal-kitba tiegħi hija l-esperjenza personali, magħġuna f’sens ta’ osservazzjoni ftit jew wisq naturali imma wkoll ikkurat u żviluppat. Barra minn hekk, jien dejjem żammejt u għadni nżomm ruħi aġġornat mill-aħjar li nista’. L-immaġinazzjoni għandha s-sehem importanti tagħha wkoll. X’inhuma l-isfidi ta’ min jiddeċiedi jikteb xogħol narrattiv li jieħu l-għamla ta’ rumanz ta’ 400 paġna? X’inhuma s-sodisfazzjonijiet?

13


nagħmlu parti minnhom. Michael tela’ għal 400 paġna għax fil-verità fih hemm żewġ stejjer li huma ħolqa ma’ xulxin u jduru, il-ħin kollu, mal-persunaġġ prinċipali. Il-ħsieb oriġinali tiegħi kien li noħloq karattru ta’ avukat żagħżugħ ta’ ħila u serju, li fil-bidu tal-karriera tiegħu jgħaddi minn esperjenzi personali u professjonali drammatiċi. Imma mbagħad, tħajjart niftaħ ukoll quddiemu xenarju ġdid li fih nieħdu (lilu u lill-qarrej) f’avventura straordinarja li fiha jiskopri l-imħabba għal tfajla waqt li, fl-istess ħin, bla mistenni jsolvi misteru personali u familjari. Ridt ukoll li, bir-rumanz Michael, noħloq personaġġ ta’ avukat ta’ fiduċja li jkunli ta’ siwi wkoll f’rumanzi oħrajn li nista’ nitħajjar nikteb wara, kif fil-fatt ktibt u qed inkompli nikteb. Jien għext il-ħajja professjonali tiegħi fil-qasam talkomunikazzjoni soċjali. Għalhekk, is-sodisfazzjon prinċipali tiegħi fil-kitba huwa li wkoll jekk issa jien irtirat, għadni nista’ nikkomunika man-nies bi stejjer mexxejja u bis-sens li jirrikreaw imma li, fl-istess ħin, spiss ikunu minsuġin ma’ episodji li jinkuraġġuk tirrifletti.

Hemm min isostni li xi drabi l-personaġġi li joħloq awtur jieħdu l-ħajja u rajhom f’idejhom. Xi tgħid dwar dan? F’kitbieti, jien ma niddeskrivix l-istatura u l-fattizzi tal-karattri li noħloq. Dawn inħallihom għallimmaġinazzjoni tal-qarrej. Hekk, il-qarrej, jekk ikun irid, ikun jista’ jimmaġina lill-personaġġ kif ikun jippreferih hu u, allura, jieħu gost iktar jaqra. F’dan is-sens, ikun il-qarrej li, fl-immaġinazzjoni tiegħu, jagħti l-ħajja lill-personaġġ. Jien, però, il-personaġġ inżommlu r-riedni f’idejja. Kittieba għal qalbek li setgħu ispirawk biex tikteb? Huma diversi l-kittieba, internazzjonali u/jew lokali, li huma għal qalbi u jkomplu jispirawni biex nikteb. Imma jekk ma jimportax nippreferi li ma nidentifika lil ħadd partikolari. Jien għandi l-istil tiegħi. Dan laħħar, kien hemm persuna li qaltli li l-istil tiegħi jixbah lil ta’ awtur partikolari. Jien ma għedt xejn.

F’Michael, ngħidu aħna, hemm karattru ta’ mara ta’ qawwa interna eċċezzjonali, b’kapaċità li taħfer u tibqa’ tħobb, minkejja dak kollu li jkollha tgħaddi minnu intortament. Hawn min isibha tqila jemmen li karattri bħal dawn, qishom qaddisin mixjin fl-art, għadhom jeżistu. Jien naf, b’esperjenza, li jeżistu: nisa u rġiel. Meta huma l-waqtiet li matulhom tikteb? Nikteb kull meta jkolli l-ħin. Imma jiġu ġranet, kultant ukoll ġimgħat, fejn nieħu rankatura fl-ideat u fil-ħsibijiet u naħtaf kull ftit minuti li jkolli biex nippriservahom b’mod strutturat fil-kompjuter. Fil-qosor: liema huma t-temi li tittratta f’rumanz bħal Michael? It-tema prinċipali tiegħi huwa dejjem il-bniedem fiċċirkustanzi u r-realtajiet li jsib ruħu fihom fit-tlugħ u l-inżul tal-ħajja ta’ kuljum, speċjalment l-imġiba tagħna ma’ xulxin, spiss magħġuna ma’ dak li jagħmilna dak li aħna: il-karattru, l-isfond, lesperjenzi, is-saħħiet u d-dgħufijiet personali, u laspirazzjonijiet tagħna u/jew tal-gruppi li nkunu

14


Lill-awtur konċernat inzertajt nafu, imma qatt ma kelli l-okkażjoni naqra rumanz sħiħ tiegħu!

TISLIMA LILL-PROF. OLIVER FRIGGIERI, IL-ĠENTLOM LI GĦAMEL ISEM LIL MALTA (1947-2020)

Proġetti għall-ġejjieni?

Insellimlek mgħallem ġwejjed, kittieb umli w professur, li paxxejtna b'vrus mill-isbaħ, kif żerriegħa tlibbes fjur. U xi ngħidu għar-rumanzi, għan-novelli w studji sħaħ, kollhom għerf bħall-għasel ħelu u t-tagħlim li qatt ma xjaħ. Għad li mgħobbi bit-tbatija, is-salib fis-skiet erfajt u komplejt tnebbaħna dejjem, sakemm fl-għoli, fl-għoli tlajt. Kont tgħallimna bit-tbissima u kont tafna lkoll mill-qrib, għad li konna sew fin-numru w int imtaqqal bit-tiġrib, dejjem sibt il-ħin għalina, kont tilqagħna qisna wlied u int sirt il-missier tagħna, tiggwidana fil-kitbiet. Insellimlek bħala Malti li emmint f'din l-art, din l-Omm, f'kull żagħżugħ u f'kull żagħżugħa, żgur jixraqlek l-isbaħ fomm. Jien ukoll grat lejk bil-bosta, għax kont dejjem hemm għalija, lest tismagħni qisni ibnek, tixhed dan dil-poeżija. Insellimlek f'isem sħabi, għad li gerbeb sew iż-żmien, iżda inti bqajt ġo qalbna, x'nostalġija lkoll flimkien! U nsellimlek ta' poeta li nebbaħtni f'kulma ktibt, kif minn ħsieb infassal kelma sabiex norqom dak li ħsibt. Iżra' fija kelma umli biex inkun strument ta' ġid li f'kull vers indomm tbissima jew tgħanniqa fit-taħbit. U lil Malta, 'l-poplu tiegħek li jsellimlek f'dan il-jum, iżra' fih id-don tal-għaqda kif tant sħaqt minn jum għal jum. Strieħ fis-sliem ġentlom ta' artna, tibkik Malta llum bis-sħiħ għaliex tilfet iben denju li jistħoqqlu l-akbar ġieħ.

Għandi erba’ rumanzi oħra lesti. Barra l-ewwel rumanz li ktibt, għandi rumanz fejn il-karattru prinċipali huwa refuġjat (kitba ħierġa mill-esperjenza diretta tiegħi fix-xogħol mar-refuġjati). Għandi wkoll rumanz verament mhux tas-soltu li jibda minn żmien l-Assedju l-Kbir f’Malta u jorbot mal-play ta’ Shakespeare dwar Romeo u Juliet (dan ir-rumanz qed jistenna li jiġi ppubblikat). Dan l-aħħar lestejt ukoll rumanz li ktibt fiż-żmien tal-emerġenza talCovid 19, li l-istorja tiegħu hija marbuta malesperjenza tal-persunaġġi f’din l-imxija qattiela u qerrieda. Ktibt u għadni nikteb ukoll stejjer qosra ispirati liktar mill-esperjenzi ta’ tfuliti fis-snin 50, li qed naqsamhom man-nies permezz ta’ Facebook. Nieħu gost ngħid li dawn l-istejjer qed jintlaqgħu tajjeb. Huma mijiet in-nies li qed isegwuhom regolarment.

STEFANO ANCILLERI

15


Svizzera, posto non facile per i contatti umani. Qui vivo una realtà piuttosto solitaria, che mi permette però di avere la giusta concentrazione per scrivere. Da dove nascono le tue poesie? Il “La” è spesso casuale. Qualcosa cattura la mia attenzione - un suono, un colore, una parola, una storia che leggo - e continua a battere ritmicamente nella testa e a crescere nella pancia fino a che diventa urgenza, necessità di scrittura. Il lavoro di cesello successivo invece dura anche mesi. Perché scrivere la poesia?

IL-PONT INTERVISTA LA POETESSA LUCILLA TRAPAZZO Qual è il suo mestiere/la sua professione?

Scrivere è un atto solitario, ma nel momento in cui “l’io” crea, si tramuta in “noi”, in canale comunicativo aperto. La poesia, si declina al plurale e in quanto tale è sempre un andare verso l’altro, una mano tesa, “un atto di pace” diceva Neruda, e come la musica e la pittura - è una forma di comunicazione immediata. Il ritmo dei versi, il suono delle parole, le immagini evocate, arrivano all'istante, al di là del significato, e piantano semi di bellezza, nuove idee, speranza e resilienza.

È difficile inserire le mie varie attività in una singola professione. Già durante gli studi ho spaziato tra le discipline. Ora mi occupo di teatro, poesia, critica, traduzione, arte, istallazioni. Quello che mi interessa è il punto di intersezione tra i vari linguaggi artistici, in cui una forma artistica si trasforma in un’altra. Per esempio, le mie poesie hanno caratteristiche “filmiche”, i miei video sono stati definiti poetici, e le mie performance hanno una qualità scultorea. Luogo di nascita, e luogo dove abiti nel presente? Il bello e il brutto di tali luoghi? Sono nata a Cassino, una piccola città nel centro Italia. Lì ho vissuto la mia infanzia tra la realtà rurale e contadina dei miei compagni di scuola e le conversazioni colte dei miei genitori. Quella che porto con me e che spesso riemerge anche nella mia poesia è la dimensione sensoriale del mio luogo di nascita: il giallo dei campi di grano in estate, l’odore del fieno che solletica le narici, il sapore dell’uva matura rubata nei vigneti, le urla dei venditori al mercato, gli insetti. Durante e dopo l’università ho cominciato a viaggiare. Ho vissuto in diversi posti in Europa e negli Stati Uniti. Per ora sono a Zurigo, in

16


Il poeta come cittadino cosmopolita. Cosa ne pensi? Sono un’inguaribile idealista e immagino il mio mondo ideale senza frontiere, senza divisioni etniche e religiose (e ancor meno economiche), nel rispetto delle culture autoctone e dell’alterità. L’identità culturale non esclude l’apertura, la curiosità per l’altro da sé. Una globalizzazione etica e attenta (non il semplice dominio economico del più forte) potrebbe renderci tutti più ricchi da ogni punto di vista. Il mio auspicio (forse utopico) è che tutti, e non solo i poeti, possano prima o poi comprendere che grazie all’incontro con l’altro – che si trasforma in specchio, abbracciando la diversità, si diviene profondamente consapevoli della propria entità, di chi siamo davvero. GUARDA, CADE DI NUOVO L’OMBRA... Quali sono i temi principali trattati? Come dicevo, le mie poesie nascono da istanze diverse e spesso anche il linguaggio cambia secondo il tema. Ho scritto moltissime poesie a sfondo ambientale e sociale, ma anche poesie che flirtano con i “massimi sistemi”, con concetti scientifici, filosofici. Le mie poesie preferite sono quelle che giocano con il linguaggio e il senso. Nell’ultimo anno ho iniziato a scrivere anche versi d’amore. Alcuni dei suoi libri pubblicati preferiti? Di cosa trattano? Sono stata pubblicata in antologie e riviste letterarie in Italia e nel mondo, ma le mie raccolte personali sono per il momento tre (e altre tre sono in dirittura di arrivo). Ossidiana è il mio primo libro e anche quello che amo maggiormente (ha ricevuto diversi riconoscimenti, tra cui il Primo Premio Opera Prima, “I Murazzi” 2019, a Torino). Prende il titolo dalla roccia vulcanica, che è al contempo forza distruttrice (sotto forma di lava) e vitale (ricca di minerali nascosti), un po’ quello che sento...

Guarda, cade di nuovo l’ombra a levante – laggiù, dall’altra parte del tramonto. Ora piega al fosco il peso delle stelle. Resta con me questa notte potremmo scrutare gli ordigni brillare sul fiume. Resta una notte soltanto. Confondi di baci i miei occhi e il destino. Vorrei sguardo di lince, vorrei sasso indolente. Ma ho ali di chioccia e ombre albeggianti, nel grembo manciate di astri sgualciti. Tu resta. Incendiamo la notte (con lucore di dubbio o barlume d’idea). Scusa, con gli anni e gli ormoni dimentico tutto e parlo un po’ troppo. Postille di cielo siamo nel verbo, nel tempo imperfetto. Tu resta con me, schiariamo la notte. LUCILLA TRAPAZZO

Gli altri libri sono Dei Piccoli Mondi, che prende il titolo dall’omonima teoria degli insiemi e racconta il “mio piccolo mondo”, e Trentagiorni, una raccolta di Haiku con le foto di Alfio Sacco, un artista italosvizzero.

17


Is-sodisfazzjon tiegħi huwa li dak li nikteb jintlaqa’ tajjeb mill-qarrejja. B’hekk nemmen li jien kont validu għax dak li ktibt kien imsejjes fuq ir-realtà. Dwar il-kotba tal-poeżija, fihom toħroġ il-vera identità tiegħi. Fihom m’hemmx stħajjil fittizzju imma esperjenzi reali li sawruni f’dak li jien illum. Bosta jistaqsuni għaliex m’għadnix nidħol għal konkorsi letterarji. Jien inweġibhom li l-ġurija tiegħi huma l-qarrejja nfushom. Tgħallimt li ħadd ma jista’ jiġġudika dak li ħassejt jien f’dak li ktibt. Minbarra dan, għandi r-riżervi tiegħi dwarhom. Apparti hekk, jien naqra xettiku dwar l-imparzjalità ta’ ċerti konkorsi. Nisma’ bosta lmenti fuqhom. Sister Clara huwa t-tmien rumanz tiegħek. Kemm ħadlek żmien biex tiktbu mill-ewwel idea tiegħu sakemm tlesta?

IL-PONT JINTERVISTA LIL SALV SAMMUT DWAR IR-RUMANZ ĠDID TIEGĦU SISTER CLARA Issa ilek iktar minn għaxar snin tippubblika ktieb kull sena, daqqa proża u daqqa poeżija. Kif tiddeskrivi esperjenza bħal din? Xejn ma kienet faċli! Qed ngħid dan għaliex fil-bidu sibt ħamest idjar tal-pubblikazzjoni li lkoll, min b’mod diplomatiku, min b’mod sottili u min b’mod kemxejn goff irrifjutaw li jippubblikaw l-ewwel rumanz tiegħi. Iżda jien ma qtajtx qalbi u bqajt sakemm kienu l-Bronk Productions li ħarġuli l-ewwel tliet rumanzi u l-Horizons tal-lum li ppubblikaw ilbqija tar-rumanzi l-oħra. Dwar il-kotba tal-poeżiji, dawk kollha ħriġthom spejjeż tiegħi. Minkejja dan it-tfixkil tal-bidu, għalija kien ta’ sodisfazzjon kbir li wara li nara l-karta bajda jibdew joħorġu l-karattri maħluqa minni. Karattri li wellidt, kbirt magħhom u servewni biex nesprimi tqanqiliet u esperjenzi li għaddejt minnhom jien stess. Kull kittieb iħalli t-timbru tiegħu f’kitbietu.

Nibda biex ngħid li jien m’għandix sabar li npoġġi bilqiegħda nikteb jew naqra għal tul ta’ ħin. Nagħmel nofs siegħa jew tliet kwarti, nitlaq kollox u nissokta f’ħin ieħor. B’hekk il-ħin kollu norqom dak li nkun ktibt. Dan seta’ ġara għaliex meta kont għadni fid-dar t’ommi minħabba restrizzjoni ta’ spazju ma kellix kamra għalija waħdi. B’hekk xi drabi kont nikteb fit-taraġ jew meta mmur fil-ġonna ta’ Sant Anton. Meta żżewwiġt kelli l-istess problema għaliex il-flat li mort noqgħod fih kien żgħir b’żewġt ikmamar tas-sodda u żewġ ulied. B’hekk, dak iżżmien, il-kitba tar-rumanzi kienet teħodli ħafna fittul. Hekk li l-ewwel rumanz, Staqsi lir-Riħ, ħadli ħames snin u t-tieni wieħed, Fid-Dell tal-Pellikan, domt niktbu mas-seba’ snin. Imbagħad, Id-Dar ta’ Ħdejn il-Baħar insejt meta bdejt niktbu. Li naf huwa li l-aħħar erba’ kapitli temmejthom fis-sena 2009. Imma llum li jien irtirat, it-tfal telqu u għandi kamra għalija waħdi, issa xorta oħra. Għandi ħin aktar fejn nimraħ bil-kumdità. Sister Clara, bħar-rumanzi kollha, kemm dawk ta’ qablu u kemm dawk ta’ warajh, kien ilu jdur ġewwa moħħi qabel ħażżiżt l-ewwel sentenza. Il-kitba tiegħu bdejtha fis-16 ta’ Diċembru tas-sena 2016 u spiċċajtha fid-9 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara. Kif diġà għedt, m’għaddejtx ħin twil nikteb fih, iżda lanqas domt daqs l-ewwel tlieta. Ħaġa oħra li hija komuni fija hija, li għalkemm nagħmel pjan tal-istorja b’kull kapitlu bin-noti fuqu, ġeneralment immur lil hinn minn dak li nkun fassalt fuq il-karta. Bħal donnu kemm il-ġrajja u kemm il-karattri, imexxuni huma. L-

18


importanti l-messaġġ li nkun irrid inwassal. Nassumi li inti bniedem li ġġorr miegħek pitazz u lapes biex tikteb bosta dettalji li jistgħu jservuk filbinja ta’ rumanz. Xi tgħid dwar dan? Kollu minnu. Allaħares ma nagħmilx hekk għax kieku kull idea togħsfor mill-ewwel. Xi drabi jiġini ħsieb fissodda u wara li nkun irrepetejtu bosta drabi, inqum inħażżu malajr fuq karta. Drabi nniżżel noti kull fejn ninzerta. Meta kont insiefer ġieli kont nikteb fuq lajruplan u xi drabi fuq it-tissue paper jew il-borża ta’ min itih l-istonku jekk il-brief case tkun filkompartiment ta’ fuq rasi. Niftakar darba ktibt żewġ poeżiji f’żewġ konferenzi differenti għaliex il-kelliem kien monotonu wisq. Waħda minnhom daħħaltha fir-rumanz L-Altruwista. Kien hemm okkażjonijiet oħra fejn kont nikteb f’xi restorant jew kafeterija sakemm jiġi dak li nkun ordnajt. F’Malta, poeżiji u tliet stejjer ta’ mitejn kelma ktibthom f’Mater Dei sakemm nissejjaħ għal dak li nkun mort għalih. Lili, id-distrazzjoni tan-nies ftit ittellifni millkonċentrazzjoni. Ir-rumanz bħala jigsaw puzzle. X’taħseb? Ir-rumanz huwa ġabra ta’ sitwazzjonijiet u azzjonijiet matul il-ġrajja li, imbagħad il-kittieb, b’mod għaqli, irid jagħmel damma tagħhom b’mod strutturat u kredibbli li jkebbes il-ħeġġa li wieħed ikompli jaqra. Pereżempju, mhix l-ewwel darba li argument li nkun użajt f’kapitlu nittrasferih f’kapitlu ieħor għax naħseb li hemm se jkun aktar joqgħod għax fejn kien qabel ma jidħolx kexxun. F’dan is-sens, ir-rumanz huwa jigsaw puzzle li tarf minn naħa u tarf minn oħra kollox isib postu biex fl-aħħar tingħaqqad storja sħiħa. Sister Clara hu xogħol fejn tittratta aspetti bħallgħira fost il-ħbieb, is-suwiċidju, il-kanċer, it-trabi li jitwieldu differenti, u l-post natal depression. Ma taħsibx li dan huwa wisq għal rumanz wieħed? Ma naħsibx! Sister Clara huwa rumanz fejn fih hemm vjaġġ ta’ erba’ karattri li għaddew minn ċirkustanzi kemm tqal u kemm inqas tqal. L-aspetti li hemm fih ma jagħmlux ir-rumanz, kif jgħidu bl-Ingliż loaded. Fih m’hemmx elementi li ma jistgħux iseħħu tabilħaqq jew impossibbli li jiġru bħalma xi drabi tara teleserial li l-isfortuna ma tehda qatt. Fuq in-naħa l-oħra hemm elementi pożittivi,

fosthom l-imħabba vera u l-konverżjoni. Kemm jgħinu elementi bħal dawn fin-nisġa tal-ġrajja? Jgħinu ħafna għaliex iżommu bilanċ bejn dak li hu ta’ diqa ma’ dak ta’ sodisfazzjon jew hena. F’dan irrumanz hemm ftit arja tqila imma hemm ukoll arja oħra friska. Jien, fir-rumanzi tiegħi, lejn it-tmiem inħobb indaħħal l-element ta’ tama. Li mhux kollox iswed jew griż. Hemm l-abjad ukoll għax dak li llum huwa skur għada jkun ċar. Nemmen li fil-ħajja m’hemmx biss negattività imma wkoll pozittività. Punt favur hu l-istil mexxej li bih tikteb u kapitli li ma jtulux bosta paġni. Dan jagħmel minn Sister Clara xogħol li jinqara malajr u bla diffikultà. Xi tgħid dwar dan? Nistqarr li fil-bidu kont nikteb naqra fit-tul. Imma meta jien stess minħabba restrizzjoni ta’ ħin bdejt naqra kotba li l-kapitli donnhom ma jispiċċaw qatt, kont ninnervja u l-ktieb inwarrbu biex nibda ieħor. Għalhekk iddeċidejt li bħalma niddejjaq jien naqra sentenzi u kapitli twal u xi drabi bi frażijiet u sentenzi

19


bombastiċi, jien stess ma rridx nikteb fit-tul. Minbarra dan, il-qarrej meta jaqra sentenzi qosra jdaħħluh aktar fl-ispirtu tal-ġrajja u taħkmu l-kilba li jara xi jkun ġej wara. Jien, qabel nibda naqra kapitlu ta’ ktieb, inqalleb lejn l-aħħar paġni tiegħu biex nara kemm fih. Jekk ikun qasir nitħajjar nibdieh imma jekk ikun twil, inħallih għal ħin ieħor. B’hekk jien stess tajt lezzjoni lili nnifsi biex fil-kitba tiegħi, nagħżel sintassi bi struttura ta’ kliem sempliċi mżejjen b’deskrizzjoni li togħġob ma’ sentenzi li jeħduk minn waħda għal oħra u kapitli li jħajruk taqrahom. Innutajt li l-protagonisti huma żgħażagħ, u fost dawn jispikkaw żewġ tfajliet. Hemm xi raġuni partikolari wara din l-għażla? Sempliċement ridt noħroġ il-burdati tal-karattri li għalkemm huma żgħażagħ għandhom wkoll ilproblemi tagħhom. Għandhom l-ambjent differenti li kibru fih u għaġinhom dak li huma. Waħda kellha tfulija normali waqt li l-oħra kellha trawma li ħallietha diżorjentata fl-imġiba tagħha lejn ħaddieħor. Ridt li r-rumanz ikollu l-element frisk tażżgħożija. Li ż-żgħażagħ huma wkoll sensittivi u għandhom fihom is-sens ta’ valuri morali u burdati emozzjonali. Il-vjaġġi li għamilt, imma anki ż-żmien bħala rtirat. Kemm jgħinuk dawn fil-kitba tar-rumanzi tiegħek? Il-vjaġġi li għamilt wessgħuli l-intellett kemm kulturali u kemm ċiviku tiegħi. Urewni li l-ħlejjaq, ftit jew wisq huma kollha l-istess. Ilkoll umani bit-tajjeb u l-ħażin tagħhom. Ilkoll iħossu dak li nħossu aħna fi gżira li llum qed tinfetaħ aktar għal dak li jmur lil hinn minn xtutna. Li għalkemm hemm id-differenza ta’ kulturi, ukoll fil-mod tal-ħajja tagħhom, xorta waħda hemm l-ambjent ta’ attitudni umana minkejja d-diverġenzi fil-ħajja soċjali tagħhom. Fil-vjaġġi tiegħi rajt is-setgħani u l-maħkum. Rajt is-sinjur u l-fqir. Rajt min jgħix f’dar lussuża u ħaddieħor jorqod fuq kaxxa tal-kartun. Rajt min hu mitmugħ tajjeb waqt li oħrajn jorqdu bil-ġuħ u rajt min hu mlibbes tajjeb u min hu mċerċer. Rajt ukoll min hu komdu fil-ħajja tiegħu iżda mbagħad rajt min hu tabilħaqq emarġinat. Dawn kollha ħallew il-marka flindividwalità tiegħi u esprimejthom kemm firrumanzi u aktar fil-poeżiji tiegħi. Dan kollu, fil-kwiet u b’mod realistiku ridt nurih, issa aktar minn qabel li jien irtirat u moħħi mhux mgħobbi bi problemi ta’

xogħol. Kemm hu importanti l-baħar kemm għalik bħala individwu, kif ukoll bħala spazju li fih jew ħdejh tambjenta l-azzjoni tal-kitba/ġrajja narrattiva tiegħek? Il-baħar! Dik l-immensità ta’ ilma bla limitu li meta nħares lejn id-dagħbien tiegħu, inissilli daqshekk misteru imma fl-istess waqt, sliem u serħan il-moħħ. Għalija, il-baħar, għalkemm ftit naf ngħum u ftit nersaq lejh, xorta waħda jaffaxxinani u jqanqal fija mistiċiżmu meta nirrealizza li fil-profondità tiegħu min jaf kemm qed jostor ġrajjiet. Kemm kien protogonista fit-tfassila ta’ ħajjet il-bniedem. Flistess ħin nibża’ minnu għax miegħu ma tiċċajtax u meta jrid jaf jurina xi jsarraf. Min qara r-rumanzi tiegħi jista’ jgħid li dejjem indaħħal il-baħar fihom għax lili jkebbisli t-tqanqila għall-kitba. F’bosta mill-poeżiji li ktibt il-baħar jinsab imdaħħal kemm mil-lat metaforiku u kemm mil-lat attwali. Il-baħar inħobbu imma nagħżel li nżomm iddistanza minnu. Xi jmiss issa? Għas-sena d-dieħla, il-pubblikatur tiegħi tħajjar jippubblikali tliet rumanzi flimkien bħala trijoloġija. Dawn huma rumanzi thrillers iżda l-binja tagħhom hija msejsa fuq ir-romantiċiżmu, il-qerq, il-misteru u dak li wieħed ma jistenniex. Ovvjament ma jonqosx ukoll l-element soċjali fihom. Imbagħad għandi rumanz ieħor flimkien ma’ mitejn storja ta’ mitejn kelma kull waħda b’daħla kritika mingħand Charles Flores u Tony Barbaro Sant. Ma’ dawn hemm 53 saġġ b’daħla kritika mill-Prof Edward Zammit. Sallum dan kollu li għandi. ĦAJKU Maskri grotteski meta ninżgħuhom jidhru il-maskri l-oħra. Fil-mewt tas-surmast il-membri tal-orkestra se jdoqqu flimkien. JOE FRIGGIERI (minn Mitt Ħajku, Filprint Publications, 1997)

20


jidraw il-bidla minkejja li kienu sa jkunu ’l bogħod mis-soltu drawwiet tagħhom u b’hekk forsi jħossuhom stranġieri fil-post il-ġdid. Dawn ix-xebbiet diversi fil-karattru u karriera għażlu li jibdlu d-dar rispettiva tagħhom bi prova: dik li kważi kellha palazz mgħammar sa ruħ ommu b’teknoliġa moderna f’lokal mimli bin-nies, mal-oħra li kellha dar ċkejkna kollox marsus u maqtugħa għaliha fid-diżabitat. Anke l-klima kienet ferm differenti minn ta’ xulxin b’waħda li ġġiegħlek tilaq ix-xemx meta toħroġ barra għas-sħana, filwaqt li loħra żżommok ġewwa għall-kenn minħabba x-xita u l-kesħa.

IX-XORTI TA’ ŻEWĠT IQLUB IMĊAĦĦDA Rakkont ta’ Joseph Bonnici Darba kien hemm żewġ xebbiet li kienu xebgħu flistat li kellhom mal-għarus tagħhom u raw kif għamlu biex jaħarbu din is-sitwazzjoni fejn ma kinux jafu fejn qegħdin fil-ħajja tagħhom. Dawn iż-żewġ nisa ġew f’kuntatt permezz talinternet fejn bil-komunikazzjoni elettronika ta’ bejniethom ftehmu li għal xi żmien jibdlu d-dar tagħhom ma’ ta’ xulxin ħalli jaħarbu mill-ambjent li kienu jgħixu fih u dan għamluh għax riedu jinsewh minħabba li l-għarus tagħhom kien telaqhom ħesrem.

Mela darba ħu Agnes li kellu żewġt itfal żgħar, mar fil-post fejn issa kien hemm Jane, mingħajr ma kien konxju b’dak li sar. Dan kien armel. Meta Jane fetħet il-bieb bil-lajma skantat b’dan ir-raġel twil u sabiħ daqstant li daħlitu ġewwa fejn imbagħad bdew jgħarrfu lil xulxin b’dak li ġara minn oħtu u fuqhom infushom. Peress li kienet ġa mixgħufa minn relazzjoni ta’ qabel għall-ewwel ma riditx taf bih iżda biż-żjarat spissi li seħħew wara bdiet tħossha komda miegħu tant li fi żmien qasir saħansitra laqqagħha ma’ wliedu fejn dawn dehru ukoll kuntenti biha, għad li Jane kellha ċerta stramberija lejn il-familja, għax qatt ma kienet imdorrija hekk. Iżda l-grazzja u limħabba huma għamjin.

Agnes kienet xebba oħra awtriċi tgħix ġo dwejra weħedha fil-kampanja ġewwa l-Ingilterra ’l bogħod mill-ħajja mgħaġġla u l-ħsejjes tal-karozzi daqstant li bilkemm kellha trejqa għaliha, ħlief bħal passaġġ imħarbat biex tgħaddi minnu. Kienet dar li fiha kien hemm biss il-bżonnijiet bażiċi li normalment tinħtieġ dar. Din ix-xebba wkoll kien ħalliha l-għarus li kien kittieb, peress li kien xeba’ jgħix magħha fil-kwiet ta’ l-imwarrab.

Agnes li issa kienet qiegħda tgħix ġo dar lussuża ma jonqosha xejn, tiddeverti b’dak li hemm madwarha, ukoll kellha żjara minn awtur tal-kotba u dan l-istess kittieb laqqagħha ma’ producer tal-films li kien armel u xjaħ sewwa. Ma’ dan l-anzjan, Agnes saret ħafna familjari li kważi spiċċat tieħu ħsiebu għax il-karattru tiegħu kien ferm jogħġobha. Ħadet ukoll esperjenzi mingħandu ta’ kif għandha tesprimi ruħha jekk trid li timxi ’l quddiem bħala awtriċi. Dan William, ilproducer, kellu karriera twila ta’ suċċessi u darba kien mistieden tal-unur waqt l-għoti ta’ trofej lillaħjar awturi. Għal din l-okkażjoni William iddeċieda li jistieden lil Agnes flimkien mal-awtur żagħżugħ ħabib li kien jikkollabora miegħu u li ma’ dan hi ġa kienet iltaqgħet darb’oħra. Hawnhekk iż-żagħżugħ żvela li kellu relazzjoni ma’ tfajla li ma kienx qiegħed iħossu accettat minnha.

Jane u Agnes qablu li jibdlu d-djar ta’ xulxin għal xi żmien u kienu jafu f’liema stat kienu sa jkunu jgħixu għax urew b’ritratti d-dar rispettiva tagħhom permezz tal-internet, iżda xorta komplew bil-pjan tagħhom għax kienu lesti li jagħmlu minn kollox biex

Ġara li Richard l-awtur żagħżugħ, bħas-soltu kien iżur lil William fejn sab lil Agnes iddur bih b’ħafna żelu. Hawnhekk irrakkonta ma’ Agnes li r-relazzjoni mat-tfajla tiegħu kienet spiċċat u stqarr magħha li għandu interess fiha. Din ma aċċettatux mill-ewwel

Jane kienet xebba toqgħod l-Amerka f’Los Angeles f’dar lussuża u mgħammra b’kollox fejn tidħol ilkumdità u rikkezzi. Din kienet attriċi famuża tal-films u ċertament ma kien jonqosha xejn u mdawra dejjem bil-kumpanija ta’ nies li setgħu għamluha qisha Reġina, imma sfortunatamnet mingħajr il-ferħ u l-imħabba vera tal-qalb.

21


LEONARDO SCIASCIA U MALTA Mitt sena mit-twelid tal-kittieb Sqalli Kitba ta’ John A. Consiglio Twieled 8 ta’ Jannar 1921 u miet 20 ta’ Novembru ta’ 68 sena. Leonardo Sciascia huwa wiehed mill-kittieba u intellettwali ewlenin Ewropej taS-Seklu Ghoxrin. Fost il-hafna attributi sbieh li kellu kien hemm dak li hu kien affaxxinat u suggestiv hafna dwar il-kultura Gharbija-Maltija, u l-elementi ewlenin ta’ din ilkultura dawna saru sehem centrali tal-famuz rumanz tieghu “Il consiglio d’Egitto”.

iżda fuq insistenza ta’ William u għax taf sewwa dan min kien, Agnes laqgħet l-istedina biex tibda toħrog miegħu. Wara kollox imħabba żagħżugħa riedet hi, issa ladarba ġiet l-opportunità. Il-perjodu tal-bidla tad-djar ta’ Jane u Agnes sfortunatament issa kien wasal biex jintemm u ħadd minnhom ma xtaq jerġa’ lura għalli kien qabel, laktar meta dak li kienu qegħdin ifittxu sabuh, imqar għal numru mhux ħazin ta’ jiem biss. Iżda dawn iżżewġ xebbiet xorta waħda reġgħu marru lura għal darhom propja, imma ferħanin, ukoll meta din lesperjenza kienet għal żmien qasir u li qattgħuha ’l bogħod minn xulxin, għax kienet esperjenza li ma tintesa qatt. Imma kienet ukoll ħasra li spiċċaw milli forsi jiffurmaw familja minħabba dak li ġralhom qabel jekk dan kien dejjem il-ħsieb tagħhom, għax huma ma xtaqux li jirrepeti ruħu dak li għaddew minnu qabel, għalkemm ħafna jgħidu li fejn hemm limħabba hemm l-għaqda li bil-mod biex tinkiser.

Dan ir-rumanz kien ambjentat fiz-zmienijiet talInkwizizzjopni. Huwa rumanz qasir, pjuttost rumanzpamphlet, u fih insibu bhala protagonist l-Abate Vella, li kien impustur kbir u mwieled appuntu f’Malta. Permezz tal-kitba ambjentalistika li nsibu f’ “Il consiglio d’Egitto” Sciascia jirnexxilu jerga jghix latmosfera socjo-kulturali Maltija, bid-diversi protagonisti taghha, is-sentimenti taghha, il-kultura taghha mhallta bejn Punent u Lvant Nofsani. F’dan ir-rumanz insibu wkoll l-ajjutant ta’ Vella, li jkun hu ukoll Malti, il-monaku Giuseppe Camilleri, li dan bhal speci jehodna wkoll qrib ta’ kittieb iehor kbir Siciljan, Andrea Camilleri. Leonardo Sciascia kellu passjoni kbira ghal pittura u spiss jinkludi noti fil-kitbiet tieghu dwar il-Qtugh ir-Ras fil-famuz kwadru tal-Caravaggio, u kien anki kiteb lintroduzzjoni tal-famuz u sabih volum “Viaggattori in Sicilia e a Malta”. Ma hemm allura ebda dubju dwar ir-rabta ferm qrib ta’ dan il-kbir kittieb u intellettwali Sqalli mal-kbira, kunmplessa, u affaxxinanti kultura Maltija.

22


għoxrin siegħa. Tah diversi forom ta’ wċuh: tondi, kwadri, ovali... Għamillu wkoll idejn u lit-twila taha l-inkarigu li turi l-minuti u lill-qasira biex turi ssigħat. Peress li l-arloġġ ma jafx b’mistrieħ, żiedlu id oħra u semmieha sekondiera. Il-bniedem għamel dan kollu billi ssinkronizza larmonija li n-natura bniet bejn ix-xemx u l-qamar, in-nhar u l-lejl. Lill-erbgħa u għoxrin siegħa li kull darba jagħmlu jum sħiħ, qassamhom fi tliet fażijiet: filgħodu li jaf il-bidu tiegħu liż-żerniq, f’nofsinhar u filgħaxija li taf l-ewwel lill-għabex u wara lill-għasar. Il-bqija tal-ġurnata l-lejl. Biż-żmien dawn it-tliet waqtiet intrabtu man-numru tlieta u ħadu xeħta filosofika u ntrabtet mas-sens talunità. Il-ħajja tal-bniedem tinġabar fi tliet fażijiet: tfulija, żgħożija u xjuħija.

IL-ĦIN Mill-manuskritt “Stejjer tal-Bieraħ” ta’ Mario Attard

Sieket kemm tridu. Kliem xejn. Ma jarax wiċċ, la jfakkar, la jwissi... jibqa’ għaddej. Ma jafx jieqaf jistenna sekonda waħda mqar, le, xejn! Li kieku lbniedem ma tahx leħen, anki jekk artifiċjali, kieku l-ħemda li jimxi fiha lanqas ħadd ma jintebaħ biha jekk mhux meta jiftakar kemm itir il-ħin. Il-bniedem ġabar il-ħin f’sura simbolika u sejħilha arloġġ. Minn arloġġ primittiv imkejjel bir-raġġi taxxemx, għadda biex immodernizzah u tah suriet żgħar u kbar u sarrfu f’ornament ta’ tiżjin ġewwa d-dar. Imma għall-ħin, l-ebda tiżjin ma jibdillu lmixja tiegħu, m’għandux bżonn jiddandan. Talinqas ingħatalu leħen, tikk, tikk, tikk. U kull kwarta, kull nofs siegħa, kull tliet kwarti u kif tasal is-siegħa, leħnu jsir qanpiena regolata, minn mota waħda sa tnax.

Għall-ħin, id-dlam tal-lejl ma jwaħħxux. Mhux hekk għall-bniedem li jeħtieġ id-dawl binhar u billejl. Donnu l-bniedem minn żmien għal żmien ried jitwennes u miegħu iwennes lill-ħin meta jsib ruħu fil-fond tad-dlam. Beda bit-torċijiet, bl-imsiebaħ, bil-fanali fl-irkejjen tat-triq, bil-bozza tal-gvern... imma għall-ħin, binhar bilejl jibqa’ għaddej. Kellu jkun l-għaqal ta’ wħud li għarfu l-użu tiegħu u dan jeħodna sekli fuq sekli sewwa fiż-żmien. Ma’ kampnar minnhom tal-parroċċa tal-Għarb, minflok arloġġ (dak jinsab mal-kampnar l-ieħor) hemm miktubin tliet kelmiet: Ibni, għożż iż-żmien. Mhux ta’ b’xejn li l-ktieb ta’ Sira (jew bil-Grieg, Sirak) huwa inkluż mal-Kotba tal-Għerf. Għaref tassew ikun ukoll kull min juża l-ħin tajjeb għax ikun qed jibni teżor li jgħir għalih kull min il-ħin tiegħu jkun ħlieh. Hemm wisq xi tgħid dwar il-ħin. Frażi fost l-aktar popolari li tista’ tiġbor kollox f’kelmtejn hija li ‘żżmien ixejħek’. Biss, daqskemm ixejħek jaf iwasslek biex jimlik bil-għerf inkella le. Kollox iserraħ fuq kif kull bniedem juża l-ħin.

B’hekk, il-bniedem, mhux biss ta leħen lill-ħin bilħsejjes tat-tokki, lanqas ma kien biżżejjed li tah sura b’arloġġ minn tal-idejn, ta’ mal-ħajt jew tannannu, imma wkoll ikkwantifika l-ħin f’erbgħa u

23


...GĦAX ILMA INT Kitba ta’ Therese Pace L-ewwel darba li ltqajt miegħek, ħabib mewwieġi, hawn fir-rifuġju ta’ plaċenta, maqbudin kif konna flewwel għawma u tħannina ħelwa tal-maternità, kien għadni m’għaraftekx. U lanqas ma kont naf x’parti kont ġejt magħzul biex tilgħab f’ħajti. Illum qed nintebaħ li t-tnejn aħna parteċipi bil-mod tagħna filġrajja singulari tal-ħolqien, fis-seħer tal-mument kbir u speċjali tat-twelid bħala ħlas ġust tal-istennija. Mill-ewwel inġbidt lejk u sirna ħbieb. Inbandlu lil xulxin biex nimlew ħinna. Ikolli ngħid li ħabbejtek għax għalija kont solliev: imħadda, irtubija ħelwa, tarka kontra d-daqqiet, l-ewwel misteru u l-ewwel esperjenza. Ta’ immatur li jien, ma stajtx nifhem kif għaqda ta’ atomi, ossiġnu u idroġenu jseħħilhom jistaħmu flimkien hekk li jsiru ħaġa waħda biex jiffurmaw lilek, sustanza mbierka u hekk meħtieġa għal ħlejjaq bħali. Illum qed nitgħallem li jien hekk ukoll iffurmajt ruħi. Minn żewġ ċelloli magħqudin flimkien, mil-lgħab fiddien bħal tal-bebbux. Illum nafek aħjar ħabib, għaliex ġarrabtek. L-ewwel tiġriba tiegħi int, tiġriba l-iktar komda u sabiħa. Int is-saqqu artab li jħanninni, li jikkalmani, li jaf jagħmilli l-wisa’, li jiskansali d-daqqiet li llum jew għada stajt naqla’ minn hemm barra, li jissaporti t-toqol tiegħi kif jissaporti wkoll id-daqqiet biż-żewġ li xi drabi jiftilli nfajjar b’riġlejja immaturi imma jweġġgħu donnhom par stikek tal-hockey. U jien, għax il-ġibda tagħna kienet reċiproka, ma qgħadtx lura, lanqas. Bdejt niffrekwentak assidwament, immissek, nilgħab miegħek, nittantak u saħansitra niddeċiedi kemm inħallilek spazju fl-inkubatur mudlam li jgħini nikber. Għax int għalija sostenn. Għalhekk inħoss li minnek ma nista’ naħbi xejn. Int taf kull weġgħa tiegħi sew sew malli ġarrabtha, kull fatra li għamilt, saħansitra, jekk hemm, kull nemxa fuq ġildieti. Għalhekk inħoss li nista’ niftaħ qalbi miegħek bla tlaqliq. U għandi xi ngħidlek taf! Illum ninsab imnikket tant li qalbi ċkienet daqs ġunġliena. U għandi biex, ħabib. U taf ta’ min hu t-tort?... ħa ngħidlek jien. Kollox beda tmien xhur ilu, meta ommi u missieri raw lil xulxin għall-ewwel darba. Inġibdu lejn xulxin mill-ewwel, talinqas hekk ħasbu dak il-ħin. Kien is-Sibt filgħaxija u bħas-soltu marru Paceville għad-divertiment ta’ tmiem il-ġimgħa. Jekk tista’ ssejjaħlu divertiment għax jien iktar ngħidlu tbaħrit. Kienu fis-sala taċċinema meta għajnejnhom waqgħu fuq ta’ xulxin u xi ħaġa li n-nies isejħulha kemistrija bdiet taħdem

ġewwa fihom. Milli jidher, ommi ħasbet li missieri kellu dehra cool, għax hekk, qalu li jirreferu żżgħażagħ moderni għal dehra li tħajjar, u dan għax skont hi kien liebes faqgħa. Dik il-lejla ma ċċaqalqux minn ħdejn xulxin u xorbu flimkien kemm-il darba biex bħallikieku jiċċelebraw il-laqgħa tagħhom. Meta ħassew li kienu saru daħna jew patata kif jgħidu żżgħażagħ meqjusa moderni, offrielha li jwassalha ddar bil-karrozza u hi ma qaltlux le. Ma fadalx mistħija daż-żmien, mill-ewwel jieħdu r-riedni f’idejhom ċerti nies. Iżda minflok ma wassalha d-dar qattgħu lkumplament tal-lejl fil-karrozza tiegħu sa ma lewwel imrieżaq feġġew fietla fuq ix-xefaq sajfi. Dawn il-laqgħat ittennew u ttripplaw u ma kienx għadda wisq żmien li jien ħassejt li kien wasal ilmument li nidħol f’ħajjithom, l-ewwel f’ta’ ommi u iktar tard, meta s-sigriet kien għaliha tqil wisq biex iġġorru waħedha, f’ta’ missieri wkoll. Imma x-xitan ma ħamilx. Meta kont ħsibt li kollox kien miexi ħarir u l-bejta għalija kienet komda biżżejjed, missieri deherlu li kellu jopponi għall-indħil u l-eżistenza tiegħi. Stqarr ma’ ommi kiesaħ u biered li ma kienx lest jidħol għall-piż ta’ familja u ta’ ħlejqa bħali. Qalilha li kien għadu żgħir wisq u li kien għad irid jara d-dinja x’toffri qabel jikkunsidra li jintrabat jew li jagħrafni b’ibnu. Dakinhar tlewmu bil-kbir għax ommi dehrilha li t-tnejn kienu wettqu l-bawxata u allura t-tnejn kellhom jaċċettaw il-konsegwenzi ta’ għemilhom. Bħallikieku jien kont konsegwenza tarax! Jien ix-xbieha t’Alla u tagħhom, is-suppost barka, sors tal-ikbar hena f’qalbhom, ġejt meqjus bħal ħaġa ta’ xejn, imbarazz, ksir il-għonq. U żgur! Għax uħud miż-żgħażagħ tal-lum jiġru u jitbaħartu biss iridu. Addijo r-responsabbiltà u l-valuri morali. U l-bixkliet li jidħlu fihom ħtija tagħhom inbatuhom aħna l-ulied intortament. Għax il-bniedem l-ewwel ifattar imbagħad ma jridx ikattar. Ara int ħabib, int m’intix egoist bħalhom, qatt ma ċħadtni, anzi dejjem bqajt issostnini u tieħu ħsiebi avolja taf li għad irridu ninfirdu. U iktar minn hekk saħansitra ċċedili postok

24


biex iżżomni xxamplat. Din insejħilha mħabba, din ħbiberija! Imma kont qed ngħidlek li dakinhar li tlewmu, missieri ried jeħles minni ħafif ħafif u kien lest li jħallsilha l-ispejjeż tal-vjaġġ sal-Ingilterra biex tabbandunani hemm bħal biċċa ċarruta mormija imma ommi wara li tatu ħasla kif tmiss il-liġi u għajritu bla qalb u bla kuxjenza - mingħalija anke qattiel waslet biex tgħidlu - qaltlu li dak li tingħata (jiġifieri jien) hu tagħha bi dritt u ma jittiħdilhiex. (Bejnietna naħseb li kienet ftakret fil-qari tal-quddies fejn Kristu jgħid lil Marija li Marta kienet għamlet laħjar għazla meta baqgħet tisimgħu jitkellem minflok marret tkompli l-faċendi). Ommi qaltlu wkoll li b’missieri maġenbha jew mingħajru kienet se turini d-dawl tad-dinja u tibqa’ tgħajjixni kif tista’. Għal dal-kliem missieri xejn ma ħasibha, bewweġ minn ħajjitha daqslikieku kien fantażma. U issa spiss nismagħha tilmenta dwar l-egoiżmu ta’ xi rġiel u li għajjiet iġġorrni għax ġmieli qed nitqal u iġri nara ddawl tad-dinja biex tara nixbahhiex. U meta nisma’ hekk l-uġigħ ta’ qalb kollu li għandi jisparixxi. Qalbi teħla kif teħla t’ommi. Għax jien kollox inkun naf, xħin torqod u tqum, x’burdata tkun fiha u saħansitra kull sentiment li jimla ʼl ħsibijietha. Għax ir-rabta ta’ bejnietna hi soda bħal għoqda li ma tinħallx. Anke jien ukoll nixtieq naraha. Nistħajjilha mbaċċa b’xagħarha twil, sewdieni u lixx qisu krinjiera ta’ żiemel selvaġġ. Imma ħelwa u għalkemm xi ftit immatura, qalbha tajba u għandha l-biża’ t’Alla. Sikwit naħseb dwar il-ħajja li jista’ jkollna flimkien, ilbews u t-tgħanniq li għad irridu npartu, it-tiġrib u nnuqqas li għad, abbandunati għal riħna, naqsmu flimkien, kif ukoll dwar il-ferħ li nittama li nġibilha meta nasal. Minbarra n-nuqqas ta’ missieri hemm ħsieb ieħor li jkiddni kull ħin u kull mument u dan hu l-fatt li xi darba mhux fil-bogħod għad irrid ninfired minnek, l-

ewwel ħabib li refagħni fi ħdanu. Jgħidu li għandek bosta ismijiet: isejħulek ilma tal-ħajja, baħar, mezz ta’ trasbord, sors tal-għajxien, tisqija. Ġo żaqqek hemm il-ħajja. Ħut u frott tal-baħar. Imbagħad, x’ma ġġorrx fuq dahrek: għajnuna, irmiġġi, ħbiberiji, kruċjati, għebiex tan-nar u orizzonti żoroq, umanità tiskappa s-sovverżjoni. Eh ħabib, kulħadd destinu ngħid jien. Għall-oħrajn l-għira u għalina l-ferħ li ninħabbu bejnietna. Naf li jien u int irridu naqbdu triq differenti imma nwegħdek li qatt ma ninsik u li kull ċans li jkolli niġi nfittxek għax il-kumpannija tiegħek kollha tmellis u ċafċif sielem għad trid tnessini l-hemm u t-tiġrib tal-ħajja. U meta mbagħad, tkun xi ftit irrabjat, kemm narak affaxxinanti! Wiċċek iqell u d-daqna bajda li tixgħebek kollha boqoq donnha qoton magħżul u mdaqq li l-antenati tiegħi kienu jaqilgħu ħobżhom bih. Imm’issa għajjejt inlablab u għada nibda l-vjaġġ terren u rrid nistrieħ għax għandi wisq x’nitħabat. Qabel ma għajnejja u garġija jinfetħu għad-dinja, nitolbok tieħu paċenzja tkemmixni, tħaddanni u tħanninni ftit ieħor sa ma jasalli l-ħin li, mirkub millbżonn tan-nifs u mqanqal mill-impulsi, nieħu r-riedni ta’ destini f’idejja u mill-kenn ta’ das-santwarju naqa’ miegħek fid-dinja tal-bnedmin. Int togħsfor għal triqtek u jien nifli ħarset ommi għall-ewwel darba u forsi l-bewsa tagħha tkun esperjenza pożittiva kif kienet tagħna t-tnejn. Il-lejl u l-vjaġġ ittajjeb ħabib. Nerġgħu niltaqgħu żgur u dakinhar, min jaf, forsi tqerr miegħi int. U nkunlek ta’ sostenn kif kontli inti. IL-ĦAMIS 17 TA’ DIĊEMBRU 1987 L-irjus ħomor tal-punsjetti jitbandlu mal-buffuri diċembrini żejnu d-dehra monotona tal-ħdura-safranija imdendla mal-ftit zkuk nofshom għarwiena imxammra bħall-ħassiela. Fis-sema s-sħab jinstab f’tellieqa l-istess bħal jiem tas-sena moribondi l-istess bħan-nies għarriexa għar-rigali. Ħa jasal il-Milied biex f’qalbna tiddi l-kewkba tal-imħabba li ssaħħan lil tant qlub minsija f’dinja li ma tafx b’mistħija. ALFRED MASSA (minn Diwi fil-Maqdes, 2000)

25


L-APOLOĠIJA TA’ SOKRATE Traduzzjoni ta Victor V. Vella

Dan hu l-bidu tad-diskors tal-Filosofu Sokrate li għamel quddiem il-qorti Grieg ftit qabel ma miet. Sirna nafu bih permezz tal-istudent tiegħu, li mbagħad tista’ tgħid ħa postu, jiġifieri Platun. Din baqgħet tissemma’ bħala Apoloġija. Imma hi iżjed diskors ta’ difiża fil-process legali li Sokrate kellu jgħaddi minnu fil-qorti ta’ Ateni ta’ dak iż-żmien. Laħħar snin tar-raba’ seklu qabel Kristu ezatt fis-sena 399, kien żmien ta’ taqlib f'Ateni u fit-taħwid kollu Sokrate ġie akkużat li bid-diskussjonijiet u t-tagħlim tiegħu kien qiegħed jassar liż-żgħażagh u li hu kien kontra d-demokrazija. Kellu jifddefendi ruħu quddiem ġuri ta’ 500 ċittadin. Ivvotaw kontra tiegħu u għaddewh bħala ħati, u wara kellu jixrob il-velenu, avolja kellu ċans jaħrab. Imma Sokrate tant kien bniedem rett li ried jara li s-sentenza li nqatgħet kontra tiegħu tiġi mwettqa.

“Kif u kemm intom O nies ta’ Ateni ġejtu influwenzati minn dawk li akkużawni ma nistax ngħid; naf biss li kważi nessew lili stess jien min kont, tant kemm tkellmu bil-persważjoni... allavolja ma qalux kelma waħda li hi vera. Imma fost il-ħafna gideb li qalu kien hemm waħda li l-vera ixxokkjatni... meta qalu li intom tridu toqogħdu attenti li ma thallux lilkom infuskom tkunu mmexxijin minn imneħirkom bil-qawwa tal-kliem tiegħi. Meta waslu li jgħidu dan, meta setgħu jirrealizzaw li hekk kif niftaħ ħalqi u nuri li jiena m'iniex xi oratur gwapp, kienet ħaġa li kien messhom jistħu jgħiduha... jekk huma ma kinux jirreferu għall-qawwa tal-elokwenza tieghi... imma riedu jfissru l-qawwa tal-verità li nesprimi. Jekk dan hu li jridu jfissru, ikolli naċċetta l-fatt li iva jien kapaci nitkellem. Imma s-sengha tiegħi... kemm hi differenti minn tagħhom! Mela, kif kont qiegħed ngħid... nista’ ngħid li dawn ma qalux xrara ta’ verità. Mingħandi se tisimgħu l-verità kif inhi mhux fi speci ta’ paneġirku b'ħafna kliem u espressjonijiet sbieħ. Le, le, f'gieħ is-sema! Jiena se nuża kliem u argumenti kif jiġu f'moħħi dan il-mument, għax jiena għandi fiduċja fil-gustizzja tal-każ tiegħi. Bħalissa bl-età tiegħi b'kollox inħossni umiljat li jkolli

nidher quddiemkom, ja nies ta’ Ateni, bħal speċi ta’ xi oratur żagħżugħ u nispera li dan ħadd minnkom ma jistennieh minni. Fuq kollox nitlobkom favur: jekk niddefendi ruħi kif naf u kif is-soltu nagħmel u tisimgħuni nuża l-istess kliem li issa saru biċċa minni u li issa drajt nuża fl-'agora',* jew madwar limwejjed ta’ dawk li jsellfu l-flus jew f'postijiet oħra, nitlobkom li ma tiħdux qatgħa u li tħalluni ngħid dak li rrid ngħid mingħajr ma twaqqfuni. Infakkarkhom li jiena llum għandi 70 sena u li din hi l-ewwel darba li qieghed nidher f'qorti, u li għalhekk miniex imdorri nuża l-lingwa ufficjali tal-post. Allura jekk jogħġobkom qisuni bħala wieħed stranġier li żgur li tikkundannawh jekk juża d-djalett, bl-istil u bil-kliem b'kollox... ta’ pajjiżu. Forsi tgħidu li qiegħed nistenna ħafna! Tagħtux kas ta 'il-kif '... tal-mod kif nitkellem li forsi ma jkunx jaqbel ma dak li tistennew... imma aħsbu biss fil-verità ta’ dak li nkun ngħid u dan żommuh quddiem għajnejkom: ħallu l-kelliemi jgħid il-verità u l-imħallef jiddeċiedi bil-ġustizzja...” -----------l-agora : il-post fejn kienu jiltaqgħu, bħal speci ta’ qorti pubbliku.

“True knowledge exists knowing that you know nothing.”

“It is better to change an opinion than to persist in the wrong one.”

26


MINGĦAJR MA NINSA

L-ERWIEĦ TA’WIED GĦAMMIEQ

Kitba ta’ Rita Saliba

Kitba ta’ Mary Chetcuti

Wegħedni li joħodni miegħu fuq id-dgħajsa fi tmiem il-ġimgħa… issa li l-baħar ikkalma. Iċċassajt lejn lilma, li sa tarf il-jum kompla jiskura u jostor wegħdi oħra li qatt ma twettqu.

Qegħdin ngħixu emerġenza tas-saħħa straordinarja li anqas fl-iktar immaġinazzjoni fertili tagħna ma’ stajna noħolmu li nistgħu ngħaddu minnha. Sa ftit taż-żmien ilu meta nisma’ kliem bħal pandemija u mxija kienu jiġu f’moħħi l-ġenerazzjonijiet mgħoddija li kienu jintlaqtu minn epidemiji qattiela tal-pesta jew kolera fost mard infettiv ieħor li kienu jħallu mijiet u eluf ta’ vittmi, saħanistra rħula sħaħ.

Iċ-ċafċifa tal-ilma mal-blat tfiet il-ħamba għaddejja, id-diskors minn taħt l-ilsien ta’ min xtaq jitkixxef jew min kellu xi teorija għall-għejbien tiegħu. Ma bdejtx nara ħlief dellijiet għaddejjin madwari. Xi ħadd dawwarli għata fuq spallejja u mexxieni lil hinn mixxtajta. Ħarist għall-aħħar darba lejn wiċċ l-ilma, nistenna li jitlobni maħfra… nisimgħu mqar darba jgħidli li jiddispjaċih… li għal darb’oħra ma żammx kelmtu. Għal ġimgħa sħiħa baqgħu ġejjin għandi rjus baxxuta bħal mewġ iswed. Ilħna jfesfsu kliem ta’ faraġ f’widnejja. Uċuħ tħassruni. Xi ħadd niżel maġenbi jgħidli biex niftakar il-mumenti sbieħ li għaddejt ma’ żewġi. Dawk li jafuh mill-qrib ġew b’xofftejhom marsusin, għajnejhom lejn l-art, sellmuli u ħarġu lura, ikomplu b’ħajjithom. Ommi baqgħet miegħi. Ma nafx xħin torqod jew tqum, nismagħha ġejja u sejra ħdejn soddti toħodli lura l-ikel mhux mimsus li nħalli fuq il-komodina. Tgħidli nieħu ħsieb saħħti… li għad irrid infiq… li luġigħ jaf jieħu xhur biex jgħaddi, anke snin. Inġebbed il-kmiem twal tal-piġmama ’l isfel. Xħin toħroġ minn kamarti nikxef dirgħajja. Ma tafx ommi, li t-tbenġil diġà beda jiċċara.

Waħda mill-agħar epidemiji li laqtu lil Malta kienet dik li bdiet mid-dar tal-merkant u importatur taddrappijiet Matteo Bonnici nhar lejliet il-Milied tal1675, fil-Belt Valletta. F’temp ta’ ftit jiem mietu kważi l-membri kollha tal-familja Bonnici u nies oħrajn ġirien tagħhom. L-awtoritajiet tal-Ordni ta’ San Ġwann mill-ewwel basru li l-kawża tal-imwiet kienet marda infettiva u b’mod immedjat daħħlu miżuri u regoli sabiex iddeni li qatel lil dawk in-nies Beltin ma jkomplix jinfirex u jagħmel ħerba fi bliet u rħula oħrajn talgżejjer Maltin. Kellhom raġun għax il-marda kienet il-pesta li aktarx inġiebet fuq artna minn skwadra Ingliża li kienet għadha kemm żaret Tripli fil-Libja. Il-Kavallieri ta’ San Ġwann imponew kwarantina iebsa ferm sabiex ikkontrollow dik li issa bdiet tilħaq il-livell ta’ epidemija. B’danakollu, is-sitwazzjoni xorta waħda ħarbet minn taħt idejhom għax sa Ġunju tal-1676 ilpesta qatlet mal-11,300 ruħ (22% tal-popolazzjoni); 10 minnhom kienu kavallieri tal-Ordni filwaqt li b’xorti tajba Għawdex baqa’ ħieles millinfezzjonijiet. Epidemija kerha oħra li misset il-gżejjer Maltin kienet tal-pesta wkoll li faqqgħet fis-16 ta’April 1813 mid-dar ta’ Salvatore Borg fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta, meta bintu ta’ 8 snin telgħalha deni qawwi u mietet tlett ijiem wara. Iċ-ċkejkna sarilha l-funeral fil-Knisja ta’ Ġieżu u ndifnet fil-kripta tal-knisja stess. L-allarm tqajjem mit-tobba meta mart Salvatore Borg mardet l-istess bħal bintha u mietet; Salvatore marad bħalhom u miet fil-Lazzarett (l-isptar talkwarantina għall-mard infettiv mibni mill-Kavallieri). Fl-4 ta’Mejju 1813, l-awtoritijiet Brittaniċi ħarġu twissija li s-saħħa pubblika kienet tinsab f’periklu kbir għax il-kawża tal-mewt tal-familja Borg kienet ilpesta.

27


F’temp ta’ 40 jum l-epidemija kienet diġà qerdet 455 minn madwar 855 xiħ u xiħa li ntefgħu fil-fortizza. Minħabba n-numru daqstant għoli ta’ mwiet f’daqqa kellhom jitħaffru ħofor fil-ħamrija fuq l-art magħrufa bħala Ta’ Wied Għammieq ftit ’il bogħod minn Forti Ricasoli, biex iservu ta’ oqbra komuni għall-vittmi.

Iċ-ċimiterju li hemm f’Wied Għammieq

Għall-bidu l-imxija bdiet b’pass kajman tant li n-nies ħasbu li l-awtoritajiet kienu qed jesaġeraw. Imma wara s-16 ta’ Mejju l-pesta qabdet tinfirex b’ritmu mgħaġġel minn triq għall-oħra ġol-Belt u saħansitra ħarġet mill-kapitali, kompliet tinfirex mal-gżejjer Maltin u ħasdet il-ħajja ta’ 4,500 ruħ, li jfisser 5% talpopolazzjoni f’dak iż-żmien. Dil-pesta kienet ġiet importata mill-belt ta’ Lixandra fl-Eġittu meta merkanzija infettata insterqet minn fuq il-brigantin ‘San Nicola’ waqt li kien sorġut filport Malti taħt bandiera safra tal-kwarantina peress li kienu mitulu abbord xi membri tal-ekwipaġġ biddeni. Waħda mill-aktar epidemiji li ħolqot għagħa fost ilMaltin hija dik tal-kolera li faqqgħet fl-Opsizio talFloriana li kien sptar għax-xjuħ u l-foqra. Meta fid-9 ta’ Ġunju 1837 ċertu Tabib Axisa ntalab jinvista żewġt ixjuħ li kienu magħkusin sew minn marda li ħakmithom, hu investiga u kkonferma li l-pazjenti kienu qed imutu minn Kolera Ażjatika, varjant oriġinat mill-Indja snin qabel li jinfirex malajr u joqtol ħafna. Bla telf ta’ ħin it-Tabib Axisa informa lill-Awtoritajiet tas-Saħħa sabiex iħaffu u jdaħħlu l-kwarantina. B’danakollu l-Ispettur Ġenerali għall-Isptarijiet Militari Brittaniċi, Dr Clarke, ma qabilx mad-dijanjosi tat-tabib Malti għax skont hu dawn kienu żewġ każi ta’ kolera ħafifa.

Minħabba ż-żmien li kien inħela sabiex l-awtoritajiet kolonjali ħadu l-miżuri meħtieġa, il-kolera laħqet ħeġġet mal-irkejjen ta’ Malta u Għawdex u sa Ottubru tal-istess sena ħalliet mal-4,252 vittma, li kważi 900 minnhom mietu fil-Forti Ricasoli. Dawn tal-aħħar indifnu kollha fil-ħofor komuni li kienu tlestew għalihom u kienu jibqgħu minsijin hemm li ma kienx għal devozzjoni li bdiet titqanqal lejn ix-xjuħ tal-Ospizio li waqgħu vittmi tal-kolera. Kien fl-1878 li l-fdalijiet tagħhom reġgħu nqalgħu biex ingħataw difna xierqa. Fuq qabarhom tqiegħdet kolonna piramidali bħala monument ta’ tifkira. Fuqha tqiegħed salib (li maż-żmien ġie sostitwit), tnaqqxet xbieha tad-Duluri u twaħħlet kitba bil-Malti li tgħid: “Hawn għadam il-foqra li fis-sena 1837, ġewwa Ricasli nġabru u bil-kolera mietu. Dan iċ-Ċimiteru bi flus id-devoti sar fl-1881. Intom ikollkom ħniena, itolbu għas-serħan tagħhom.” Id-devozzjoni kbira għall-erwieħ ta’ Wied Għammieq għadha b’saħħitha sal-lum. Iċ-Ċimiterju ċkejken li jinsab fl-inħawi tal-Kalkara jkun miftuħ għallviżitaturi u fl-ewwel Ħadd ta’ Novembru ssir quddiesa b’sufraġju għal ruħhom. Il-kolera reġgħet tfaċċat fuq il-Gżejjer Maltin fl-1850 meta ħalliet 1,738 vittma; imbagħad reġgħet faqqgħet 15-il sena wara u qatlet mal-1,479 ruħ. Laħħar żewġ epidemiji tal-kolera f’Malta kienu fl1867 li ħalliet 259 mejta u fl-1887 meta mietu 463 ruħ (iċ-ċifri jistgħu jvarjaw xi ftit minn riċerka għal oħra). Epidemiji li minbarra l-biża’ u l-imwiet ħallew warajhom qgħad, ġuħ u faqar fost il-popolazzjoni Maltija.

Sat-13 ta’Ġunju 1837 il-każi telgħu għal 27 anzjan li 17 minnhom mietu. Wara ħafna argumenti kien stabbilit u kkonfermat li din fil-fatt kienet Kolera Ażjatika u ttieħdu passi sabiex ix-xjuħ kollha talOspizio jkunu trasferiti u iżolati fil-Forti Ricasoli, liema fortizza ma kenitx baqgħet tintuża bħala sptar tal-Qawwa Militari Brittanika f’Malta mindu mxew lejn Bighi.

28


IL-MAGNA TAR-RITRATTI - 1955 Rakkont ta’ Carmen Refalo Kif joħroġ temp sabiħ noħorġu kollha għax-xemx biex naħtfu l-mument noqogħdu għar-ritratt. Iz-ziju Ġuż kien joħdilna ħafna ritratti bil-‘kamera’ tiegħu: barra t-triq, fuq il-bejt tagħna jew fil-bitħa. Matul ix-xitwa, mhux dejjem kien ikun hemm dawl qawwi biżżejjed ħdejn il-qsari. “Ejja pa, itla’ ma,” kienet tgħid lin-nanniet iz-zija Ċett, “ħa nibagħtu xi tnejn minnhom l-Amerka, lil Filomen.” U kull meta z-ziju Ġuż kien jiġi bil-magna tar-ritratti u jsemmielna l-bejt, kif tgħajtilhom binthom kienu jitilgħu it-taraġ bil-mod il-mod, wara xulxin. Sadattant waqt li n-nannu kien ipoġġi fuq is-sodda fil-kamra tal-bejt, in-nanna kienet tersaq maġenb ilbieb tistenna b’idejha fuq żaqqha sakemm iz-ziju Ġuż isib l-aħjar post fejn iqegħedna biex ir-ritratti jiġuh ċari u sbieħ. Għandkom il-ħila taqtgħu fejn kienu ħaduli l-ewwel ritratt, fuq l-abjad u l-iswed meta kelli xi tmien xhur, wara li ħarġuni fil-bitħa kif sebaħ jum sabiħ. Fuqu jidhru n-nanna u z-zijiet jitbissmu bil-ferħ, jgħolluni ’l fuq lejn is-sema, iżommuni b’idejhom it-tnejn ma mmurx niżloqilhom. X’aktarx li z-ziju Ġużeppi kien ħadulna għax hu ma jidhirx fir-ritratt. Ikolli ngħid li ġejna tajjeb fih għalkemm jien ma ningħarafx! X’taħsbu li jidher bħala sfond warajna fil-bitħa; ilbank tal-injam mimli qsari, mgħobbijin bil-fjuri, li niftakru minn dejjem fil-bitħa taz-zijiet? Imma mhux bilfors… forsi missieri kien għad irid jaħdemulhom. Tgħid għażlu li joqogħdu ħdejn xi waħda mill-qsari bil-weraq kbar li kellhom imxerrda fuq il-knatan ma’ kull rokna; zijieti kienu ffissati kuljum iduru malweraq u l-fjuri. Imma le… xejn minn dan kollu… warajna jidher il-bieb tal-loki! Forsi ħaduh ’l hemm skont id-dawl tax-xemx; imma ngħid jien... ma setgħux stennew ħin ieħor għallewwel ritratt tiegħi! Meta kbirt u kont ngħidilhom hekk, kienu jgħiduli, “Moħħ dal-ħmerijiet kellna dak iż-żmien… ruħi binti, wara kollox bieb tal-loki u bieb tal-palazz, it-tnejn bibien huma... jekk ikollok bżonn tidħol f’wieħed ma

tidħolx fl-ieħor biex tinqeda!” Kellhom raġun iz-zijiet. F’ritratt ieħor li għadu għandi, qiegħda nippoża waħdi fit-triq, ħdejn il-bieb tagħna; kelli xi tlett snin, liebsa għall-mezzutemp, bi flokk irrigat bil-kmiem sal-minkeb u qalziet twil bis-sider b’kollox bil-qliezi wesgħin imxammrin. Kellu ċ-ċingi meħjutin fuq quddiem li jduru għal wara u jinqaflu mal-qadd. X’aktarx li kienet bagħtithomli z-zija Filomen u kont iwritthom mingħand bintha Emily. Dal-qalziet kellu żewġt ibwiet, wieħed fuq kull naħa, u nidher b’idejja imdaħħlin fihom. Tafu għaliex? Għax kif iz-ziju qalli li kien se joħodli r-ritratt, sabni għal għarrieda fl-intrata, biż-żewġ gażażi f’idi, bilġdida u bil-qadima li kienet irtabet. Dir-ratba ma ridthomx jarmuhieli; kont noqgħod inxommha, inħossha ddellek u nismagħha tfaqqa’ kull darba li ngħaffiġha bejn subgħajja. U qabel ma ħriġt ’il barra u qgħadtlu għar-ritratt, ħbejthom malajr waħda f’kull but u żammajthom sew biex ma joħorġulix. Ma ridtx nuri li kont għadni bil-gażaża... U mhux b’waħda imma saħansitra bi tnejn! Ritratt ieħor kienet ħadituli z-zija Tereż, ħdejn ilbaħar, fir-Ramla ta’ San Tumas; kelli mal-ħames snin. Dar-ritratt fuq l-iswed u l-abjad, kien imkabbar u rtukkjat bir-roża. Johnnie tar-ritratti kellu drawwa jagħżel ritratt minn jeddu, ikabbru u jżidlu ftit kuluri ’l hemm u ’l hawn; kien għad m’għandniex pellikola tal-kulur. Wara li xebgħet tfittex u tiġbor l-imħar, iz-zija Tereż għajtitli ħalli nnewlilha l-magna tar-ritratti; qaltli fejn kelli noqgħod u niżlet għarkupptejha fuq il-ħaxix niedi, safejn l-ilma kien iċċafċaf mal-blat. B’hekk ġabitni nidher twila daqslikieku kelli xi tmien snin.

29


Meta rawh iz-zijiet tgħidx kemm għoġobhom u jien xtaqt inqattgħu. Kont bil-malja, b’kuxxtejja mimlijin u b’żaqqi mqabbża qisha boċċa. “Kmieni bdiet dit-tifla tħares lejn persunitha; mela x’ġej la tikber,” smajt lil zijieti jgħidu meta ndunaw li ridt naħbih. “U dik għax qed tistħi!” qabżet għalija n-nanna u bħas-soltu kellha mitt raġun. Fir-ritratt nidher qed inżomm, bit-tarf t’id waħda lkappell tat-tibna li kelli fuq il-blat abjad ta’ warajja; għadni niftakar li kif iz-zija sabet minn fejn l-aħjar li tiġbidli r-ritratt, il-kappell ħabat ser jiżżerżaq u jien kont pronta żammejtu bla ma tlift il-poża. Imma dakinhar ma ninsieh qatt. Wara li z-zija Tereż qamet bilwieqfa u għamlet żewġ passi lejn il-ġewlaq biex terfa’ l-magna, smajtha twerżaq, rajtha qed tiżżerżaq u taqa’ u smajt l-iskutella ta’ rasha taħbat mal-blat! Qamet bil-mod, storduta u mwerwra; bdiet tibki u żżomm rasha. Bil-biża’ u bl-istess daqqa bdiet tħoss id-demm bħallikieku nieżel minn farrett ġo rasha; riditni nittawlilha u nfittex minn fejn kien ħiereġ iddemm imma jien nefħa biss rajtilha. Wara li tajtha lflixkun bl-ilma tax-xorb, xarrbet rasha u għorkot kemm felħet il-gundalla li bdiet tintefħilha. Ġbarna kollox malajr malajr, ilbisna u tlajna bil-mixi, inħaffu lejn id-dar biex marret mill-ewwel għand it-tabib. Ma kien ġralha xejn serju imma dik il-waqgħa immarkatilha l-bqija ta’ ħajjitha; baqgħet ma nsietha qatt u tgħidx kemm żaret professuri minħabba fiha. Ritratt ieħor ifakkarni fil-Ġriżma; iz-ziju Ġuż kien ilparrinu tiegħi u ħadni għand Johnnie għar-ritratt speċjali flimkien. Milli jidher li qabel ma morna, kelli nqatta’ mill-inqas xi siegħa maz-zija Marì biex għamlitli n-nokkli. Iz-ziju kellu fuq l-erbgħin, b’xagħru f’postha mdellka bil-

‘Brylcreem’, bil-libsa skura u żarbun pariġġ ta’ ‘John White’ li kien iżomm fil-kaxxa, ġol-gradenza tażżraben ġodda. Dawn kien xtrahom xi disa’ snin qabel għat-tieġ ta’ missieri u ommi; hekk kienet tgħidli nnanna kull meta kont nuriha dar-ritratt. U lili kienu libbsuni libsa bid-dublett kollu piegi. Tarritratti kien poġġa liz-ziju bilqiegħda u lili bilwieqfa ħdejh; kelli seba’ snin u kien diġa` fini tifla mhux ħażin. Dar-ritratt kien irtukkjat tajjeb ħafna; aħjar minn dawk ta’ qablu. Saħansitra rnexxielu jagħti ħjiel tal-kulur blu tal-libsa taz-ziju u l-aħdar tal-libsa tiegħi. Imma x’taħsbu li kien laqatni l-aktar? Kemm kont ġejt nidher żbozza! Qatt ma kont irqiqa imma zijieti kellhom ħabta jlibbsuni ħwejjeġ li kienu jġibuni nidher id-doppju li kont. U nitbissem meta narani b’xufftejja u bil-wardiet ta’ wiċċi miżbugħin ħomor, għax matul ħajti qatt ma kont dilettanta la tal‘lipstick’ u lanqas tar-‘rouge’. Sadattant lil tar-ritratti ma nagħtihx tort għax b’hekk biss sata’ jtihom ftit kulur biex isebbaħhom. Ritratt ieħor għal qalbi ħafna, konna ħadnieh barra lBieb Qadim tal-Belt, ħdejn il-Monument ta’ Kristu Re. Iz-zija Ċett qed iżżomm f’idha ‘parcel’ mill-Amerika, li konna għadna kemm ġbarnih mill-Posta tal-Belt. Tidher fl-aqwa tagħha, b’wiċċha mimli u daħkan u ttoqol tal-‘parcel’, maqtugħ mill-art ma jidhirx li kien qed jagħmel biha. In-nanna Karm, li kellha fuq issebgħin, tidher bilwieqfa ħdejha, b’xagħarha bajda qoton miġbuda lura f’toppu, liebsa qmis skura biddbabar ċari żgħar u bid-dublett pariġġ twil salgħaksa. Jien, bilwieqfa man-naħa l-oħra ħdejn ziti, kelli xi sitt snin. Kien jum sħun għax it-tlieta lebsin ħafif u żgur li ma kienx jum tal-iskola; kieku ma kontx inkun magħhom. Kien ħadulna wieħed tar-ritratti li kont spiss issibu ’l hemm, iħajjar kemm lill-barranin kif ukoll lill-Maltin jippużaw għar-ritratt fid-daħla tal-Belt biex jaqla’ lħobża ta’ kuljum. Il-kaxxa tal-magna tiegħu, li kont naraha daqsxiex kienet isserraħ fuq tripied u tleħħaq sa nofs rasu. Qabel ma ħadulna ġie jpoġġina għarritratt ħalli niġu sew; wara daħħal rasu taħt biċċa drapp sewda, imwaħħla mal-kaxxa, u ġibidulna. Wara li stennejna ftit biex joħroġ ir-ritratt urih liz-zija Ċett; għoġobha u ħallsitu u tlaqna għall-Kastilja biex nirkbu tal-linja, lura lejn id-dar! U tgħidx kemm għad għandi ritratti żgħar li jfakkruni

30


fl-ewwel miġja taz-ziju Ton f’Malta. Meta r-raġel tazzija Men, kien ġie għall-vakanza mill-Amerika ma’ bintu Carrie, kien ġab miegħu magna tar-ritratti; m’għandix dubju li kien l-aħħar mudell li kien ħareġ dak iż-żmien. F’ħafna minnhom jidher in-nannu Kiel bilqiegħda mdawwar b’uliedu, b’Carrie bilwieqfa warajh, b’idu mdawra ma’ qaddi jew bija f’ħoġru, wiċċu ma’ wiċċi. Meta telqu lura, iz-ziju Ton ħalla l-kamera liz-ziju Ġuż li tgħidx kemm feraħ biha; ma kien iħalliha f’idejn ħadd u kienet merfugħa fil-kexxun tal-gradenza filkamra tiegħu. U meta ġiet martu, iz-zija Filomen, biż-żewġt itfal l-oħra, tgħidx kemm reġgħet ħadmet dil-kamera. “Din ħallihieli ħatni,” kien jgħid kull darba li jmur għand tar-ritratti, biex jixtrilha l-film tal-pellikola, “kien ġabha miegħu minn barra”. Għadni niftakarha: kaxxa miksija b’ġilda rqiqa sewda, b’daqs bejn wieħed u ieħor ta’ tlieta b’erba’ pulzieri u għolja xi tnejn u nofs. Wiċċ minnhom kien jinfetaħ biex tkun tista’ tpoġġi r-romblu tal-pellikola f’postu. Kull meta kont nilmħu bil-magna f’idu kont immur niġri għal ħdejh nara xi jkun qed jagħmel. Kif iz-ziju kien jinduna bija minflok ma jkeċċini, kien jgħidli, “Carm newwilli l-bott minn ġol-kaxxa li xtrajna mingħand tar-ritratti; aqlagħlu t-tapp, oħroġ l-istoċċ tal-pellikola minn ġo fih u agħtihuli,” u kont nibqa’ ħdejh sakemm iqiegħdu f’postu. Kien jiġbed tarf ilpellikola ħierġa mill-istoċċ, biex iqabbdu mas-snien tar-romblu mwaħħal ġol-kamera. Kif ilesti u jagħlaqha, kien idawrilha l-ganċ ċkejken ta’ fuq barra u jekk il-pellikola tkun qabdet sew stajt nismagħha ddur mar-romblu ta’ ġewwa. Waqt dil-biċċa xogħol kont noqgħod inħares lejn izziju bir-reqqa kollha, “Ħa ndawwar jien zi,” u flaħħar beda jħallini. Kien iżomm il-magna tar-ritratti magħluqa f’idejh ittnejn waqt li jfehemni, “Ara Carm, ħares lejn dilħġieġa ċkejkna ta’ ħdejn il-ganċ. Taħtha tidher ftit mill-pellikola li għadni kemm poġġejt u fuqha hemm strixxa bajda bit-tikek suwed; mela għalissa ma nistgħux nieħdu r-ritratti. Issa żomm il-kaxxa f’idek u dawwar il-ganċ bil-mod il-mod, sakemm jaslu it-tikek ħomor. Moħħok hemm għax daqt jidher in-numru wieħed u kif tarah trid tieqaf. Hemm hu!” u erħilu joħodli l-kamera minn idi! Għax il-magna kienet tkun lesta għall-ewwel ritratt. U lil min kien jieħdu? Mhux lili!

Wara li jħares mil-lenti tan-nofs biex jara hux ġej sew, jgħidli nersaq ftit ’l hawn jew ftit ’l hemm, iffakkarni ngħid ‘cheese’, jagħfas il-buttuna u jaħtaf il-mument. Wara kull ritratt li jieħu kien jagħtini l-kamera f’idi; tassew kellu paċenzja għal miegħi! Imma wara li jieħu tal-aħħar ma kienx jitlaqha minn idu, “Le Carm, issa ħalliha f’idi ħa ndawwar il-ganċ bil-kontra. U rrid noqgħod attent għax inkella nċarratha u addiju r-ritratti li ħadt!” U jien kont inkun moħħni fih il-ħin kollu. “Ara issa l-ganċ qed idur fil-vojt; mela l-pellikola reġgħet daħlet lura fl-istoċċ tagħha. Imxi miegħi filkamra” u z-ziju kien jagħlaq it-tieqa, jmur fir-rokna ’l bogħod minnha, jiftaħ il-kamera, joħroġ l-istoċċ mimli bir-ritratti, ipoġġih fil-bott tiegħu u jagħlqu sew bit-tapp. U ladarba l-operazzjoni tkun lesta kien jgħidli waqt li jerġa’ jiftaħ għad-dawl, “Wara li nieħdu r-ritratti jkollna bżonn id-dlam biex naqalgħu l-istoċċ; jekk jidħol xi naqra dawl fil-pellikola din titħassar u r-ritratti jispiċċaw. Carm tinsiex, l-istoċċ irid jerġa’ jsib ruħu ġol-bott minnufih, magħluq sew bit-tapp. Issa l-lejla mmorru għand Johnnie biex jiżviluppahomna”. Ir-ritratti taz-ziju Ġuż, kienu jiġu sewwa ħafna; kemm dawk bl-iswed u l-abjad u kemm dawk bil-kulur. Kif beda jgħaddi ż-żmien il-kamera mill-Amerika twarrbet u oħrajn ħadulha postha għax iz-ziju baqa’ jieħu r-ritratti sakemm ippermettulu għajnejh. Meta dawk l-għajnejn ċelesti skur li min jaf kemm-il darba tbissmuli bdew jintfew bil-mod il-mod, l-aħħar magna li kellu sfat bla xogħol u straħet qablu ġolkaxxa fil-qiegħ tal-gwardarobba ma’ dawk ta’ qabilha. Donnu li z-ziju kien jobsor kemm kont se nieħu ritratti meta nikber; bħala wieħed mill-passatempi li għandi.

31


LIL OLIVER FRIGGIERI

Imma ma setax jobsor kif kienu se jkunu l-magni tarritratti tiegħi! Li ma kienx se jkolli bżonn immur għand tar-ritratti għall-pellikola jew biex niżviluppahom! Li kien se jkolli l-kompjuter fejn inkun nista’ nitfagħhom u nerfagħhom wara li narahom u nibgħathom lil min irrid; fejn inkabbarhom, inċekkinhom u nirranġahom kif ifettilli. Li kont ser nieħu r-ritratti lili nnifsi minn fuq il-mowbajl u nibgħathom lil ħaddieħor dak il-ħin stess… u min jaf x’għad nilħaq aktar. Fuq wara ta’ dar-ritratti li kien ħadilna z-ziju Ġuż, għad fadal saħansitra l-ewwel tħażżiż u kitbiet billapes minn tiegħi; nistħajjilhom jixtiequ jkellmuni u jkomplu jfakkruni f’dak iż-żmien ħlejju li ma jerġax jiġi!

Hekk toħroġ il-karba xħin jieqaf is-sider tiela’ u nieżel għaliex imbagħad il-ġisem ma jiflaħx iġorr it-toqol tar-ruħ li ħaddnet l-univers u sawret dinja ġdida. Għaliex mingħajr in-nar li ntefa qajla tista’ tkebbes u ssaħħan dak li nħema. U jien irrid inżid tiegħi mal-ilħna li sellmulek għall-aħħar darba. Kliem jien m’għandix biex inlissen it-toqol tat-tifsira, tat-telfa. Xi tkexkixa ġġib il-mewt? Niftakar meta għallimtni ngħolli s-siparju u nċarrat dak l-istar li ħeba tant misteri iċ-ċpar li ma kien xejn iċ-ċpar tal-perċezzjoni. Int għentni wkoll insib it-triq li kont tlift ilu u nġonġi t-trufijiet biex nerġa’ ninseġ l-ilwien evanexxenti ta’ tila dejjiema imbagħad insewwaq bdejt il-gliegel tal-ilma ġieri li ħareġ min-nixxiegħa li jien ma stajtx inżomm, li ħadd ma seta’ jżommu. Int kont il-kewkba ta’ filgħodu tnebbah qawmien ġdid ta’ trasfigurazzjoni u kont ukoll il-kewkba li mal-għabex tħenni l-qalb ta’ min jistenna l-ħemda. Mur ħabib, għannej, għalliem bniedem ħassiebi fil-vjaġġ ta’ bla ritorn għan-naħa l-oħra imbagħad xħin tmiss bil-ponta ta’ subgħajk wiċċ l-ilma għidilna jekk ix-xbieha titħassarx. ALFRED GRECH

ĦAJKU Jekk l-annimali m’għamlux id-dnub tan-nisel għaliex ibatu?

OLIVER FRIGGIERI

Ritratt: Amy Camilleri

Il-bniedem jaħseb li l-annimali muti. Ma jafx il-lingwi.

32


ŻEWĠ PUBBLIKAZZJONIJIET MHUX BISS TA’ NATURA RELIĠJUŻA Kitba ta’ Patrick Sammut

L-ilsien Malti hu sabiħ wisq! F’waħda mill-poeżiji tiegħu, ’Ilsien Pajjiżi’, il-patri Karmelitan Anastasju Cuschieri jikteb, “taqbel ma’ qalbi, taqbel malħsieb”. Huwa lsien li bħal bosta lsna ħafna ikbar minnu - għax mitkellma minn miljuni ta’ nies - kapaċi jesprimi sentimenti u ħsibijiet ta’ kull tip. Dan narawh mhux biss f’kotba li jagħmlu parti mill-qasam tal-poeżija jew tan-narrattiva, imma anki f’kotba ta’ natura differenti. Hawnhekk qed ninkludi żewġ kotba ta’natura reliġjuża, filosofika u riflessiva li ħarġu dan l-aħħar. It-tnejn huma qabel xejn prova ta’ kemm l-ilsien Malti hu lingwa flessibbli u ħajja tant li llum biha kapaċi nesprimu dak kollu li jintrabat mad-dinja li ngħixu fiha. L-ewwel ktieb huwa pubblikazzjoni tal-Kunvent Patrijiet Dumnikani. Hija r-rivista Knisja 2000, rivista ta’ formazzjoni teoloġika li tittratta temi ta’ duttrina

biblika, dommatika, morali u xjenzi umani. Din irrivista li ilha toħroġ għal 32 sena waslet fil-ħarġa numru 133, u din id-darba s-suġġett ewlieni hu espress fit-titlu tagħha, Mistiċi Nisa. Bħal dejjem, ilpubblikazzjoni tiftaħ bl-Editorjal ta’ Fr Raymond Gatt OP li jikteb dwar dak li diversi papiet sejħu “il-ġenju tan-nisa”, terminu missellef minn Edith Stein, soru Karmelitana Skalza li mietet f’Auschwitz fl-1942. Apparti l-Editorjal wieħed isib għaxar studji miktubin minn daqstant kontributuri. Dr Pauline Dimech hija l-awtriċi ta’ “Il-Mistiċiżmu Femminili”, filwaqt li lPapàs Prof. Martin Zammit jikteb dwar “Nisa Axxeti tad-Deżert”. Numru ta’ kontributuri jiktbu dwar nisa mistiċi partikolari: Fr Raymond Gatt OP stess għandu studju bl-isem “Santa Katerina ta’ Siena: Il-mara mistika li ħadmet favur soċjetà u Knisja aħjar”; issaġġ ta’ Dorianne Buttigieg jismu “Margery Kempe: Id-Dmugħ tal-Indiema”; Dr Tyrone Grima jittratta “Ilmistiċiżmu ta’ Simone Weil: it-tfittxija għal Alla flesperjenza tal-kenosi”; Mariella Catania tikteb dwar “Adrienne von Speyr: tabiba, kittieba u mistika”; u Fr Kevin Schembri hu l-awtur tal-esej “Li ma niċħadlu xejn: in-naħa minsija ta’ Tereża ta’ Kalkutta”. Hemm ukoll żewġ kontribuzzjonijiet bl-Ingliż, waħda ta’ Fr Joseph Ellul OP (“Love of God for God’s own sake: The Spiritual Journey of Rābî’a al-’Adawiya”), u loħra mill-pinna ta’ Peter Farrugia (“Inside the Hazelnut: Julian of Norwich and Spiritual Embodiment”). Il-kitba li tagħlaq din ilpubblikazzjoni hija “Lejn Knisja Mistika”, miktuba mill-E.T. Mons. Mario Grech, omelija li kien għamel fis-Solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija, firRabat Għawdex, f’Awwissu tal-2019. Ilkontribuzzjonijiet kollha huma msaħħa minn biblijografija interessanti ta’ kotba u kitbiet oħra li minnhom il-kontributuri siltu jew ħadu ideat diversi . B’din il-ħarġa ddedikata lill-”Mistiċi Nisa” r-rivista Knisja 2000 kompliet tissaħħaħ għal darb’oħra. Min hu interessat li jibda jirċeviha jista’ jikteb lillProvinċja Dumnikana Maltija, Kunvent Partijiet Dumnikani, Misraħ San Duminku, Rabat, RBT2521, jew lill-Editur stess fuq gattrayop@yahoo.com. It-tieni ktieb iġib l-isem ta’ Għas-Sema Pajjiżna, mitbugħ mill-Muviment Tpattija għad-Dagħa u miktub minn Fr Mario Attard O.F.M.CAP. Għalkemm dan hu ktieb ieħor li ma jintrabatx direttament malqasam letterarju, xorta waħda għandu l-preġju tiegħu, anki għax huwa miktub b’ilsienna, u min qed jikteb jaf sewwa jħaddem dan l-ilsien mill-isbaħ. Kull

33


ktieb għandu l-udjenza partikolari tiegħu u ċert li dan għandu wkoll, fosthom dawk li jħobbu jaqraw kitba ta’ natura reliġjuża u riflessiva bil-Malti. Hekk jikteb Fr. Mario Attard fl-Introduzzjoni: “Hija ttalba tiegħi li l-ktieb Għas-Sema Pajjiżna jfakkarna f’dawk il-valuri li joħduha qatta’ bla ħabel kontra lmoda u l-opinjoni tal-mument li mhux biss qed idallmu lil moħħna u lil ruħna iżda wkoll huma arroganti biżżejjed biex iġibuna f’pożizzjoni li niftaħru b’dak li jmissna nistħu minnu.” L-awtur iżid ukoll xewqa oħra tiegħu: “J’Alla f’dinja fejn il-Mulej qed isir ‘l-akbar assenti’, dawn ir-riflessjonijiet sempliċi jlaqqgħuna ma’ Dak li hu dejjem preżenti!” Is-sabiħ ta’ ktieb bħal dan huwa l-fatt li jista’ jiġi apprezzat anki minn min jista’ ma jemminx, u dan għal iktar minn raġuni waħda: l-ewwel waħda hija lfatt li anki min ma jemminx jagħmillu tajjeb li jaqra kitbiet li jimmiraw biex itejjeb ħajtu; it-tieni waħda hija l-fatt li kif ktibt diġà, jinħass sewwa li l-awtur huwa oratur tajjeb ferm u għaldaqstant jaf iħaddem sewwa l-għodda li hawn hija l-ilsien Malti. Apparti l-Introduzzjoni dan il-ktieb jinqasam f’39 kapitlu jew parti li ġeneralment itulu tliet paġni kull waħda, mela mmirati biex ma jdejqux u ma jegħjux lil dak li jkun, imma minflok iħallulu l-ħin biex jieqaf u jirrifletti. Huma kitbiet li fihom l-awtur jagħmel bosta referenzi għall-Kotba Mqaddsa, imma anki għal dak li qalu u kitbu personalitajiet differenti bħall-Beatu Teofilatu ta’ Okrida, San Beda lVenerabbli, il-Papa Emeritu Benedettu XVI, Santa Tereża ta’ Avila, il-Papa Franġisku, Franġisku t’Assisi, San Tumas t’Akwinu, Santa Fawstina, San Ġwann Bosco, u l-Beatu Jerzy Popieluzsko. Huma wkoll kitbiet li jagħtu tama u kuraġġ lill-qarrej, jippruvaw iċaqalquh minn pożizzjoni ta’ stażi għal waħda ta’ moviment u azzjoni, u dan kollu f’rabta mal-ħajja li kull wieħed u waħda minna ngħixu kuljum. Kelma li laqtitni proprju fl-aħħar kapitlu jew parti minn Għas-Sema Pajjiżna hija “maturazzjoni”: din hi xi ħaġa li hija fi proċess kontinwu sakemm ilbniedem jibqa’ ħaj. Il-bniedem li jimmatura huwa dak li jagħraf b’umiltà li dejjem hemm xi jtejjeb. Ilmaturazzjoni hija marbuta wkoll mal-kapaċità li tagħraf it-tajjeb mill-ħażin u jkollok il-kuraġġ li anki f’soċjetà fejn hemm element qawwi ta’ korruzjoni ma tibżax tesprimi ruħek dwar dak li mhux tajjeb. Imma din storja oħra.

Kien xieraq li żewġ kotba bħal dawn jissemmew f’dan l-ispazju offrut minn IL-PONT: huma żewġ publikazzjonijiet kemm simili kif ukoll differenti. Waħda hija iktar ta’ natura akkademika, l-oħra ta’ natura morali u reliġjuża, imma t-tnejn iwasslu lmessaġġ tagħhom b’dan l-ilsien, il-Malti, li jgħaqqadna flimkien bħala poplu wieħed. Huma għalhekk żewġ pubblikazzjonijiet li għalkemm l-għan tagħhom mhux dan, huma prova ħajja ta’ kemm hu sabiħ, b’saħħtu, ħaj u effettiv ilsienna.

“Din biss, ħabib ta’ qalbi, għandi, din Alla tani, dil-kelma li bi ġmielha nitgħaxxaq ser tarani...” (minn ‘Il-Kelma Maltija’, ta’ Patri Anastasju Cuschieri)

34


teatru li beda fil-Medjuevu. Naqraw dwar ir-rabta bejn Spanja, Sqallija u Malta, il-maskri (Pantalone, Arlecchino, Colombina, Pantalone, u oħrajn), Dario Fo u l-‘Grammelot’, ir-rabta mal-opra, ftuħ it-Teatru Manoel u l-kultura Taljan f’Malta, il-canavaccio, Zanni u l-Ġaħan Malti, l-opra buffa, l-Ingliżi, ilPantomina tal-Milied, u l-involviment tal-udjenza. Narcy jikteb dwar il-karriera tiegħu fuq il-palk bħala attur imma anki fl-industrija tal-films, il-laqgħat ma’ professuri u lekċerers barranin fil-kors tal-Istudji Teatrali, is-serje televiżiva “Wenzu u Rożi”, lesperjenzi tiegħu ma’ diretturi u korjografi barranin, u xogħol ta’ Goldoni maqlub għall-Malti. Narcy jammetti, “Komplejt nistudja u nitgħallem għal rasi u nagħti minn dak li tgħallimt liż-żgħażagħ...” Naqraw ukoll dwar it-twaqqif ta’ ŻARARTI, il-kitba tal-Commedia dell’Arte Maltija, bl-Ingliż u wara bilMalti li wasslet biex il-kultura Maltija - għax skont lawtur il-Commedia dell’Arte hi wkoll wirt kulturali tal-Maltin - titwassal barra minn Malta anki għal nies b’diżabbiltà u lill-għomja. Hawn Narcy jenfasizza l“maġija ta’ ferħ u mħabba li tnissel il-Commedia dell’Arte.” Din wasslet saħansitra għal għadd ta’ suċċessi waqt il-Festival Internazzjonali tat-Teatru.

L-AĦWA KALAMATTA B’ŻEWĠ KOTBA BIL-MALTI ĠODDA Jikteb Patrick Sammut

Is-snin 2019 u 2020 raw il-pubblikazzjonijiet ta’ żewġ kittieba aħwa: l-ewwel iġġib l-isem ta’ Għaliex Commedia? Għaliex Malta? Kollezzjoni t’erba’ fares tal-Commedia dell’Arte (270 paġna), mill-pinna ta’ Narcy Calamatta u editjat minn Iggy Fenech; it-tieni waħda jisimha Xi Ħadd Hemm Fuq Iħobbni!. Ġrajja vera ta’ 24 sena ġlieda kontra l-kanċer (219-il paġna), ta’ Peter Calamatta, u editjat minn ħuh stess Narcy. Il-ktieb ta’ Narcy Calamatta għandu introduzzjoni blisem ta’ “L-Eżempju Jkaxkar” ta’ Luciano Brogi, u studju mdaqqas mill-pinna tal-awtur stess intitolat “Għaliex Commedia? Għaliex Malta?” Inklużi hemm erba’ fares bl-isem ta’ “Mistura ta’ Mħabba għal Arlecchino”, “Mistura taż-Żgħożija għal Pantalone”, “Arlecchino u l-Barbier ta’ Siviglia” u “Arlecchino u lKavallier tal-Warda.” Insibu wkoll studju qasir ieħor ta’ Narcy fl-aħħar, bl-isem ta’ “Commedia Lbieraħ u Għada.” Fl-istudju inizzjali ningħataw bosta tagħrif interessanti dwar il-Commedia dell’Arte, tip ta’

L-erba’ xogħlijiet li jagħtina Narcy f’dan il-ktieb huma “fares lesti kemm jittellgħu fuq il-palk. Xorta hemm fejn wieħed ibiddel fihom skont il-ħtieġa tal-post u żżminijiet li fihom tkun qiegħda tittella’ l-kummiedja.” Għalhekk kienet idea tajba ċ-ċaħda tad-drittijiet talawtur: f’dan il-każ, kulħadd huwa ħieles biex ibiddel, inaqqas u jżid skont il-ħtieġa taż-żmien u l-post fejn dawn il-kummiedji jkunu qegħdin jittellgħu, kif tkun fil-fehma tar-reġista jew il-producer. Meta wieħed jaqra l-erba’ fares jinduna kemm lilsien Malti huwa lingwa dinamika u flessibbli u b’hekk toqgħod ħafna għall-Commedia dell’Arte. Narcy jħaddem taħlita ta’ Malti safi, u Malti ġej millIsqalli, mit-Taljan, mill-Ispanjol, mill-Franċiż u anki mill-Ingliż. Jitħaddmu wkoll ripetizzjonijiet, tlaqliq, xi kelma ‘vulgari’ ’l hawn u ’l hinn li tnissel biss tbissima. F’dawn il-fares kelma ġġib lil oħra, azzjoni ssegwi lil oħra b’mod naturali, bħalma naturali jidhru l-mossi li jakkumpanjaw lill-maskri-personaġġi. Dan ta’ Narcy Calamatta hu ktieb uniku fejn jagħtina erba’ xogħlijiet oriġinali u mill-isbaħ li ttellgħu iktar minn darba kemm hawn Malta kif ukoll barra minn

35


xtutna. Huma xogħlijiet ulied dan il-ġeneru teatrali partikolari - il-Commedia dell’Arte - imma li jintlaqa’ tajjeb ferm mill-popolin u mhux biss. “Illum insewha l-idea li l-kelma kanċer tfisser mewt.” Dak ta’ Peter Calamatta huwa ktieb differenti għalkemm jittratta wkoll esperjenza li tintrabat direttament ma’ ħajtu: il-marda tal-kanċer. Xi Ħadd Hemm Fuq Iħobbni! Ġrajja Vera ta’ 24 Sena Ġlieda Kontra l-Kanċer huwa ktieb ta’ ftit iktar minn 200 paġna, editjat minn ħuh Narcy Calamatta u li jinqasam f’żewġ taqsimiet ewlenin. Fl-ewwel taqsima, li tinqasam f’seba’ partijiet, jiktbu Charles B. Spiteri (koordinatur lingwistiku), Anna Frendo (dwar il-Hospice Malta, ladarba d-dħul mill-bejgħ ta’ dan il-ktieb imur kollu għall-dan il-moviment), Dr. Stephen Brincat (onkologu, li jikteb “L-istorja ta’ Peter hi waħda ta’ rieda qawwija biex jegħleb ilmarda li kienet qiegħda theddidlu ħajtu.”), Narcy Calamatta (bħala Editur) u Peter Calamatta stess (li jikteb dwaru nnifsu, dwar minn fejn ġiet lispirazzjoni għal dan il-proġett, u dwar l-iskop tiegħu). Hawn Peter Calamatta jikteb dwar tfulitu u żmien il-gwerra, il-Ħamrun fejn twieled, li kien ukoll l-imkien fejn twieldet il-klassi medja, is-snin ’50 u ’60, il-lingwa Ingliża u l-importanza tagħha f’pajjiżna, imma anki dwar ix-xogħol sabiħ tiegħu: dak li jsebbaħ il-gżejjer Maltin. Aktar tard fil-ktieb Peter stess jammetti li hu u ibnu Carlos biddlu lil Malta u Għawdex “minn post mitluq, kollu trab u imbarazz, fil-ġmiel kollu tan-natura, bil-pjanti, fjuri, arbuxelli u siġar li ħawwilna...” It-tieni taqsima tinqasam f’21 parti u hawn naqraw ir-rakkont personali ta’ Peter Calamatta f’rabta ma’ din il-marda u r-riflessjonijiet tiegħu. Mill-ewwel nindunaw li dan hu ktieb ibbażat fuq esperjenza personali u riċerka serja. Peter Calamatta ma jibżax u lanqas jistħi jikteb dwar l-uġigħ u l-mard li ħakmuh. Fuq kollox dan hu ktieb li jrid iservi ta’ kuraġġ u jagħti saħħa u kuraġġ lil min għaddej millistess triq iebsa. Rigward dan il-ktieb Peter Calamatta jistqarr hekk: “U jien dejjem nemmen li ktieb, hu x’inhu u fuq liema suġġet hu, jekk jirnexxilu jibdel mument fil-ħajja ta’ bniedem wieħed minnegattiv għall-pożittiv, mill-ħażin għat-tajjeb, dak ilktieb diġà jkun sewa l-valur tiegħu.” Dwar il-parti riċerkata ta’ min jingħad li Peter Calamatta hu bniedem li qara ħafna dwar din ilmarda. Ismijiet ta’ awturi importanti huma David

Servan-Schreiber, Mitch Albom, Rachel Carson, Jordan B. Peterson, Ian Robertson, u jidher ukoll li kittieb għal qalb ħafna Peter Calamatta hu Kahlil Gibran li spiss jiċċita mill-ktieb tiegħu Il-Profeta. Matul il-ktieb isemmi wkoll persunaġġi magħrufa filqasam kulturali u xjentifiku bħal Nietzsche, Galileo, Newton, Harvey, Giovanni Morgagni, John Hunter, u Thoma Hodgkin. Fit-taqsima ewlenija tal-ktieb Peter Calamatta jikteb: “dan il-ktieb hu l-istorja ta’ marda u l-gwerra tiegħi kontra l-kanċer fuq iżjed minn 22 sena.” Konvinzjoni qawwija ta’ Peter Calamatta matul din l-esperjenza tal-kanċer hija s-saħħa li tagħti l-fidi Nisranija għal min verament jemmen (u hawn isemmi d-devozzjoni tiegħu lejn Padre Pio), flimkien ma’ dik li jsejjaħ ilpsikoloġija tal-ħsieb pożittiv. Fi kliem l-awtur stess: “Dejjem kelli fidi kostanti, serja u soda, li nispera li jirnexxili ngħaddiha mhux biss lill-membri tal-familja tiegħi, iżda wkoll lil min jaqra dan il-ktieb.” Parti importanti fil-ktieb hija dik intitolata “Kuraġġ u

36


Fidi.” Hawn Peter Calamatta jagħti numru ta’ suġġerimenti utli ħafna bħala bniedem imġarrab: “Trid taqla’ d-daqqa, tqum u tifhem fejn se tasal. Tagħmel hekk, battalja wara l-oħra u tibqa’ sejjer bilgwerra kontinwa.”; il-ħtieġa “li int toħloq bilanċ bejn il-biża’ u l-kuraġġ. U hi tajba l-biża’ għax iġġiegħlek ... Tagħmel il-bilanċ ta’ ħajtek.”; “it-tħabbir tal-marda lkbira, hu t-twelid mill-ġdid tiegħek, għax minn dakinhar, kull jum hu rigal minn Alla.”; u “ilpożittività trid tkun tħarriġt fiha f’ħajtek, qabel ma jasallek is-saram.” Peter Calamatta hu bniedem ta’ fidi, imma fl-istess ħin jaf ukoll li llum il-mirakli qed isiru anki fil-qasam tax-xjenza. Huwa wkoll bniedem li jemmen li l-ġisem tal-bniedem hu meravilja, u l-iktar parti importanti tiegħu hija dik l-isbuħija li nitwieldu biha internament. Jemmen ukoll fil-ħila jew don tal-idejn li jfejqu imma anki fl-għodda moderna għall-fejqan li tissejjaħ “mindfulness” jew il-prattika li tgħix ilmument. Ma ninsewx li parti minn din il-mentalità pożittiva li jħaddem Peter Calamatta hu l-fatt li beda jkanta u jipproduċi numru sabiħ ta’ CDs mill-età ta’ 72 sena. L-awtur jissuġġerixxi wkoll biex nevitaw listress għax dan iġib ħafna mard kroniku, filwaqt li jsemmi l-yoga, il-Pilates, il-meditazzjoni, xi mixja filkampanja (it-tajjeb li nintegraw iżjed man-natura) bħala eżerċizzji fiżiċi, imma anki nutrizzjoni adatta, li jgħinu lil dak li jkun iħossu tajjeb. Matul dan ir-rakkont tiegħu Peter Calamatta jagħmel riferimenti għall-qasam ċinematografiku filparti meta jikteb dwar il-materjaliżmu li ħakem liddinja kontemporanja (“Kulħadd fil-blokok tal-konkrit u n-natura ma teżistix.”) li wassal saħansitra biex ħoloq tniġġis u konsegwenza ta’ dan mard partikolari li laqat lil miljuni ta’ ħaddiema. Anki hawn jaħkem il-messaġġ ottimistiku: “Din saret dinja materjali u ma aħna se nitgħallmu qatt. Iżda b’mod ta’ ottimiżmu, jien ngħid li jiġu affarijiet, bħalma ġiet tal-Coronavirus, li minnhom forsi nitgħallmu l-verità u l-benefiċċju ta’ ħajja sempliċi li tgħinna biex naħsbu f’xulxin u naqsmu minn dak li għandna.” Dan ta’ Peter Calamatta huwa ktieb awtobijografiku li jikxef awtur li ġarrab u li minħabba f’hekk sar iktar għaref u b’hekk jistedinna għar-riflessjoni dwar elementi differenti. Għoġbitni l-parti fejn jiddistingwi bejn il ferħ u l-kuntentizza: “... il-ferħ hu istantanju, ta’ mument, bħal meta tifraħ għax ġejt l-ewwel f’eżami. Il-kuntentizza hi ħaġa kontinwa.... Il-

kuntentizza hi li taċċetta u li tkun ferħan b’dak li għandek.” Aktar ’il quddiem naqraw hekk: “... Blgħemil tal-bniedem, bħall-eċċessi ta’ inkwinament flambjent, il-klima nbidlet totalment... Il-prijoritajiet tagħna kienu ħżiena, għax ġrejna wara l-ferħ (‘happiness’) u l-flus u mhux wara l-kuntentizza (hena).” Kif qed naraw dan hu ktieb li jorbot il-personali malglobali, il-bniedem mal-ambjent li jgħix fih. L-għażla li ktieb bħal dan jinkiteb bil-Malti kienet waħda għaqlija ladarba dan hu rigal li qed jingħata lillHospice Malta u b’hekk il-parti l-kbira tal-qarrejja se jkunu Maltin li jippreferu jaqraw b’ilsien art twelidhom u fi stil sempliċi u li jinftiehem bla diffikultà. Xi Ħadd Hemm Fuq Iħobbni! huwa mogħni wkoll b’għadd ta’ ritratti, anki bil-kulur, disinni oħra, ittri, u kwotazzjonijiet minn kotba varji: dan kollu jagħmel lill-ktieb iktar attraenti u kif jgħidu l-Ingliżi, “reader friendly.” Huwa ktieb ħiereġ direttament mill-qalb, miktub b’imħabba u b’umiltà kbira, rigal sabiħ li għandu jinxtara minn min iħobb lil min iħobb. Huwa fuq kollox ktieb li mill-uġigħ inissel tbissima, u mill-qtigħ il-qalb inisser tama u kuraġġ. LIL ĦABIBI OLIVER FRIGGIERI F’Jum Mewtu 21.11.20 M’hemmx kliem xi tgħid, inkiss tlifniek u nħsadna. Tlaqt mgħaġġel f’jum tas-skiet, f’jum tal-ħarifa, mingħajr it-tokki tqal tal-qniepen kiebja, mingħajr it-trombi kbar, mingħajr it-tnabar. Int ħajtek għextha kwiet, biss ħallejt mafkar li bih għollejt, sebbaħt, seddaqt ġieħ artna. Kont tifel li sirt raġel qabel kiber, u xjaħt sa qabel żmienek, dammejt ħsusek isulu mal-mewġiet, jgħumu fid-dalma mal-fosfru luminanti tal-iljieli. Kont dak li ħtaft ir-riħ sabiex rażżantu, kebbibtu dlonk ma’ ħsusek matul ħajtek, u fhimnt mnejn ġej fis-siegħa tat-tbatija. U tlaqt ħabib, u tlaqt biex qatt ma terġa’, u qabel skirt bil-fjur li qatt ma jinxef, u qabel ma staqsejt għaliex il-ħajja, u qabel ma għalaqt għajnejk u ftaħthom f’naħa oħra li ttamajt u tlabt għaliha. CHARLES BEZZINA

37


Xi wħud minn dawn il-kompożizzjonijiet bil-bajrow (mogħtija b’daqqiet enerġetiċi tal-id artistika) jagħtuna tpinġijiet bil-linka ta’ ideat astratti u oħrajn jagħtuna tpinġijiet bil-linka ta’ ideat osservazzjonali (i.e. ideat mislutin minn dak li jisma’, jara, jew josserva fil-ħajja ta’ kuljum). Daqqiet kien ipinġi suġġetti inanimati li juru oġġetti komuni sew naturali u sew magħmulin mill-bniedem. U jpinġi wkoll xeni bil-linka, kultant b’riflessjonijiet differenti. Kollox huwa mogħti b’mod interessanti viżwalment.

IT-TPINĠIJA TA’ OLIVER FRIGGIERI Kitba ta’ Charles Briffa Matul is-snin li kont ili nafu Oliver Friggieri tani xi tpinġijiet bil-linka (ink drawings) minn tiegħu – tpinġijiet li jkomplu juru l-moħħ versatili li naraw filkitba kreattiva tiegħu. Dawn it-tpinġijiet bil-linka huma forma ta’ arti li tinvolvi ħidma b’materjal konvenjenti, irħis, u li jista’ jinġarr malajr għax kulma tkun trid hija bajrow jew lapes jew pinna u biċċa karta komuni. Nimmaġinah lil Friggieri jagħmel xi doodles jew taħżiżiet bil-bajrow fil-marġins jew wara xi ċirkulari waqt xi mumenti meta suppost qiegħed attent għal xi ħaġa oħra. Eventwalment din il-ħila żviluppat fih u baqa’ jużaha wkoll f’waqtiet ta’ ħsieb ordnat. Fid-doodles hemm ħjiel ta’ xenqa għas-sempliċità u l-ispontanjetà tat-tfulija – xenqa li tevoka tifkiriet ta’ tħarbix f’dak iż-żmien tal-ħajja qabel tifel jibda jsawwar simboli li jagħmlu sens għall-adulti.

Jidher li Friggieri kien iħaddem it-tpinġija bil-linka mingħajr ma jagħti kas li jkun hemm xi skop ulterjuri, imma hemm waqtiet fihom dawn it-tpinġijiet li juru ħakma mis-surrealiżmu. Donnhom ċerti xbihat jimmanifestaw ruħhom spissi f’dawn ix-xogħlijiet u għall-ewwel wieħed jista’ jaħseb li hemm il-ħtieġa inkonxja biex il-bniedem iċedi ruħu għall-impuls spontanju: fattur li jikkontrastja bil-qawwi mal-ħsieb studjuż fil-kitba kreattiva, kritika, u ġurnalistika tiegħu – qisu hemm grad ta’ awtokontradizzjoni fih, li hu (wara kollox) uman. Imma nħoss li hemm ħsieb meditattiv (anki jekk bosta minnhom ma kinux premeditati imma forsi kienu xi sfog spontanju) li joqrob lejn il-mistiċiżmu tal-Lvant Imbiegħed (bħallBuddiżmu ta’ Żen li jinkoraġġixxi l-prattika talmeditazzjoni). Nosservaw il-moħħ u n-nixxiegħa talħsieb bla indħil u forsi tixref xi verità għolja u l-artist donnu jidher miġnun divin. Jixxukkjana b’għemil razzjonali tal-ħsieb biex forsi niddawlu b’dik il-verità għolja. Dawn it-tpinġijiet bil-bajrow jagħtu, kultant, ħjiel ta’ moħħ primittiv fis-sens Freudjan li juri li meta l-ħsieb imqajjem tagħna jittarrax il-primittiv ta’ ġo fina (fissura ta’ tifel jew ta’ selvaġġ) jassumi kontroll fuqna.

Jien ġibt xi wħud minnhom dawn it-tpinġijiet fil-ktieb tiegħi fuqu Ħsiebu Jsuqu: Oliver Friggieri Jżomm lIdea tal-Umanità (2017), p.82-112.

38


Titwarrab ir-raġuni u jimraħ l-istħajjil. U f’dan l-istat mentali dak li jkun fil-fond ta’ moħħna jitla’ fil-wiċċ. Dan nimmaġina li kien jiġri fi Friggieri li d-dehra bilbajrow kien iħalliha tikber fuq il-karta ta’ quddiemu. Id-dehra finali bil-bajrow tista’ għall-ewwel tidher monstruża imma jekk inħalluha taħdem fuqna nispiċċaw nixxerjaw il-ħsieb stramb tal-artist. U dak li jidher tgerfix, jaf ikollu tifsira. Ninnutaw li l-figura eżemplari ta’ Kristu msallab, jew kif sejħilha hu tas“salib bi tliet imsiemer” (“Il-Manifest tal-Poeta”), tidhirlu spiss biex tfakkru li għandu jumilja ruħu bħala midneb – idea li tissieħeb max-xbieha ta’ Dun Grejbel (il-qassis li Friggieri xtaq ikun kieku kompla f’dik il-linja bl-istudji tiegħu għal qassis). It-tpinġijiet tax-xeni u d-dehriet ta’ Friggieri għandhom ħafna mit-tpinġijiet ta’ David Jones (1895 -1974), pittur modern Ingliż Kattoliku. U t-tpinġijiet ta’ Kristu msallab għandhom mit-tpinġija tal-pittur Welsh John Petts (1914-1991) li fl-1963 għamel għall-istained glass li turi Ġesù iswed, għas-16th Street Baptist Church f’Birmingham, Alabama, wara l-qtil b’bomba ta’ xi tfajiet suwed minħabba rrazziżmu. Bħal-letteratura tiegħu, it-tpinġijiet mhumiex arma għall-ġlied, imma sejħa biex nitħassbu fuq lesperjenza tal-kontemporanjetà.

TEMA GĦALL-GĦELUQ Illum se nagħtik lura din il-ħemda biex tgħarbel biha l-kliem li laħaq tela’ fejn kien il-qasab. Qabel ma jinkiser it-tafal tal-għajn u jerħi l-arkivju, ngħidlek: hawn jien, ġej. Eżatt qabel ma l-ħoss isir tremend, se nagħtik lura l-ittri tal-beraħ jispelli pass pass dan l-uġigħ miżrugħ fuq l-inxif: dan-nazzjon imtarraġ għal ġo ruħek. Baqagħli xbieha mrammla tagħha qalb l-awrikarji. Mhux l-arja tleqq — ileqq l-uġigħ tal-għajn qabel tintebaħ li telqet. Ma ssib l-ebda referenza fl-annali tal-qasbija għal din it-talba li żanżnet il-kordi vokali tar-riħ. Għal-lum se nfittex kenn minn dal-misteru u nagħtik lura l-ħemda li hi tiegħek. NORBERT BUGEJA

39


Idejja tqalet ħesrem. U qalbi swiedet sew. Il-pinna kważi nixfet. Għajnejja bkew u bkew. Nagħtik, ħabib, tgħanniqa, Mimlija diqa w dlam. Issa tistrieħ u tifraħ, fi ħdan min Miet u Qam. Illum infridna minnek. Sejjaħlek! Sar il-ħin! Iżda għanjietek jibqgħu, bħal dejjem: sbieħ, ħajjin! PIJU SPITERI

TISLIMA LIL OLIVER FRIGGIERI - AKTAR VERSI SPONTANJI LIL OLIVER

ĦAJKU Strieħ fl-art ħanina. Fil-qlub u bejn il-paġni se tgħix għal dejjem.

(B’radd il-ħajr ta’ kemm ispirajtni u ħeġġiġtni, anki millbogħod. Strieħ fis-sliem!)

Illum iriegħed il-vojt mis-sħab ċombi, igerger waħdu, il-mewġ fl-għabex kiebi, imtaqqla żiffet il-ħarifa mnikkta bit-telfa ta’ poeta bieżel umli ifittex in-nifs ta’ dan-nazzjon sikwit issaffokat bih innifsu, jitbekka t-tnaddif mill-kilba qerrieda ta’ mewtu; u inti, ja poeta, solitarju bħall-arznu dejjem ħadrani fuq l-irdum titkebbes biss b’inżul ix-xemx, u hemm toktor u tixxettel bl-ilma tax-xita meta jiġi, jekk jiġi, kif jiġi, ’il bqija titbekka lil dan-nazzjon li ma fehemx il-karba tiegħek, mitluf, imma inti dejjem sod, is-sies li jirfed anki jekk mgħaffeġ b’toqol il-lament ma ridtx l-unuri u lanqas trumbetti tixxennaq li l-fjuri jiftħu xi darba tixxennaq li dan-nazzjon ma jerħix: le, le mhux ħelu dat-turment tat-tluq! JOHN P. PORTELLI LILOLIVER FRIGGIERI 27.03.1947 - 21.11.2020

Fir-ruħ tal-Art Maltija, ixxotta l-ilma ġieri. Dikment li l-bxara xterdet: miet Oliver Friggieri!

JOHN MALLIA Straħ il-Poeta. Ħadem u stinka ħafna għal Art Twelidu. Emmen fil-għaqda u kontra dak li jifred għolla kliem Kristu. PATRICK SAMMUT PROF. OLIVER FRIGGIERI - TIFKIRA GĦAŻIŻA Novembru mdallam, kiebi, llum beka patrijott, li ħareġ qalbu. Li geżwer il-bandiera ma’ ruħu, u pinnet imħabbtu, f’versi ma jitħassrux. Għex jgħallem u jħobb, iħobb u jgħallem, itir bi ħsiebu lil hinn, f’wesgħat daqsiex. Strieħ ġgant il-ħsieb u l-kitba, Malta vistuża u grata - issellimlek. MARIO GRISCTI

40


NIŻEN IS-SENTMENTI

Ġieli wkoll urejtu l-qamar fil-bir u nħallieh jinħaq bla sabar bħall-ħmir. Għax naħqietu qatt ma telgħet is-sema ħlief illum, li minn qamar qed nara ‘sebgħa’. Żomm waħda das-‘subgħa’ tiegħi li qed nara. Bħal meta konna nilagħbu daqqa dell u fil-qamar kwinta kull wieħed minna kien jidher tnejn u għalxejn jippinna biex jinqata’ fis, mill-imwaħħlin djulu. Għax idur dawra mejt u xorta miegħu jibqgħu jduru. Żmien ħelu meta f'dawl il-qamar għomejna fil-bluha dellijietna la jixhdu frugħa, wisq inqas kruha.

Niżen is-sentimenti fuq il-miżien tas-snin, nipprova nibbilanċja fit-toqol tad-destin. Infittex qigħan ħsiebi li jredden f’xi waqtiet, norbot ilsieni, nifqa’ id-dmugħ taż-żmien fis-skiet. Bħalissa qalbi tħabbat bir-ritmu li mhux tagħha, il-ħoss li mhux tas-soltu, għajjien, kajman, bla saħħa.

Min qatt basar li għad jara mwaħħal dell il-qamar? “Dak mhux dell”, qalilna tifel bla ebda sabar. “Ħares minn ġol-ħġieġa u tarah sewwa”. Jien ħarist u ġmiel it-tnejn daħal f’qalbi sa ġewwa. Naħlef li flok qamar jien rajt tnejn Imma ‘sebgħa’ mnejn sa fejn?

Niġbor dik l-emozzjoni li nħossha nieqsa fija, inħalli l-polz itektek, u l-eku rross għalija.

NARCY CALAMATTA TIXBIHA CHARLES BEZZINA

TAĦLIFX BIL-MOON Kull 100 sena jseħħ fenomenu astronomiku u ħafna pjaneti jiġu bi dritt xulxin u jidhru jixegħlu qishom qamar wieħed. Din ġrat f’Mejju tal-2004 u Poeżija Plus laqqgħuna ma’ grupp ta' tfal astronawti biex inħarsu minn ġo teleskopju kbir u naraw żewġ qmura mhux wieħed. Jien, biċ-ċajt qegħidt subgħa quddiem illenti u għidtilhom qed nara ‘sebgħa’ mhux subgħa.

'Swear not by the moon, the inconstant moon.' Qalet Ġuljetta lill-maħbub tagħha, li fuqha miġnun. Taħlifx fuq il-qamar li minn kwart isir kwinta għax jaħsbuk għadek kif laqqatt, l-aħħar tal-pinta. Taħlifx bil-qamar: Jewwilla int ħloqtu sabiħ? Taħlef b’xejn. Ħalli kliemek ikun sħiħ. Iva, iva u le, le - għax malajr jaqtgħuk buffun kif kiteb David Niven f’‘The Moon is a Balloon’. Żeblaħna billi libes ta’ mogħża nkallata illum, dawk, li taż-żuffjett laħqu l-quċċata iduru daharhom lejna u dlonk jikxfu l-patata. "Mooning", jgħidulha dil-mossa spreġudikata. Mur għidilhom li aħna ta’ Ħal Qormi dejjem għadna, ‘busli d-denb tal-uniformi’. Qed ngħid hekk, mhux għax tal-qamar qed itini. Jien qatt ma ħallejt b’xejn lil min jinkini.

Hekk kif id-dawl tax-xemx ifeġġ u jgħib bħal leħħ il-beraq, imrieżaq bejn il-weraq tas-siġar imħabblin fil-friegħi ta’ xulxin ġo dan il-masġar sfiq soffokazzjoni w diq... hekk wiċċek, wens u ħniena, ifeġġ u jgħib bħal dehra frammentata f’għajnejn dil-qalb għajjiena... U l-karba siekta tagħha tasallek riekba r-riħ: Meta? Nitolbok għidli meta se tasal li turini għal darba wiċċek sħiħ. CARMEL G. CAUCHI

41


ĠRAJJA TA’ MARA Ċaċċaruna kienet: tiżfen mal-friefet; tkanta mal-għasafar fl-għalqa ta’ missierha. Kampanjola kienet: xuxitha dehbija mmaljata issaħħar liż-żerbinotti jiżżiegħblu mal-melodiji mpinġija minn qalbha. Ilum weħidha tmaħħaħ: “Żewġi kellu oħra, reġa’ għandu oħra. Binti poġġuta, ma tridx tintrabat. Ibni tfarfar ġmielu: ‘Nippreferi flett’, qalli. ‘Waħdi, ma bħalek.’ ” Illum mitluqa, merħija fuq is-siġġu mżaqżaq tax-xjuħija; tapplika għal home minn fuq l-Internet. Għal nitfa mħabba titkarrab illum qalbha kollha ħeġġa tixtieq tħabbat maġenb qalb ir-raġel li baqa’ ma wasal qatt. U fiha bla rimors itektek l-imgħoddi mwiegħer: il-ħsejjes ta’ min iħaffer il-ħofra li kienet ħaffret f’qalbha biex fiha tidfen dnubietha ħorrox borrox mal-adulterji tar-raġel wieħed li kienet ħabbet xi darba. Kemm għadha tiżvina meta terġa’ tibda tħaffer f’qalbha b’idejha mkittfin ivvinati! Jew meta tgħatti bil-mazkal taż-żmien l-uġigħ li weġġgħu lil xulxin! Omnipotenti,

madankollu, bħal dejjem, il-maġija t’eku u t’armonija il-ħsejjes ta’ tfulitha w ta’ żgħoritha, li hi biss tisma’ ħerġin, lejl u nhar, mir-radju antik bl-erjal maġenbha. Omnipreżenti l-maġija ta’ dal-ħsejjes alluċinatorji li jsaqqu x-xitla mgħawġa li baqgħet trejjex f’qalb din l-għaġuża. CARMEL SCICLUNA (mill-manuskritt Solve et Coagula)

*ID-DROGA TAL-MEWT Għaliex mamà sa ttemmli ħajti qabel il-waqt? Imqar ’il wiċċek nara, s’issa dan biss jien xtaqt. Aħsibha sew mammijja qabel dil-ħajja ttemm; qabel taqtagħli l-korda, li fija tnixxi d-demm. Taf mamma l’għadni ċkejkna, bla ħila u bla jedd. ’mma stenna ftit xhur oħra, tara xi xbieha nxedd. U tgħid “ar’ x’kont se nagħmel. Xi ġmiel, x’seħer wellidt! Imnalla ntbaħt fit-telfa li fiha kont theddidt.” F’taqbida moħħna w qalbna bejniethom jissaraw. U meta l-qalb titniehed, u l-menti jiċċajpraw, donnu li d-dawl jintefa’; jitfixkel l-intellett. U l-bniedem bravu jogħtor, biex jisfa f’ton falsett. Supperv, kattiv il-bniedem,

42


LA BREZZA

li ’l ġiddu stess itemmu. Mitt forka ħaqqu jaqla’, kulmin jisħaq ’il demmu. RIGU BOVINGDON (Komposta xi snin ilu meta l-Gvern ta’ New South Wales illeġiżla favur l-abort. Għalija din il-kelma hija biss ewfemiżmu, skuża għal “qtil fil-ġuf bl-approvazzjoni tal-Istat”. Millantoloġija poetika Aporija Mill-Ġdid ta’ Roderick (Rigu) Bovingdon p. 416, Horizons, 2019)

Sai, ti ho sentito sussurrare ieri sera vicono al mare. T’ho chiesto perché la bellissima brezza l’avevi limitata a quelle ore di buio. Poi d’un tratto sentivo che ridevi di me, che mi consideravi arrogante avere solo il pensiero di controllare… Il vento.

CURTAIN CALL JOHN CONSIGLIO Inti, poeta, int, filosfu mqareb, inti, pittur tiskanta lejn il-lwien, temmejtu xogħ’lkom; strieħu. Jixirqilkom, u jistrieħ magħkom moħħkom wisq għajjien. In-nies għaddejja tpaċpaċ fuq dinja oħra; x’titmellaħ mill-artist u mis-Sabiħ! U jgħaddu s-snin, ’ma l- Arti tibqa’ sħiħa, qatt ma titbiel u lanqas qatt tikrieh. ‘Ma l-curtain call ma taqta’ qatt, u l-ġemgħa, li għarfet tal-artist id-dmugħ u l-ferħ, tieqaf u ċċapċap, b’leħen wieħed tgħajjat: “Fid-dinja tas-Sabiħ insib is-serħ.” KARMENU MALLIA MIET XIĦ Miet xiħ qalu.

IKĦAL TSUNAMI Riefnu jieħu post iż-żiffa u s-siġar jitħarrku vjolenti jeħilsu mill-weraq żejjed li jostor il-qalba, nixxiegħa ta' aħdar-ħajja… Il-baħar kalm jofrogħ biex jimla f'daqqa tsunami jqanqal minn qiegħhom it-tjun imtaħħta… Is-sirda ta' filgħodu postha tieħdu s-sirġa ta' xemx taqli kull pass razzjonali… U t-togħma mielħa tal-għaraq jiżżerżaq ma' ġisimna primordjali magma ddewweb u twaħħad u tferi u tpaxxi u ssaħħaħ u tgħaxxi… Sakemm, sakemm kollox jistrieħ f'għajta tnehida kollox jerġa' jinħakem mill-kalma...

Jewwilla ilu li nixef l-għaraq minn fuq ġbinu u d-dmugħ minn ma’ ħaddejh? Jewwilla t-tikmix fond ma jirrakontax xi storja ta’ ħalel tal-qamħ madwar il-qiegħa, u t-tbissima meta jasal id-dris?

PATRICK SAMMUT

Miet xiħ qalu. Xorta kien ser imut, qalu. OMAR SEGUNA

43


SNOWDROPS

HAPPINESS

Do you know what I was, how I lived? You know what despair is; then winter should have meaning for you.

How bright… They are unrecognizable the roads of happiness.

I did not expect to survive, earth suppressing me. I didn't expect to waken again, to feel in damp earth my body able to respond again, remembering after so long how to open again in the cold light of earliest spring--

WITHOUT LOVE I look back on your memory without love. SUNNY DAY It’s a bright day. I’m looking forward to meeting you.

afraid, yes, but among you again crying yes risk joy in the raw wind of the new world.

ZACHAROULA GAITANAKI Il-Greċja

LOUISE GLÜCK L-Istati Uniti

PITY THE NATION Pity the nation whose people are sheep and whose shepherds mislead them Pity the nation whose leaders are liars whose sages are silenced and whose bigots haunt the airwaves Pity the nation that raises not its voice except to praise conquerers and acclaim the bully as hero and aims to rule the world with force and by torture Pity the nation that knows no other language but its own and no other culture but its own Pity the nation whose breath is money and sleeps the sleep of the too well fed Pity the nation oh pity the people who allow their rights to erode and their freedoms to be washed away My country, tears of thee sweet land of liberty

I MAY ASK MYSELF When time is slow and the abyss of the distance erodes our dreams When we stop listening to the commands from the heart avoiding a rhyme with ardent words When silence pierces the soul like a sharp knife I ask myself if our love is forever or if my feelings are just flashes of lightning which comes and goes while time is passing by.

LAWRENCE FERLINGHETTI L-Istati Uniti

TERESINKA PEREIRA L-Istati Uniti

44


IN-NAR GĦANDU ISEM, ta’ Gioele Galea, Horizons, 2020 Dan hu rumanz ta’ ftit iktar minn 200 paġna, imma rumanz differenti, kif jindika t-titlu sekondarju fuq ilqoxra: ‘Noti Minn Paġna Intima.’ Huwa rakkont ta’ żagħżugħ li ġarrab il-ħajja fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ numru ta’ persuni madwaru. Hija kitba magħmula minn eki li ħerġin idamdmu minn mini li jwasslu filfond ta’ qiegħ profond fejn hemm uġigħ li mhux vżibbli imma jeżisti tassew; kitba li għandha mittifkira, mill-qrara, mir-riflessjoni, mir-ribelljoni, milliżvog, u fl-aħħarnett mill-katarsi. Huwa wkoll rakkont ta’ abbuż, bosta drabi ta’ rabja espressa lejn Alla partikolari. Hu anki rumanz ta’ tiftix, vjaġġ lejn dak li Galea jsejjaħlu l-“qalba”, fejn matulu naraw lillprotagonist ‘stramb’ jissielet bejn waqtiet ta’ vojt u dlam u oħrajn ta’ nar u estasi. Hemm gradazzjoni matul ir-rakkont sħiħ li twassal għall-aħħar żewġ kelmiet tiegħu li b’xi mod jaħsdu lill-qarrej li kważi kważi jaqra dan ix-xogħol f’nifs wieħed. Hu xogħol filosofiku, riflessiv, eżistenzjali, u spiritwali. In-nar li jissemma jista’ jfakkar fid-dawl għammiexi li l-poeta Taljan Dante Alighieri jsir ħaġa waħda miegħu flaħħar tal-vjaġġ fittizzju tiegħu li jirrakkonta fidDivina Commedia.

L-INVENTARJU TAL-KAMRA L-KAĦLA, ta’ Leanne Ellul, Merlin Pubishers, 2020 Din hija l-ewwel ġabra ta’ poeżiji ta’ Leanne Ellul li għoġobha tippreżenta l-versi tagħha b’mod ordinat u oriġinali fl-istess ħin: dak alfabetiku, mill-a saz-z. Insibu mas-87 kompożizzjoni poetika. L-għażla metrika u prosodika hija dik moderna ladarba jitħaddmu l-metru u l-vers ħelsin. Bħal dejjem, hawn insibu versi fejn hemm id-djalogu bejn il-jien u lieħor, l-imħabba u d-delużjonijiet, u l-bqija. Kollox hu miġbur f’dil-kamra l-kaħla, fittizzja u reali. L-ilsien li tħaddem Ellul hu dak attwali fejn insibu taħlita pjaċevoli ta’ Malti ġej kemm mill-Għarbi u mitTaljan. Hu lsien li xi drabi tħossu jmellsek, drabi oħra tinduna tard li qatgħek fil-laħam il-ħaj. Hemm espressjoni silenzjuża ta’ wġigħ jew rabja wara dan kollu? Dawk ta’ Ellul huma poeżiji li għandhom mirripetizzjoni tal-eku, eku li għandu millalliterazzjonijiet u mill-kliem onomatopejku li jserraħ b’xi mod il-widna jew ruħ il-qarrej. Din li naqraw hawn mhix poeżija faċli, minkejja li l-kliem użat hu dak li nużaw kuljum. Huma poeżiji li jeħtieġu jinqraw iktar minn darba mhux għax jgħabbu moħħ il-qarrej b’piż li jdejjaq, imma għax iħoss li aktar ma jinqraw aktar jidħol fil-profond tal-persona/vuċi li qed tikteb.

45


DELLIJIET JGĦAJTU FIR-RAS - MARIO AZZOPARDI: POEŻIJA, NARRATIVA, U KUMMIEDJA SOĊJALI, ta’ Charles Briffa, Horizons, 2020

L-APPUNTAMENT MAD-DESTIN U STEJJER OĦRA, ta’ Vincent Piccinino, Horizons, 2020

Ilsien isir dejjem iktar għani mhux biss bis-saħħa talkitba ta’ xogħlijiet letterarji bħal poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, u l-bqija, imma anki bil-kitba ta’ xogħlijiet ta’ natura kritika letterarja. Akkademiku li ilu jagħti kontribut qawwi f’dak il-qasam huwa lProf. Charles Briffa li diġà kiteb numru ta’ monografiji ta’ dan it-tip f’rabta ma’ kittieba Maltin varji. Din id-darba Briffa jiffoka fuq Mario Azzopardi, l-”enfant terrible” tas-snin ’60 u ’70, imma kittieb li lmaturità letterarja u kritika tidher fix-xogħlijiet varji li kiteb. Dan il-ktieb (264 paġni) jinqasam f’taqsimiet differenti: Introduzzjoni: Politikalizzazzjoni; Mario Azzopardi: Ħajtu u Ħsibijietu; ... fix-Xena tal-Bidla; ... il-Poeta; ... Diżapprovazzjoni bħala Protesta; ... IlPoesejist; ... Manipulatur tal-Lingwa; ... it-Teatru, u lKultura; ... Il-Pittur; ... L-Endgame ta’ Awtoritrattist?; u Konklużjoni: Karnivalizzazzjoni. Jiġu wkoll inklużi Biblijografija, u Lista tal-Pubblikazzjonijiet ta’ Azzopardi. Wieħed isib ukoll għadd ta’ ritratti, anki bil-kulur, f’rabta ma’ dan il-kittieb prolifiku.

Il-kitba tan-novella hija ppreferuta ħafna minn dawk li għalkemm iħobbu l-qari, ma jħobbux jaqraw fit-tul u jixtiequ jtemmu dak li jkunu bdew fi ftit ħin. Din hija l-għażla ta’ Vincent Piccinino f’dan il-ktieb ta’ 163 paġna li jiġbor fih 21 novella b’laqta umoristika, kollha ta’ ftit paġni kull waħda. L-istil tan-novella huwa ideali għal dak il-kittieb li jħoss il-ħtieġa li jikteb mhux fit-tul dwar episodji differenti minn ħajtu. Is-sabiħ joħroġ iktar meta l-kittieb inkwistjoni jħallat dak li hu awtobijografiku mal-fittizzju biex b’hekk joħloq kitba li tagħti pjaċir u sserraħ mill-ġirja tal-ħajja bla ma tgħejja lil dak li jkun. Mill-kopertina naqraw hekk: huma stejjer li parti kbira minnhom joffru sorpriża mhix mistennija fl-aħħar; b’suġġetti li jvarjaw minn rakkonti familjari sa stejjer dwar diversi karattri magħrufin, kemm Beltin kif ukoll Maltin; jimirħu miċ-ċuċesk għas-sagru, mir-redikolu għassublimi, mill-farsesk għall-metafiżiku, u mill-mundan għad-divin; stejjer fejn l-awtur jaf ikun serju u jgħaddi d-dinja biż-żmien fl-istess ħin, mela jdaħħaq u jbikki rispettivament.

46


MUŻAJĊI TAT-TAFAL, ta’ Joe Camilleri, Horizons, 2020 Din ir-raba’ ġabra tiġbor fiha 16-il novella ġdida ta’ dan il-kittieb minn Għawdex li forsi mhux ħafna semgħu bih, imma żgur li l-kitba tiegħu jistħoqilha ħafna iktar attenzjoni mill-kritika lokali. Dan ikompli jsaħħu l-Prof. Charles Briffa bl-Introduzzjoni tiegħu bl-isem ta’ “Awtur ta’ karattri fin-novelli”, imma anki l-għadd ta’ kummenti kritiċi li huma miġburin fi tmiem il-ktieb. Huma inklużi wkoll ‘Kelmtejn lillqarrejja’ fejn Camilleri jgħidilna li dawn in-novelli “jressqulna l-mużajċi ta’ karattri differenti. Minn barra, xi wħud jistgħu jidhru nies qawwija daqs ilbċejjeċ ta’ rħam u ħġieġ leqqien tal-mużajċi tradizzjonali... Dawn in-nies baqgħu fraġli bħat-tafal nej. Bix-xejn jinkisru... Ilkoll huma vittmi tagħhom infushom, ta’ ħaddieħor jew taċ-ċirkostanzi. Nies li baqgħu ankrati mal-imgħoddi tagħhom, li qatt ma rnexxielhom jirxuxtaw mill-fosdqa tal-għeluq u ta’ esperjenzi tal-passat.” Huma fuq kollox personaġġi tad-demm u l-laħam bħalna, u b’hekk huma novelli li b’xi mod jew ieħor jirrakkontaw anki lilna f’waqtiet differenti tal-ħajja. Din ta’ Camilleri hi pinna b’saħħitha li tħaddem Malti mirqum.

IL-FAMILJA FRATTARIJA U D-DAR LI TAGĦTAS ta’ Karl Smeland, addattat għall-Malti minn Simone Inguanez, Merlin Publishers, 2020 Kemm hu sabiħ li naqraw xogħlijiet letterarji li oriġinarjament inkitbu b’ilsna barranin, f’dan il-każ in-Norveġiż, fl-ilsien tagħna. Kari Smeland hija waħda mill-kittieba Norveġiżi żgħażagħ li jiktbu għattfal. It-traduttriċi Inguanez taddatta għall-Malti din ilħrafa li tittratta dwar il-familja, il-ħbiberija u ssolidarjetà. Kollox iseħħ ġo din id-dar jew gorboġ ’il bogħod mill-belt fejn tgħix familja hienja b’tewmin li ta’ kuljum matul il-lejl ‘jaħarbu’ inkiss inkiss fil-ġnien tad-dar viċin u jiddeċiedu jikxfu s-sigriet moħbi wara d-dar ta’ ħdejhom li ilha ma tinfetaħ snin twal u li minnha joħorġu ħsejjes ta’ diqa u fejn jidhru dellijiet misterjużi minn wara t-twieqi tagħha. Il-kliem hu miktub b’font komdu, filwaqt li l-ktieb jinkludi wkoll numru ta’ illustrazzjonijiet monokoromi ta’ Francesca Grech li jinżlu tajjeb mal-qarrejja kemm ċkejknin (minn 10 snin ’il fuq) kif ukoll inqas ċkejknin, ladarba dan hu rakkont diverenti li jġiegħel lil dak li jkun jidħaq mhux ftit.

47


eżistenzjali, inċertezza u solitudni, karattru li fl-aħħar jixxokkja billi fuq is-sodda tal-mewt jirrifjuta valuri bħall-kastità, il-faqar u l-ubbidjenza. Dan hu rakkont profond li jittratta ħwejjeġ differenti: id-differenza bejn il-ħajja (meta tgħixha kif irid ħaddieħor u skont regoli prestabbiliti) u l-Ħajja (meta tgħixha kif tixtieq int), mela d-differenza bejn li tgħix imjassar bil-ktajjen u li tgħix ħieles minn kull irbit li jxejjen il-’jien’; ix-xewqa għall-mewt, blimħabba bħala l-unika forza kontra din ix-xewqa; ilħajja bħala suwiċidju mħabbar sa mit-twelid; l-uġigħ tas-solitudni u l-bżonn ta’ xi ħadd li jisimgħek u jserrħek minnu; il-bżonn li wieħed jikber minn ġewwa u ma jiddependi fuq ħadd; it-taqbida bejn użanzi u tradizzjonijiet li ilhom ikaxkru għal sekli sħaħ, u mġiba, ħsibijiet u aġir li jkissru l-iskemi riġidi tal-ġenerazzjonijiet l-antiki; il-ġlieda bejn il-kuxjenza li tumilja l-‘jien’ u l-passjonijiet li jsaħħu u jimlew lil dak li jkun bil-ħajja; in-nar li jdawwal u li jemana minn Alla u n-nar tal-passjoni karnali; u l-firda bejn li tgħix il-ħajja kif jixtieq Alla u tgħixha kif tiddetta lKnisja bħala istituzzjoni.

EASFUL DEATH, ta’ Marta Obiols Fornell, maqlub għall-Ingliż minn Mark Montebello, Horizons, 2020 Dan huwa rumanz qasir jew rakkont twil li jtul ftit iktar minn 70 paġna. Għandu Daħla mit-traduttur stess, patri Mark Montebello. Huwa rakkont li ismu jfakkar f’bosta affarijiet, fosthom versi mill-poeżija ‘Ode to a Nightingale’ ta’ John Keats: “Darkling I listen; and, for many a time/ I have been half in love with easeful Death...” Dan tal-kittieba mill-Katalonja, Spanja, imma li tgħix f’Għawdex, Marta Obiols Fornell, huwa xogħol li għandu mill-filosofiku, mill-ispiritwali, mill-erotiku, mir-reliġjonijiet Orjentali, min-niħiliżmu, u l-bqija. Amanda hija l-personaġġ ċentrali u n-narratur, tfajla ta’ 20 sena li għadha kemm tiggradwa fil-Filosofija u ssir tħobb lill-għalliem tagħha Martin, 40 sena ikbar minnha. Hemm ukoll is-saċerdot Michael li jisma’ u jieħu ħsieb lil Amanda f’waqtiet ta’ turment

Easeful Death jista’ jinqara bħala djarju intimu jew għajta silenżjuża ta’ ruħ żagħżugħa li qed tfittex ittifsiriet u r-raġunijiet għal ħwejjeġ differenti. Dan huwa xogħol li jista’ jinqara fi ftit sigħat u f’nifs wieħed, daqslikieku nqbadt f’kurrent li jaħkmek, jinkwetak u jagħtik pjaċir fl-istess waqt. Xogħol bħal dan ifakkar fil-Being and Nothingness ta’ Sartre jew f’The Unbearable Lightness of Being ta’ Milan Kundera. Kulma hu huwa ġabra ta’ 70 paġna, imma huma ftit paġni li jġorru piż kbir u li jisfidaw lill-qarrej iħares ’l isfel - jew ġewwa fih stess - u bħal jirriskja jixxabbat biex jara b’għajnejh abiss bla qiegħ li donnu huwa d-destin ta’ kull bniedem li jwarrab ittwemmin. Hu rakkont dwar il-mewt tal-imħabba; dwar il-mewt tal-ħajja nnifisha; dwar l-imħabba li tirrendi l-mewt esperjenza inqas iebsa; dwar l-għarfien li l-bniedem u mhux kull bniedem - jikseb qabel ma jintefa’ b’ruħu u b’ġismu għal isfel f’dan l-abiss... Hu rakkont qasir li jħalli warajh eku li jibqa’ jidwi għat-tul f’ruħ min jaqrah.

48


Articles inside

Paġni ddedikati lil Oliver Friggieri

5min
pages 38-40

Kitbiet ta’ Rita Saliba u Mary Chetcuti

5min
pages 27-28

Reċensjonijiet

13min
pages 33-37

Minn fuq l ixkaffa

7min
pages 45-48

Versi lil hinn minn xtutna

1min
page 44

Il Poeżiji

5min
pages 41-43

Rakkont ta’ Carmen Refalo

10min
pages 29-32

L Editorjal

3min
page 2

L Intervisti

22min
pages 11-20

L Apoloġija ta’ Sokrate

2min
page 26

Kitba ta’ Mario Attard

2min
page 23

Kitba ta’ Therese Pace

6min
pages 24-25

Leonardo Sciascia u Malta

1min
page 22

L Aħbarijiet

9min
pages 3-6

Rakkont ta’ Joseph Bonnici

3min
page 21
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.