9 – L-għażeb nobbli

It-tmien mhux tas-soltu tażżwieg ta’ Lord St Simon għadu jinteressa lil dawk ambjenti għoljin fejn l-għarus żvinturat kien jiffrekwenta. Skandli aktar riċenti ħadulu postu, u t-tqasqis dar fuq ġrajjiet aktar pikkanti mid-drama li seħħet erba’ snin ilu. Fl-istess ħin ma niżbaljax meta ngħid li l-fatti kollha ta’ x’ġara sew qatt ma saru pubbliċi. F’dan l-inċident sfortunat il-ħabib tiegħi Sherlock Holmes kellu sehem importanti biex il-kwistjoni tintemm, inħoss li l-ebda memorja tiegħu ma tkun kompluta mingħajr ma nagħti ħjiel ta’ dawk il-fatti straordinarji. Kien fadal ftit għażżwieġ tiegħi. Kont għadni noqgħod ma’ Sherlock Holmes f’Baker Street. Jum fost l-oħrajn wara nofs inhar Holmes daħal il-dar wara passiġata u fuq  il-mejda sab ittra tistennieh. Dak inhar kont bqajt ġewwa, għaliex it-temp xejn ma kien sabiħ, b’xita, u ir-riħ tal-ħarifa. Dan it-temp qisu reġa’ qajjem l-balla tat-tribu’ jeżail li laqqat fl-Afganistan u li kienet imdaħħla f’idi qisha relikwija ta’ dak iżżmien. B’dan it-temp l-uġiegħ tagħha beda jtekkek qawwi f’idejja. L-unika mediċina kienet li npoġġi fuq pultruna u mserrah saqajja, u naqra, forsi ninsa l-uġiegħ. Fl-aħħar imxebba’ bl-aħbarijiet, warrabthom u qgħadt bla enerġija, inħares lejn l-arma kbira u l-monogramma (1) stampati fuq l-envelope u naħseb b’ċerta letarġija minn kien il-ħabib nobbli ta’ sieħbi.  “Hawn għandek korrispondenza mis-sulari għolja tas-soċjeta,” għedtlu meta daħal. “Iżżewg ittri li kellek daħghodu, jekk niftakar sew, kienu mingħand bejjiegħ tal-ħut u uffuċjal tad-dwana.” “Tassew l-ittri li nirċievi għandhom is-seħer tal-varjeta’,” rrispondini jitbissem. “U aktar ma jkunu ta’ nies umli aktar ikunu ta’ interess. Dan jidher xi invit soċjali li xejn ma joġgħobni għax jew ikun  ksir il-għajn jew inkella wieħed fejn dak li jkun ikollu jigdeb biex jiskansahom
Kisser is-siġill u ta’ daqqa t’għajn lejn l-ittra.NB 01
“Tgħid xejn, wara kollox tista’ tinżerta xi ħaġa interessanti.”
“Mela mhux invit soċjali?” staqsejtu.
“Le, strettament professjonali.”
“Il-klijent xi nobbli.”
“Minn waħda mill-aktar familji eminenti fl-Ingilterra.”
“Nifraħlek, sieħbi l-għażiż.”
“Inserraħlek moħħok Watson, mingħajr artifiċjalita jew umilta’ falza, li l-status tal-klijent ftit li xejn jimporta għalija. Taf li jien f’każ inqis l-interess u l-isfidi li joffri. Biex inkun għedt kollox jidher li l-każ ta’ dan in-nobbli mhux nieqes minn dawn l-aspetti li jien infittex f’investgazzjoni ġdida. Dan l-aħħar kont qed taqra l-gazzetti b’interess kbir, hux hekk?”
“Hekk jidher,” għedtlu b’naqra dwejjaq, filwaqt li urejtu munzell kbir ta’ karta stampata fir-rokna. “Ma kelli xejn aktar x’nagħmel.”
“Hallik mill-buli, din hi xorti tajba għalija għaliex tista’ tagħtini l-aħħar aħbarjiet. Jien ma naqra xejn ħlief kriminalita’ u l-paġna ta’ l-avvizi. Ta’ l-aħħar dejjem jagħtu xi informazzjoni iżda mhux biżżejjed. Issa jekk int segwejt ċerti ġrajjiet mill-qrib bilfors qrajt dwar it-tieġ ta’ Lord St Simon.”
“Iva, da żgur, b’interess kbir.”
“Tajjeb ħafna. L-ittra li għandi f’idi hi minghand Lord St Simon. Jien ħa naqralek l-ittra u inti trid tgħaddili dawk il-gazzetti u turini fejn hemm referenza għal din l-affari. L-ittra tghid hekk.
Għażiż Sherlock Holmes
Lord Backwater igħidli li nista’ nafda kompletament fuq l-inġenjożita’ u d-diskrezzjonji tiegħek. Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni ta’ Lord Backwater iddeċidejt li ngħaddi għandek. Nixtieq nikkonsultak dwar il-ġrajjiet li seħħew fit- tieġ tiegħi liema esperjenza kienet ta’ tbatija u inkwiet konsiderevoli. Mr Lestrade ta’ Scotland Yard   diġa qed jaħdem fuq il-każ, iżda assigurani li m’għandu xejn kontra l-kooperazzjoni tiegħek, anzi jaħseb li tista tkun ta’ fejda. Ngħaddi għandek fl-erbgħa ta’ wara nofsinhar. Jekk dak ħin għandek xi qadja oħra, nittama li tipposponiha. Tifhem li dan il-każ hu ta’ importanza massima.
Dejjem Tieghek                                                                                                                             Robert St Simon
“Intbagħtet minn Grosvnor Mansions, miktubha b’pinna tar-rixa, u in-nobbli kellu x-xorti ħażina li jċappas bil-linka n-naħa ta’ barra ta’ subajh iżżgħir tal-lemin,” rrimarka Holmes hekk kif tewa l-ittra.
“Qed igħid  ġej fl-erbgħa. Issa t-tlieta. Siegħa oħra jkun hawn.”
“Mela għandi bizzejjed ħin biex bl-għajnuna tiegħek ikolli ideja ċara tal-każ. Gib dawk il-gazzetti ‘l hawn u rranġa t-tagħrif fuq it-tieġ f’ordni kronoloġiku.Filwaqt li nsir naf xi ħaġa dwar l-klijent tagħna. Qabad ktieb aħmar minn ringila ta’ kotba ta’ referenza li kellu fuq l-ixkaffa tal-fuklar. “Hawn aħna,” qal waqt li fetaħ il-ktieb fuq għarkubtejh. “Robert Walsingham de Vere St Simon, it-tieni tifel tad-Duka ta’ Balmoral! – Il l-aħwa!” “Armi: kulur lapislazzulu, fuq tliet carltrops (3), b’faxx iswed fin-nofs. Twieled fl-1846.” Għandu wieħed u erbgħin sena, li jagħmluh biex ngħidu hekk, pjuttost matura għażżwieġ. Kien Sotto-Segretarju għall-kolonji f’Amministrazzjoni ta’ dawn l-aħħar snin. Fl-imgħoddi missieru kien Segretarju tal-Affatijiet Barranin. Huma jirtu d-demm tal-Plantagenets (4) b’dixxendenza diretta u dak tat-Tudors (5) minn-naħa tal-mara. Uff! Paroli vojt biss! Ma hemm xejn informattiv f’dan kollu. Naħseb ikun aħjar li ndur fuqek Watson, zgur ħa tagħtini tagħrif siwi.”
“Ma tantx sibtha diffiċli nsib dak li rrid,” għedtlu, “Il-fatti huma pjuttost riċenti, u l-affari laqtitni għax mhux soltu tiġri. Qgħadt lura mill ntgħarrfha lilek, għaliex kont naf li kellek xi stħarriġ għaddej, u  ma tieħux pjaċir tiddevja fuq suġġetti oħra.”
“Qed tirreferi għal dik il-problema żgħira tal-van tal-għamara ta’ Grosvnor Square. Hemm kollox irranġa ruħu – għalkemm tabilhaqq kollox kien ovvju mill-bidu. Jekk jogħġbok għaddili l-gazzetti li għazilt.”
“Ara l-ewwel darba li dehret xi ħaġa kien fil-kolonni personali tal-Morning Post, u kif tista’ tara tmur lura xi ftit ġimgħat u tgħid hekk: ‘Zwieġ ġie mifthiem’ tgħid, “u jekk l-għidut huma tajbin, fi żmien qasir ħa jsir żwieġ bejn Lord St Simon, it-tieni tifel tad-Duka ta’ Balmoral u s-sinjorina Hatty Doran, l-unika tifla ta’ Aloysiud Doran ta’ San Francisco, California U.S.A.” Dak kollox.
“Qasir u tal-punt m’hemmx kliem żejjed,” rrimarka Holmes.
“Hemm paragrafu li jagħti aktar dettalji fil-ġurnali soċjali ta’ l-istess ġimgħa. Iva, sibtu. “Dalwaqt ser ikun hemm sejħa għall-protezzjoni fis-suq tażżwiġijiet, fil-preżent il-prinċipji tal-kummerċ ħeles jidhru li qed ikollhom effett kbir fuq il-prodotti tagħna. Waħda wara l-oħra t-tmexxija tal-familji nobbli tar-Renju Unit qed jgħaddu f’idejn il-kuġini bjondi tagħna minn-naħa l-oħra ta’ l-Atlantiku. Zieda oħra importanti f’dan ir-rigward saret il-ġimgħa l-oħra mal-lista ta’ trofej li dawn l-invażuri ħelwin qed joħdulna hemm issa Lord St Simo. Dan l-għażeb nobbli li għal għoxrin sena dejjem żamm iebes għall-vleġġeġ ta’ l-imħabba, għadu kemm ħabbar iżżwieg imminenti tiegħu ma’ Miss Hatty Doran, is-sbejħa bint ta’ miljunarju Kalifornjan. Miss Doran hi mogħnija b’figura grazzjuża u wiċċ li jigbdek kienet l-attrazzjoni ewlenija fir-riċeviment ta’ Westbury House. Miss Doran hija l-uniku wild tal-miljunaru. Sorsi ta’ min jorbot fuqhom infurmawna li d-dota tagħha tammonta għal somma li taqbez bil-bosta s-sitt figuri, bi prospetti sbieħ għall-futur. Huwa sigriet magħruf li Lord Balmoral f’dawn l-aħħar snin kellu diffikultajiet finanzjarji tant biegħ il-pitturi tal-familja. Lanqas Il-qagħda ta’ Lord St Simon ma hiex waħda rassikurtanti għaliex m’għandux propjeta ħlief xi artijiet zgħar f’Birchmoor. Jidher mela ovvju li l-werrieta Kalifornjana mhux se tkun hi biss li tgawdi minn din l-allejanza għax minn oriġini komuni ta’ werrieta repubblikana ħa tieħu titlu ta’ waħda mill-aqwa familji Nobbli’ Brittaniċi.”
“Baqa’ xi ħaġa oħra?,” staqsa Holmes jittewweb.
“U kif, anzi ħafna. Hawn fil-Morning Post sibt nota oħra. Din tgħid li t-tieg għandu jkun wieħed sempliċi kemm jista’ jkun, li se jsir ġewwa l-knisja ta’ San Gorġ f’Hanover Square u  xi nofs tużżana ħbieb intimi se jiġu mistiedna. Wara ħa jmorru lura fid-dar ġewwa Lancaster Gate li ġiet mikrija minn Mr Aloysius Doran għall-kolazzjon tat-tieġ. Jumejn wara – jiġiefiri – l-Erbgħa li għaddew tħabbar xott xott li l-għarus u l-għarusa kien se jgħaddu qamar il-għasel għand Lord Backwater, ħdejn Petersfield. Dak hu kull ma deher fil-gazzetti sakemm l-għarusa ma dehritx aktar.”
“Ieqaf naqra. Qabel xhiex?”
“L-għibien tas-sinjorina.”
“Mela meta sparixxiet?”                                                                                                     “Waqt il-kolazzjon tat-tieġ.”
“Tassew? Mela din il-biċċa ħa tkun aktar interessanti milli ħsibt. Anzi, tabilħaqq drammatika.”
“Anki lili laqtitni għall-pekuljarita’ tagħha.” Rrispondejtu.
“Is-soltu jgħibu qabel iċ-ċerimonja tażżwieġ, jew waqt il-qamar il-għasel. Qatt ma smajt xi ħaġa ta’ din ix-xorta. Jekk jogħġbok spjegali x’ġara.”
“Ha ngħidlek biex tkun taf. Hemm bosta punti neqsin.”
“Ejja nippruvaw nagħmluhom inqas milli huma.”
“Mela, il-ġrajja kif rappurtatha fil-gazzetta hija f’artiklu tal-bieraħ li ħa naqralek. It-titlu hu “Inċident mhux tas-soltu f’tieġ tas-soċjeta għolja.”
‘”Il-familja ta’ Lord St Simon sabet ruħha f’baħar inkwiet riżultat tal-ġrajjiet strambi li seħħew fit-tieġ tiegħu. Iċ-ċerimonja kif il-bieraħ tħabbar fil-gazzetti, seħħet l-għodwa ta’ qabel. Issa pero’, nistgħu nikkonfermaw l-igħidut strambi li ilhom jippersistu dwar dan l-avveniment. Minnkejja l-attentati tal-ħbieb tal-għarus biex iżommu kollox mistur, xorta waħda l-pubbliku sar jaf b’kollox. Tant hu hekk li hu inutili li jagħmlu ta’ bir-ruħhom li ma ġara xejn meta dak li ġara hu fuq fomm kulħadd.”
‘” Iċ-ċerimonja saret fil-Knisja ta’ San Gorg f’Hanover Square, kienet waħda ta’ ton kwiet ħafna. Fil-fatt ħadd ma kien preżenti ħadd  ħlief missier l-għarusa, Mr Alysius Doran, id-Dukessa ta’ Balmoral, Lord Backwater, Lord Eustace u Lady Clara St Simon ( hu z-zgħir u oħt l-għarus) u Lady Alicia Whittington. Wara ċ-ċerimonja l-grupp irħiela lejn id-dar ta’ Mr Aloysius Doran f’Lamcaster Gate fejn kien hemm ippreparat kolazzjon. Milli jidher xi mara li isimha mhux magħruf, qajmet xenata meta ppruvat tidħol għar-riċeviment iżda ġiet malajr mitfuha ‘l-barra mill-butler u qaddej. L-għarusa li b’xorti tajba kienet diġa daħlet qabel ma NB 02nqala’ dan l-inċident, u  poġġiet fuq il-mejda ma’ l-oħrajn. Wara ftit qalet li ma kienitx qed tħossha f’sikkitha u ritirat lejn kamrita. Peress illi ddawret ma tiġi lura saru xi kummenti u missierha mar jara x’inqalalha. Kif wasal ħdejn il-kamra ta’ bintu il-qaddejja personali tagħha qalet li Miss Doran damet f’kamrita il-ħin kemm ġabet kappell u coat ulster u ħarget tiġri l-isfel. Wieħed mill-qaddejja qal li ra mara   liebsa hekk ħierġa mid-dar iżda ma riedx jemmen li dik kienet l-għarusa, ħaseb li  kienet mara l-oħrajn. Meta Doran għamel ċert li bintu għebet għamel kuntatt mal-puluzija u malajr bdew l-investigazzjonjet li probabbilment jagħtu riżultat f’qasir żmiem. Sa tard il-lejl li għadda, ma sar magħruf xejn fejn tista’ tkun is-sinjorina. Hemm igħidut li wara dan l-igħibien hemm xi att kriminali u qed jingħad li l-puluzija arrestat ‘il-mara li qajmet dak l-istorbju quddiem ir-residenza ta’ Alysius Doran. Is-suspetti hu bażat fuq igħira. L-inċident li qajmet jindika li għandha x’taqsam ma’ l-igħibien ta’ l-għarusa.”
“Dak kollox?” staqsini.
“Dettal żgħir f’gazzetta oħra ta’ dal-għodu. Imma wieħed suġġestiv ħafna.”
“U dan hu?”
“Li Miss Flora Miller, il-mara li qalgħet l-istorbju u ġiet arrestatha. Milli jidher kienet żeffiena fl-club Allegro u ilha taf l-għarus għal bosta snin. M’hemmx aktar dettalji, u l-każ issa hu f’idejk – għalissa dak li qed jirrapurtaw il-gazzetti.”               “Jidher każ interessantissimu. Alla ħares tliftu għax kien jiddispjaċini. Smajt sew? Iva il-qanpiena tal-bieb qed iddoqq, u l-arloġġ qed jimmarka ftit minuti wara l-erbgħa, bla dubju wasal il-klijent nobbli. Ara biss jidħollok f’moħħok li twarrab, għaliex nippreferi ikolli xi ħadd   biex jikkonferma dak li jkun għadda bejni u l-klijent.”
“Lord St Simon,” introduċieh it-tfajjel messaġier tagħna, hu u jiftaħ il-bieb. Daħal NB 03ġentlom b’wiċċ fabbli, u imrabbi tajjeb. Kien pjuttost bajdani b’imnieħer għoli, u nuqqas ta’ sabar madwar ħalqu, u bl-għajn soda  ta’ bniedem li xortih dejjem kienet li jikkmanda u jkun obdut. Kellu xeħta ta’ bniedem enerġetiku, iżda fl-istess ħin id-dehra tiegħu ħalliet impressjoni li kien ikbar milli hu fl-eta. Dan għaliex surtu kienet inklinata ‘l-quddiem, u kien jimxi b’rkupptejh naqra mgħawwġin. Kif neħħa l-lobbja nnunajt li xagħru kien griż fil-ġnub u ħafif fuq qurriegha. Kien liebes b’reqqa kbira li kważi kważi kont nazzarda niġġudikah bħala vanituż. Kien l-liebes qmis bl-għonq wieqaf, frock-coat iswed , sidrija bajda, ingwanti sofor, par żarbun tal-ġilda ordnati apposta għalih, u getti (6) ta’ kulur ċar. Daħal bil-mod iħares lejn il-lemin u lejn ix-xellug u jbandal f’idu l-leminija katina rqiqa li magħha kien indendel nuċċali kulur id-deheb.
“L-għodwa t-tajba, Lord St Simon,” qallu Holmes filwaqt li qam bil-wieqfa u għamillu inkin. “Jekk jogħġbok poġġi fuq dak is-siġġu tal-qasab. Dan hu l-ħabib u kollega Dr Watson. Ersaq naqra lejn in-nar u nistgħu nibdew nitkellmu dwar dan is-saram.”
“Hi ġrajja ta’ niket għalija, kif naħseb tista’ timmaġina Mr Holmes. Laqtitni fil-laħam il-ħaj. Nifhem li diġa ħadt taħt idejk bosta każi delikati ta’ din ix-xorta. Naħseb li ftit li xejn kienu mill-l-istess klassi soċjali bħal tiegħi.”
“Għandek raġun. Bil-każ tiegħek fil-fatt qed ninzel bosta turġien mis-sellun soċjali.”
“Skużani mhux qed nifhmek.”
“L-aħħar klijient li kelli kien Re.”
“Bis-serjeta? Ma kelli l-ebda ideja, U min kien dan ir-Re?”
“Ir-Re ta’ l-Iskandinavja.”
“Kif! Dan tilef ‘l-martu wkoll?”
“Tifhem,” qallu Holmes b’ton pulit, “Jien nżomm kunfidenzjalita assoluta dwar il-każi tal-Klienti tiegħi. Kunfidenzjalita assoluta li ħa niggarantixxi lilek ukoll.”
“Da żgur! Sewwa qed tgħid! Sewwa qed tgħid! Nitolbok tiskużani. Dwar il-każ tiegħi lest li ngħinek billi nagħtik kull tagħrif li jista’ jgħinek tifforma opinjoni.”
“inroddlok ħajr. Diġa naf kull ma hemm fil-gazzetti, xejn iżjed. Naħseb dan l-artiklu fuq igħibien ta’ l-għarusa hu korrett.”
Lord St Simon taħ daqqa t’għajn, “Iva hu korrett f’kull ma jgħid.”
Holmes wieġeb, “Iżda għandi bżonn aktar tagħrif biex wieħed ikun jista’ jifforma opinjoni. Naħseb li nista’ nasal għall-fatti konkreti jekk nistaqsi lilek direttament “Nitolbok, staqsi li trid.”
“Fejn iltqajt ma’ Miss Hatty Doran?”
“Sena ilu f’San Francisco.”
“Kont qed tivjaġġa fl-Istati Uniti?”
“Sewwa qed tgħid.”
“F’dak il-perjodu tgħarrastu?”
“Le.”
“Iżda, biex ngħid hekk sirna ħbieb?”
“Kont nieħu pjaċir bil-kumpanija tagħha, u hi indunat b’dan.”
“Missierha hu għani ħafna?”
“Jingħad li hu l-aktar bniedem sinjur fil-kosta tal-Pacifiku.”
“Kif għamilha l-furtuna tiegħu?”
“Fil-minjieri tad-deheb. Sa ftit snin ilu ma kellu xejn. Wara ftit sab id-deheb, investa tajjeb u fi zmien qasir stagħna.”
“Issa rridek tagħtini ideja ta’ x’inhi l-impressjoni tiegħek tas-sinjorina – jew aħjar, x’taħseb dwar il-karattru tagħha?”
In-nobbli bandal in-nuċċjali b’naqra aktar ħeffa u ħares lejn in-nhar. “Ara Mr Holmes,” qallu, “Marti kellha għoxrin sena qabel ma missierha sar sinjur. Matul dak iżżmien kienet tiġri ħielsa f’kominita’ ta’ nies ifittxu deheb fil-minjieri. Kienet ħielsa tigri fil-boskijiet, l-muntanji u xmajjar, bogħod miċ-ċivilta’. Tifhem mela li edukazzjoni tagħha ħaditha minn-natura mhux minn xi għalliem fi skola. Marti hi dik li aħna f’pajjiżna insejħulha tifla mqaċqcċ b’imġieba ta’ tifel, b’natura b’saħħitha, u ma hi mansa xejn għaliex mhiex marbuta ma’ l-ebda tip ta’ konvenzjoni. Tagħmel li jfettilha mingħajr ma tqis xejn – vulkanika – hu aġġettiv li jorqomha sew. Tieħu deċizjoni f’ħakka t’għajn, hi riżoltha u ma tibżax twettaq dak li tkun daħħlet f’rasha. Fl-istess ħin ma kontx nagħtiha l-isem li għandi l-unur li nġib (hawn qaħqaħ qisu xi ras kbira) kieku ma ħassejtx li fl-aħħar mill-aħħar hi mara nobbli. Nemmen li għandha ċertu qlubija u lesta biex tissagrifika lilha nfisha, u kull ma hu disonorabbli tistmerru.”
“Għandek ritratt tagħha?”
“Gibt dan miegħi.” Fetah kaxxetta li kellu mal- giżirana, u wrina wiċċ ta’ mara tabilħaqq sabiħa. Ma kienx ritratt iżda minjatura tal-avorju. L-artist bil-ħila kbira li kellu ħareġ l-effett kollu ta’ xagħra iswed, għajnejn kbar u skuri, u ħalq delikat . Holmes ħares lejha fit-tul u b’ċertu severita’. Għalaq il-kaxxetta u taha lura li Lord St Simon.
“Naħseb li s-sinjorina ġiet Londra u ġeddedt il-kuntatti li kellha miegħek.”              “Sewwa qed tgħid. Missiera ġabha Londra għall-istaġun (7). Iltqajna bosta drabi, tgħarrastha u issa zewwiġtha.”
“Jingħad li ġabet magħha dota ta’ ċerta entita’”
“Dota ġusta. La inqas u l-anqas izjed li hu normali għall-familja tiegħi.”
“U nifhem li din, naturalemt, ħa tibqa’ għandek għaliex iżżwieġ hu lest sar”
“Ngħidlek is-sew ma  smajt xejn dwar dan is-suġġett.”
“Naturalment. Rajtha lil Miss Doran lejliet it-tieġ.”
“Iva.”
“Kienet kuntenta?”
“Qatt ma rajtha daqshekk għal qalbha. Tkellimna ħafna dwar il-ġejjieni ta’ ħajjitna flimkien.”
“Tassew? Interessanti ħafna. U f’jum it-tieġ?”
“Kellha wiċċha għad-dawl u ferħana – għall-inqas sa wara ċ-ċerimonja.”
“Dak il-ħin nnotajt xi bidla fl-imġieba tagħha?”
“Ara, biex ngħidlek is-sew, rajt l-ewwel ħjiel meta innutajt li kienet daqsxejn nervuża u tilfet it-tempra fuq ċuċata. Iżda peress illi kienet ħaġa ta’ xejn ma tajtx każ. Tant li ma naħsibx li għandha x’taqsam ma’ l-igħibien ta’ Marti.”
“Xorta waħda igħidilna kollox.”
NB 04“U xejn, affarijiet tat-tfal. Kull ma ġara kien li waqt li kienet sejra lejn is-sagristija waqqgħet il-bukkett tal-fjuri. Kienet għadejja minn quddiem l-ewwel bank u l-bukkett waqa’ fil-bank. Ittardjajna sekonda iżda ġentlom li kien fil-bank ġabru u tahulha. Il-bukkett ma kien ġralu xejn. Iżda meta kellimtha fuq li ġara rrisponditni b’ton imqit, u fil-karrozzella, dehret illoġikament eċċitata għal ħaġa banali bħal din.”
“Tabilħaqq. Qed tgħid li kien hemm ġentlom fil-bank. Mela kien hemm il-pubbliku preżenti?”
“Da zgur. Hu impossibbli teskludihom meta l-knisja tkun miftugħa.”
“Dan il-ġentlom kien xi ħabib ta’ martek?”
“Le, le. Qed insejjaħlu ġentlom aktar b’kortesija, għaliex deher persuna komuni. Bil-kemm tajt kasu. Imma, skużani, naħseb li qed nizvijjaw mhux  ħażin minn dak li suppost qed niddiskutu.”
“Lady St Simon, giet lura mit-tieġ inqas ferħana  milli marret? X’għamlet meta daħlet fid-dar ta’ missiera?”
“Rajtha tittħadded mal-qaddejja personali tagħha.”
“U min hi din il-qaddejja?”
“Jisimha Alice. Hi Amerikana u ġiet  ma’ marti minn Kalifornja.”                     “Jaqgħu hemm xi rabta konfidenzjali bejnithom?”
“Zejda wisq ikolli ngħid. Jidhirli li s-sinjura tagħha kienet tagħtiha wisq libertajiet. Iżda, naturalement l-Amerikani jaraw l-affarijiet b’mod differenti minna.”
“Qed tistaqsini kemm damet titkellem mal-qaddejja Alice. U xi ftit minut? Iżda ma tajtx kas għax dak il-ħin kont moħħni f’xi ħaġa oħra.”
“Ma smajt xejn milli ntqal bejithom?”
“Lady St. Simon qalet xi ħaġa dwar jumping the claim (8). Hi mdorrija titkellem b’ċertu slang (9) li jużaw in-nies tal-minjieri. Iżda m’għandi l-ebda ideja x’ridet tgħid.”
“Is-slang Amerika xi kultant hu espressiv ħafna. X’għamlet martek meta temmet   tittkellem mas-serva.”
“Giet fil-kamra fejn kienet qed isir il-kolazzjon.”
“Labranzetta miegħek?”
“Le, waħedha. Hija indipendenti ħafna fuq ħwejjeġ bħal dawn. Wara poġġiet għal xi għaxar minuti. Qamet bil-ħeffa kollha, skużat ruħha, ħalliet il-kamra u ma rajthiex aktar.”
“Imma skond il-qaddejja Alice, jekk fhimt sew marret fil-kamra tas-sinjura, għattithielha l-libsa tat-tieġ b’coat Ulster twil, martek imbagħad libset kappell u ħarġet.”
“Sewwa qed tgħid. Wara rawha tipassiġġja f’Hyde Park (10) ma’ Lady Flora Miller li dal ħin tinsab arrestata u li diġa għamlet storbju sħiħ ħdejn ir-rezidenza ta’ Mr. Doran.”
“Iva. Nitolbok biex tagħtini ftit tagħrif fuq din il-mara żagħżugħa u x’relazzjoni għandek magħha.”
“Lord St Simon refa’ spallejh u għolla n-naħa fuq ta’ ghajnejh. Konna ħbieb għal bosta snin – nista’ ngħid ħbieb sewwa. Kienet tkanta fl-Allegro. Jien ġibt ruħi magħha b’mod ġentili ħafna, u hi m’għandha l-ebda ġustifikazzjoni biex tilmenta kontra tiegħi. Imma taf kif inhuma n-nies, Mr Holmes. Flora kienet persuna gustuża, imma kella rasha sħuna u kienet marbuta miegħi bi ħrara kbira. Meta saret taf biżżwieġ tiegħi kitbitli ittri tal-biża’. U biex ngħidlek is-sewwa r-raġuni għaliex għamilt tieġ kwiet kienet għaliex bżajt li jkun hemm xi skandlu fil-Knisja. Tant hu hekk hi ġiet ħdejn il-bieb ta’ Mr Doran wara li ġejna lura u għamlet ħilitha biex timbotta ruħhaġewwa. Bdiet ukoll tgħajjat kliem abbusiv lejn marti u saħansitra bdiet theddidha. Habat tajjeb li kont qed nistenna xi ħaġa hekk u tajt struzzjonijiet lill-qaddejja, li malajr tajruha ‘l-barra. Ikkwietat meta rat li ma kien se jiswilha għal xejn jekk tagħmel xenata.”
“Martek semgħet dan kollu?”
“Le, fortunatament.”
“Allura wara, rawha tipassiġġja ma’ din l-istess mara?”
“Iva. Mr Lestrade ta’ Scotland Yard jara dan bħala fatt serju ħafna. Qed jaħsbu li Flora nasbet lil marti, u għamlitilha xi nassa tal-biża’.”
“Insomma. Hu xenarju possibbli.”
“Int taħseb hekk ukoll?”                                                                                                          “Ma għedtx li hu probabbli. Iżda inti stess tħares lejn dan il-fatt bħala improbabbli.”
“Ma naħsibx li Flora tasal biex tweġġa dubbiena.”
“Tabilħaqq. Fl-istess ħin l-għira tista’ tbiddel karattru. Issa nitolbok x’inhi t-teorija tiegħek dwar dak li ġara?”
“Insomma, tajba din. Gejt hawn biex nfittex teorija, mhux biex nipproponi waħda jien. Tajtek il-fatti kollha. Pero la staqsejtni, nista’ ngħid li seta’ kien il-każ li possibilment l-eċċitament ta’ l-okkażjoni, konxja mill-fatt li soċjalment kienet se tagħmel pass kbir ‘il-fuq, u l-effett ta’ l-inċident ta’ Flora setgħu kienu piż mentali wisq għaliha.”
“Allura li tilfet ir-raġuni?” stqasieh Holmes.
“Iva. Għaliex meta tikkonsidra li abbandunat – mhux se ngħid lili, iżda dak kollu li bosta jistgħu biss joħolmu dwaru – Ma nistax nispjega b’mod ieħor dak li ġara.”
“Ngħidu hekk anki din hija ipoteżi plawsibbli,” rrispondih Holmes jitbissem. “U issa Lord St Simon, naħseb li kważi għandi t-tagħrif meħtieġ. Nista’ nistaqsi jekk kontx bil-qegħda fuq il-mejda tal-kolazzjoni f’pożizzjoni li tista’ tara barra t-tieqa?”
“Stajt nara n-naħa l-oħra tat-triq u anki l-ġnien.”
“Hekk hu. Mela naħseb li għandi kull ma hu relevanti għall-każ. M’hemmx għalfejn inżommok aktar. Meta jkun il-waqt nikkomunika miegħek.”
“Jekk tkun xortik tajba li ssolvi l-każ.” Qallu l-klijient tagħna hu u jqun bil-wieqfa.
“Tħabbel rasek xejn. Il-każ solvejtu.”
“Eh? X’inhu?” staqsieh skantat Lord St. Simon.
“Qed ngħidlek solvejtu.”
“Mela fejni hi marti?”
“Dan hu dettalji li malajr ħa tkun taf dwaru.”
Lord St Simon xengel rasu, “Jiddispjaċini imma hemm bżonn rjus għorrief bil-wisq aktar minn tiegħi u min tiegħek.” Qal St Simon , baxxa rasu u telaq ‘il-barra.
“Qalbu tajba St Simon li jagħmilli l-unur li jpoġġi rasi fuq livell ma’ tiegħu,” qal Sherlock Holmes jidħak. “Nahseb li ħa nieħu whiskey u soda u sigarru wara dan l-interrogatoru. Kont diġa wasalt għall-konklużjoni tal-każ qabel il-klijient daħal fil-kamra.”
“U ejja Holmes! Mela int xi saħħar?” għedtlu daqsxejn innervjat.
“Eminni mhux qed neżegera. Għandi bosta noti fuq każi simili, għalkemm, kif għedt qabel, ma kienux daqshekk mgħaġġla. L-eżami li għamilt serva biex il-konġettura li kelli f’moħħi saret ċertezza. Evidenza bla provi ċari u konkreti xi drabi tista’ tkun konvinċenti wkoll, qisek meta issid trota fil-ħalib (11) biex nikkwotalek l-eżempju ta’ Thoreau (12).”
“Imma jien smajt kull ma smajt int.”
“Iva, iżda mingħajr ma kont taf dwar każi simili li seħħew qabel. Dan kien ta’ għajnuna kbira għalija. Kien hemm per-eżempju każi kważi l-istess f’Aberdeen, kif ukoll xi ħaġa fuq l-istess linji ġewwa Munich xi sena wara l-gwerra Franco-Prussjana (13). Hu wieħed minn dawk il-każi – imma qed nisma’ sew? Iva wasal Lestrade – Il-wara nofsinhar it-tajjeb Lestrade! Fuq il-gredenza hemm tazza tal-whisky u kaxxa sigarri.”
“L-uffiċjal tal-puluzija kien liebes ġakketta ħoxna double breasted (14) u xalpa ta’ materjal ħafif mdwar għonqu li tagħtu dehra nawtika (15) f’idejh kellu speċi ta’ bagalja tad-dokumenti sewda tal-canvas. Wara li selminna xott xott, qabbad is-sigarru li offrhielu Holmes.”
“X’Inqala’ Lestrade,” staqsih Holmes b’dik il-ħarsa mqarba. “Tidher inkwetat.”
“U nħossni inkwetat. Dan il-misħut każ St Simon. Ma nistax nsiblu rkabtu.”
“Tassew? Qed tissorprendini.”
“Int qatt smajt b’fatt daqshekk imħawwad? Kull ħjiel qisu jiżloq minn bejn subajja qisu ramel fin. Illi jum sħiħ naħdem fuqu.”
“U fuq kollox ixxarabt għasra,” qallu Holmes fil-waqt li poġġa idu fuq il-ġakketta ta’ Holmes.”
“Iva, kont qed infittex fis-Serpentine (16).
“U għafejn? F’ġieħ il-Bambin.”
“Biex forsi nsib il-katavru ta’ Lady St Simon.”
Sherlock Holmes infaqa’ jidhak bil-qalb.
“Ma fittxejtx il-funtana ta’ Trafalgar (17) għal li jista’ jkun hux?”
“Għaliex? Xi trid tgħid biha?” wieġbu Lestrate irritat mhux ħazin.
“Għaliex għandek mnejn ssib il-katavru kemm f’waħda u kemm fl-oħra.”
Lestrade ħares ħarsa bil-herra lejn Holmes. “Nissoponi taf kollox dwar il-każ.” Qallu b’rabja.
“Sewwa sew, għadni kemm smajt il-fatti tal-ġrajja, u diġa ddeċidejt x’ġara sew.”
“Eh, iva? U taħseb li s-Serpentine m’għandha x’taqsam xejn mal-każ.”
“Possibilta’ remota, remota ħafna.”
“Mela forsi tista’ġentilment tispjegali dak li sibna fiha?” Fetaħ il-bagalja u waqt li tkellem waqgħet minnha libsa tat-tieġ tal-ħarir, par skarpini tas-satin, bukkett tal-fjuri ta’ l-għarusa, velu bla kulur għasra bl-ilma.                                                  “Hemm,” qallu u poġġa fuq il-mejda l-libsa tat-tieġ.               NB 05                               “Hemm ġellewza għalik xi tkisser.”
“Tassew?” wieġbu sieħbi hu u jonfoh ċrieki koħol ta’ duħħan li imlew il-kamra b’riħa ta’ sigarri li saret qisha triq f’Londra qed tisparixxi fiċ-ċpar.. “Allura tellajt din mis-Serpentine?”
“Le. Sabhom l-għassies tax-xatba f’wiċċ l-ilma mal-ġemb. Gew indentifikati bħala l-ħwejjeġ tagħha. Allura jiena jidhirli li jekk il-ħwejjeġ insatbu hemm, ġisimha mejjet ma jistax ikun bogħod.”
“U ħallina Lestrade. Mela skond ir-raġunar brillanti tiegħek kull katavru li jinstab ikun fl-akkwati tal-kwardorobba tiegħu. B’din it-tejorija daqshekk fina x’ikkonkludejt?”
“Li hemm evidenza li timplika lil Flora Miller fl-għidbien ta’ Lady St Simon.”
“Jiddispjaċini ngħidlek li din il-linja ta’ investigazzjoni ħa tkun diffiċli biex twassal għal rizultati.”
“Iva, hekk taħseb?” għajjat Lestrade b’ton imqit. “Jiddispjaċini Holmes, li m’intix bniedem prattiku ħafna bid-deduzzjonjiet u konkluzjonjiet tiegħek. Mort żmerċ darbtejn f’zewġ minuti. Il-libsa timplika lil Miss Flora Millar.”
“U b’liema mod?”
“Fil-libsa hemm but. Fih hemm kaxxa ċkejkna fejn jinżammu l-bijetti bil-partikolarjiet personali. Fiha hemm nota. U din hija l-istess nota u tefagħha fuq il-mejda. Isma. “Tarani meta kollox ikun lest. Ejja mal-ewwel F.H.M.” Issa t-teorija tiegħi hi li mill-bidu net Flora Millar nasbet lill-Lady St Simon, u li Flora Miller bla dubju bl-għajnuna ta’ xi kompliċi, hi responsabbli li Lady St Simom ma dehritx aktar. Hawn l-inizjali tagħha fuq in-nota li indubbjament ingħatat lilha bil-moħbi, biex tiġbida taħt idejha .”
“Prosit Lestrade tajjeb ħafna,” qallu Holmes jidħak. “Ngħidlek bl-onesta’ kollha int tassew raġel sew. Halli nara n-nota.” Ha in-nota b’mod nervuż, izda malajr ikkonċentra l-attenzjoni tiegħu u esklama għajta żgħira ta’ sodisfazzjoni. “Tabilħaqq din in-nota hi importanti.”
“Eh iva? ssibha ta’ siwi?”
“Hafna wkoll. Sinċerament nifraħlek.”
Lestrade qam trijonfanti xengel rasu, “Imma!” weżaq “qed thares lejn in-nota fuq in-naħa l-ħażina.”
“Għal kuntrarju din hi n-naħa t-tajba.”
“In-naħa t-tajba, mela qed titlef minn moħħok! Ara n-nota bil-kitba tal-lapis fuqha.”
“U fuq din in-naħa jidher biċċa minn kont ta’ lukanda, li lili tinteressani ħafna.”
“M’hemm xejn fiha diġa rajtha sew,” qal Lestrade, “4 ta’ Ottubru kamra 8, kolazzjon 2s 6d, cocktail 1s, ikla ta’ nofs inhar 2s 6d u tazza sherry 8d, Ma nara xejn f’dan kollu.”
“Probabbli ħafna li ma fhimt xejn. Iżda xorta waħda din il-biċċa karta hi ta’ importanza kbira. Dwar in-nota propja dik ukoll hi ta’ siwi għaliex għandha dawk l-inizjali. Nerġa’ ngħidlek prosit                                                                                 “Insomma ħlejt wisq hin hawn,” qal Lestarde, “Nemmen f’xogħol iebes mhux noqgħod għas-sħana tal-fuklar nivvinta teoriji. Bonġu Mr Holmes. Issa naraw min ħa jsib tarf ta’ din l-affari.” Tefa l-ħwejjeġ li ġab miegħu fil-bagalja u telaq.”
“Suġġeriment żgħir Lestrade,” qallu Holmes bil-lajma, “Ha ntik is-soluzzjoni tal-każ. Lady St Simon hija fantasija, qatt ma eżistiet mara b’dan l-isem.”
Lestrade ħares b’ċertu dwejjaq lejn Holmes. Dar lejja tap tap tliet drabiet fuq ġbienu, xengel rasu u ħaffef ‘il-barra.
Kien għadu lanqas ħareġ mill-bieb li Holmes qam u libes il-coat. “Għandu raġun Lestrade dwar xogħol barra,” qalli, “Għalhekk Watson ħa jkolli nħallik fil-kumpanija tal-gazzetti għalissa.”
Sherlock Holmes telaq wara l-ħamsa. Imma ma kelliex ħin inħossni waħdi għaliex wara xi siegħa ġiet persuna li taħdem ma’ tal-ħelu b’ kaxxa mdaqqsa u ċatta. Dan ħall l-ispag ma’ ġuvnott li kien ġie miegħu u ħaġa ta’ l-iskantament, dehret ikla epikurjana (18) li dak li ġabhieli beda jpoġġi fuq il-mejda. Kien hemm żewġ galliniet, faġan, paste tal-fwied. Zewġ flixken tal-imbid antiki tant li  kellhom għanqbut. Hekk kif poġġew din il-barka t’Alla quddiemi telqu bħal ġenju (19) tal-lampa fl-Iljieli Għarbin (20) mingħajr ebda spjegazzjoni ħlief li kollox kien imħallas u ordnat għal dan l-indirizz.
Ftit qabel id-disgħa ta’ fil-għaxija daħal frisk frisk Sherlock Holmes. Kien jidher ħosbien, iżda l-ħarsa t’għajnejh ġiegħlitna naħseb li ma marx ħażin fil-konklużjonjiet tiegħu.”
“Qed nara li lestew għall-ikla ta’ fil-għaxija,” qalli jogħrok idejh.
“Qisek qed tistenna n-nies. Għax armaw għal hamsa.”
“Iva jkolli ngħid ħa jkolli xi mistiednin il-lejla,” qalli, “Qed niskanta kif Lord St. Simon għadu ma deherx. Iva, naħseb dawk il-passi telgħin it-taraġ huma tiegħu.”                                                                                                                            Tabilħaqq kien il-klijent tagħna ta’ filgħodu. Din id-darba deher eċċitat, u beda jdawwar bis-saħħa n-nuċċjali, b’espressjoni imkwetata fuq il-fattizzi aristokratiċi tiegħu.
“Mela l-messaġġier tiegħi sabek.” Qallu Holmes.
“Iva, nammetti li l-kontenut tal-messaġġ ħasadni bil-kbir. Dak li qed tallega ta’ min jorbot fuqu?”
“B’mod assolut.”
Lord St Simon intefa fuq is-siġġu u b’maktur ixxotta l-għaraq minn fuq ġbienu.”
“X’ħa jgħid id-duka,” gerger waħdu, “Meta jsir jaf li wieħed minn tal-familja ġie espost għal din l-umiljazzjoni?”
“Kien biss inċident. Ma naċċettax l-argument li din kienet xi umiljazzjoni.” Pprova jsabbru Holmes.
“Iva. Iżda inti tħares lejn l-affarijiet minn perspettiva differenti.”                            “Ma nistax nara li xi hadd għandu tort f’dan li ġara. Ma nistax nara kif il-mara setgħet tagħmel mod ieħor. Forsi il-mod mgħaġġel kif aġixxiet hu indubbjament deplorevoli. Tinsiex iżda li ma għandiex omm u ħadd li jista’ jagħtiha parir f’din il-kriżi.”
“Dan ma hu xejn ħlief insult, wieħed li sar fil-pubbliku,” qal Lord St Simon itaptap subagħjh fuq il-medja.
“Trid tikkonċedi naqra għall-fatt li s-sinjorina miskina sabet ruħha f’sitwazzjoni bla preċedent.”
“Mhu ħa nikkonċedi xejn. Ninsab irrabjat ħafna barra l-fatt li ġejt użat.”
“Naħseb smajt qanpiena,” qal Holmes. “Iva hemm il-passi fl-indana. Jekk jien ma nistax nipperswadik tieħu dak li ġara b’inqas ħruxija, Lord St. Simon, ġibt avukat li forsi jirnexxielu fejn jien fallejt,” fetaħ il-bieb u daħħal ġewwa mara u raġel. “Lord St. Simon,” qallu, “ippermettili nintroduċik ma’ Mr. u Mrs. Francis Hay Moulton. Is-sinjura naħseb li diġa ltqajt magħha,”
Hekk kif ra lil din il-koppja l-klient tagħna tar minn fuq is-siġġu u qagħad dritt qisu stanga, b’għajnejh iħarsu l-isfel u idejh mas-sidrija, stampa ta’ dinjita’ offiża. NB 06Is-sinjura resqet lejh u ħarġet idejha biex toħodlu b’idejh, iżda hu rrifjuta u baqa’ jħares l-isfel. Forsi kien tajjeb għar-ras iebsa tiegħu li baqa’ hekk għaliex ħaristha ħerqana għall-maħfra kienet iebsa biex tiċħadha.
“Irrabjat Robert,” qalet. “Ngħid is-sewwa għandek kull raġuni li tkun.”
“Nitolbok, l-ebda apoloġija għalija,” qal St Simon b’tom aspru.
“Iva, naf li miegħek ġibt ruħi ħażin ħafna, u li missni kellimtek qabel, imma kont konfuża, meta rajt lil Frank hawn, la kont naf x’qed ngħid u nagħmel. Ma nafx kif ma waqajtx b’ħas ħażin hemm quddiem l-altar.”
“Forsi Mrs Moulton, tippreferi li jien u il-ħabib tiegħi nħallu l-kamra waqt li qed tispjega l-affarijiet lil Lord St Simon.”
“Jekk nista’ nagħti l-opinjoni tiegħi,” rrimarka Mr Moulton, “Naħseb li diġa kellna wisq segretezza f’din l-affari. Ngħid għalija nixtieq li l-Ewropa u l-Amerika jkunu jafu l-fatti ta’ din il-ġrajja.” Kien raġel żgħir magħlub iżda mmuskolat, wiċċu ismar bix-xemx b’ħarsa intelliġenti u fuq tiegħu.”
“Mela ħa ngħid l-istorja tagħna,” qalet il-mara. “Frank u jien iltqajna fl-1882 , fil-kamp tal-minjieri bl-isem ta’ McQuire ħdejn il-muntanji Rockies (21) fejn missieri kien qed jaħdem fuq biċċa art. Ftit wara tgħarrasna, iżda darba minnhom missieri sab vina deheb kbira u malajr sar sinjur. Fil-waqt li l-art ta’ Frank kienet xotta mid-deheb u kellu jabbandunaha. Il-minjiera tad-deheb ta’ missieri bdiet tagħtih aktar deheb u missieri kompla stagħna filwaqt li Frank kompla jiftaqar.   .  Il-flus telgħu għal ras missieri għax ma ridx jaf li jien niżżewweġ lil Frank u biex forsi ninsih ħadni San Francisco (22) . Minnkejja dan Frank ma qatagħx qalbu u segwini hemm u kien jiltaqa’ miegħi bil-moħbi. Missieri kien jinkorla aktar li sar jaf. Jien u Frank ftehemna li hu jitlaq u jagħmel il-furtuna tiegħu u ma jiġix biex joħodni b’martu qabel ma jirenexxilu. Jien wegħdtu li nistennieh sa l-aħħar tad-dinja u tajtu kelmti li ma nieħu lil ħadd b’żewġi sakemm hu jibqa’ ħaj. “Missna naqbdu u niżżewwġu issa stess,” qalli, “B’hekk jien inkun moħħi mistrieh minnek u meta niġi lura ma noqgħodx nisħaq fuq id-dritt li niżżewwġek. Għoġbitni l-ideja u Frank fi ftit żmien rranġa kollox għaliex diġa tkun marti.”  Iżżewwigna fi Knisja żgħira u mwarrba u żewwiġna qassis zagħzugħ. Kif sirna ta’ xulxin Frank lanqas stenna għal qamar il-għasel għaliex telaq biex jistagħna u jien mort lura għand missieri.”
“Għadda xi ftit żmien meta smajt li Frank kien fl-istat tal-Montana (23), u minn hemm mar ifittex id-deheb fl-Arizona (24) imbagħad minn hekk mar  New Mexico (25). Ma smajtx aktar dwaru iżda darba ġie f’idejja artiklu ta’ gazzetta li rraporta attakk ta’ l-Indjani Apache(26) fuq kamp tal-manjieri. L-isem ta’ Frank kien fost dawn li tilfu ħajjithom. Tani ħass ħażin u domt xhur ma niflaħx. Missieri beża’  li saħħti kienet sejra lura u ħadni għand nofs it-tobba ta’ San Francisco. Għaddiet sena sħiħa u dwar Frank ma smajt xejn. Naħseb wieħed ma jlumnix meta rrassenjajt ruħi li Frank miet. Imbagħad ġie Lord St. Simon San Francisco u wara missieri u jien ġejna Londra. Kif tafu waqt iżżjara ġie rranġat iżżwieġ bejn Lord St. Simon u jien. Missieri kien ferħan se jtir iżda jien xorta ħassejt li l-ebda raġel fid-dinja ma seta jieħu l-post li kelli f’qalbi għall-povru Frank.
“Fl-istess ħin, kieku żżewwiġt lil St. Simon, inkun għamilt d-dover tiegħi lejh. Ma nistgħux nikkmandaw l-imħabba tagħna, iżda l-aġir tagħna iva. Tlajt fuq l-artal miegħu bl-intenzjoni li naqdi mill-aħjar li nista’ d-doveri tiegħi ta’ mart Lord St. Simon. Izda tistgħu taħsbu x’ħassejt meta ersaqt lejn l-altar u rajt lil Frank iħares lejja. Għall-ewwel ħsibtu xi ħares, izda meta rġajt ħarist, kien għadu hemm. B’għajnjeh kien qisu ried jistaqsini jekk ħadtx pjaċir jew le li qed narah. Ma nafx kif ma waqajtx. Naf żgur kollox beda jdur biha u l-kliem tal-qassis kienu qishom il-ħoss ta’ żunżana f’widnejja. Ma kontx naf x’se naqbad nagħmel. Inwaqqaf ic-ċerimonja u nagħmel xenata fil-knisja? Erġajt ħarist lejh u deher li kien jaf x’kien għaddej minn moħħi. Għolla subgħajh lejn xuftejh u wara rajti jikteb xi ħaġa fuq biċċa karta, kont ċerta li kienet nota għalija. Kif għaddejt minn ħdejh waqqajt il-bukkett tal-fjuri u tani nota meta rritornali l-bukkett. Kienet biss sentenza fejn talabni biex immur miegħu meta jagħmillli s-sinjal. Kont ċerta li l-ewwel dover tiegħi kien issa lejh, u kont determinata li mmur miegħu fejn ried joħodni.
“Meta mort lura d-dar għidt lil qaddejja tiegħi li kienet tafu f’California (27) u dejjem kienet ħabiba tiegħu. Ordnajtilha ma tgħid xejn lil ħadd, iżda biex tippakkjali xi affarijiet u tlestili l-coat. Naf li kelli ngħid xi ħaġa lil Lord St. Simon, imma kien wisq diffiċli b’ommu u dawk in-nies preżenti. Iddeċidejt li naħrab u nispjega wara. Lanqas kont għadni fuq il-mejda għaxar minuti meta rajt lil Frank mit-tieqa. Għamilli sinjal biex immur ħdejh u beda miexi fil-ġnien. Hriġt mill-kamra, ilbist u mort warajh. Dak il-ħin xi nisa kienu qed jgħiduli xi ħaġa dwar NB 07Lord St. Simon – jekk niftakar sew huma rreferew għal xi sigriet tiegħu – iżda qajla tajt kas xi bdew igħidu u ħaffift biex nilħaq  lil Frank. Kif iltqajna ħadna karrozzella u soqna lejn dar f’Gordon Square. Wara dak is-snin kollha nistennew kien wasal fl-aħħar il-veru tieġ tagħna. Frank kien prġunier tal-Apache, ħarab u mar San Francisco u sab li jien kont ħsibtu mejjet u mort lejn l-Ingilterra. Gie hawn warajha u fl-aħħar sabni fil-ġurnata tat-tieni tieġ tieghi.’
“Rajt l-avviż f’gazzetta,” spjega l-Amerikan. “Kien hemm l-isem tal-Knisja iżda mhux l-indirizz .”
“Imbagħad iddiskutejna x’għadna nagħmlu. Frank ried li kollox isir magħruf, iżda jien stħajt u xtaqt nisparixxi u ħadd ma jarani iżjed. Aħjar nibgħat nota lil missieri biex nuruh li għadni ħajja. Hu tal-biża’ għalija naħseb f’dawk in-nobbli kollha bil-qegħda madwar il-mejda jistennewni niġi lura.
Frank ħadli l-ħwejjeġ tat-tieġ, għamilhom sorra u ramhiehom x’imkien fejn ħadd ma jsibhom. Wisq probabbli għada konna nkunu Pariġi, iżda dan ir-raġel sew, Mr. Holmes il-lejla ġie jarana, għalkemm kif sabna ma nafx. Hu  fehemna b’mod ċar u bil-kelma t-tajba li jien kont qed niżbalja u li Frank kellu raġun u konna niżbaljaw jekk inżommu kollox mistur. Mr Holmes offrhieli l-opportunita li nkellem lil Lord St Simon privatament. Kif qed tara ġejna mal-ewwel u jiddispjaċini ħafna jekk kont ta’ uġigħ għalik. Nittama li ma tkunx kiefer fil-ġudizzju tiegħek lejja.”
Lord St Simon bl-ebda mod ma rattab il-qagħda iebsa tiegħu, iżda sema’ dan ir-rakkont kemmxejn twil bi ġbienu mkemmex u xufftejh imġebbdin.
“Skuzani,” qalilha, “Iżda mhux id-drawwa tiegħi li niddiskuti l-affarijiet personali u intimi tiegħi fil-pubbliku.”
“Mela mhux se taħfirli? Mhux se toħodli b’idejja qabel ma mmur?”
“Certament, jekk jissodisfak.” Hareġ idu b’mod kiesaħ u qabbilha idha maħruġa.”
“Kont nittama,” ssuġerixxa Holmes, “li tingħaqad magħna għal din l-ikla bejn il-ħbieb.”
“Naħseb qed titlob wisq minni,” wieġbu St. Simon. “Jista’ jkun li nkun sfurzat li NB 08naċċetta dawn il-ġrajjiet ta’ dan l-aħħar. Imma ma naħsibx li tippretendi li nkun kuntent bihom. Ikun aħjar, bil-permess tiegħek, jekk ngħidilkom il-lejl it-tajjeb.” B’inkin sellem lil kulħadd u mexa dritt u bil-mod barra mill-kamra.
“Mela nispera li tonorawni bil-kumpanija tagħkom,” qal Sherlock Holmes. “Nieħu pjaċir ħafna niltaqa’ ma’ Amerikani, Mr Moulton, għax inħoss li hemm rabta kbira bejn il-pajjiżi rispettivi tagħna u nittama li t-tfal tagħna  jkunu ċittadini ta’ pajjiż wieħed taħt żewġ il-bnadar l-Union Jack (28) u l-Istars and Strips (29).”
“Il-każ kien interessanti,” rrimarka Holmes, meta kulħadd kien telaq, “Għaliex iservi biex juri kemm spjegazzjoni tista’ tkun sempliċi meta għall-ewwel il-ġrajja tidher kważi kważi m’għandhiex spjegazzjoni. Xejn ma hu aktar naturali mis-sensiela ta’ġrajjiet li rrakontat din il-mara. U xejn inqas stramb hu ż-riżulta ta’ din l-esperjenza kif ħares lejha Lestrade.
“Mela il-ħin kollu kellek raġun.”
“Mill-bidenett, żewġ fatti dehru ovvji għalija, li s-sinjura kienet lesta bil-qalb kollha li tiżżewweġ, l-oħra li reġa’ bdielha ftit minuti wara li ġiet id-dar. Naturalement indikazzjoni li kien ġara xi ħaġa matul il-jum biex ġiegħlha tbiddel fehmtha. X’setgħet kienet ir-raġuni għal dan? Ma kellha l-ebda opportunita li titkellem ma’ xi ħadd meta kienet barra għaliex kienet ma’ l-għarus. Mela forsi rat lil xi ħadd? F’dan il-każ bil-fors kien xi ħadd mill-Amerika għax ilha zmien qasir wisq f’pajjizna li żgur ma kellha rabtiet ma ħadd li seta’ jinflwenżaha b’tali mod li kif ratu dawwret il-pjanijiet kollha. Qed tara Watson kif bil-process ta’ esklużjoni, wasalna biex nikkonkludu li hi rat Amerikan. Mela issa rridu naraw min hu dan l-Amerikan, u fuq kollox għaliex għandu inflwenza qawwija daqshekk fuqha? Jista’ jkun xi maħbub, iżda fl-istess ħin jista’ jkun żewġha. Kont konxju mill-fatt li għalkemm mara ta’ eta’ żgħira għaddiet ħafna żmien f’ambjent iebes u salvaġġ, b’xeni ta’ġlied spissi u kondizzjonjiet oħra strambi. Sa hawn wasalt mingħajr ma kelli bżonn nisma’ x’kellu jgħidli Lord St Simon. Meta qalilna dwar ir-raġel fil-bank tal-knisja, u dwar il-bidla fl-imġieba ta’ martu, u ta’ l-istrataġemma trasparenti u ovvja li tigbor n-nota tiegħu billi tagħmel ta’ birruħha li waqqgħet il-bukkett tal-fjuri. Wara rrikorrit għall-qaddejja personali tagħha u kellmitha dwar claim jumping li fil-lingwaġġ tal-minaturi tfisser tieħu art li ħadd ieħor għandu dritt fuqha. Is-sitwazzjoni ċċarat ruħha qisu ħarġet ix-xemx u ddawwal kulimkien wara jiem griżi bix-xita. Hi ħarbet ma’raġel li kif għedtlek jew kien il-maħbub tagħha jew żewġha, l-probabbilta’ kienet aktar ix-xaqleb lejn l-ipotesi ta’ l-aħħar.”
“Kollox sew. Iżda kif sibtom?” Staqsejtu.
“Setgħet kienet biċċa xogħol iebsa li ma kienx il-ħabib tagħna Lestrade li kellu dik l-informazzjoni prezzjuża u lanqas kien jaf biha. L-inizjali kienu tabilħaqq importanti ħafna, iżda l-aktar biċċa informazzjoni kritika kienet li sirt naf li fi żmien ġimgħa ħallas il-kont f’waħda mill-aktar lukandi lussużi ta’ Londra.”
“Kif indunajt li kienet lukanda lussuża?”
“Bil-prezzijiet lussużi. Tmien xellini għal sodda u tmien soldi għal naqra sherry. Taqbel miegħi li dawn huma prezzijiet mhux għall-but ta’ kulħadd. Id-diffikulta kienet li hawn bosta lukandi f’Londra li għandhom dawn ir-rati ta’ prezzijiet. Kelli nibda nfittex, iżda kont xortiha tajba għaliex fit-tieni wieħda li mort nistaqsi ġewwa Nothamberland Avenue, sirt naf wara li rajt ir-reġistru tal-klijenti li ċertu Francis H. Moulton, Amerikan, kien ħalla l-lukanda l-ġurnata ta’ qabel. Komplejt ikkofermajt li kien hu meta qabbilt l-oġġetti li kien hemm fuq il-kont mar-reġistru tal-kontijiet tal-lukanda. Minn hemm sirt naf li hu ħalla l-indirizz ta’ 226, Gordon Square biex kull korrispondenza għalih li tasal il-lukanda jibaghtuhielu hemm. Mort bilġri hemm u kont xortija tajba li sibt il-koppja maħbubin hemm. Ippruvajt nagħtihom xi pariri ta’ missier, u nisħaqq magħhom li kien ikun aħjar għalihom li jagħmlu l-qagħda tagħhom pubblika u jiċċaraw kollox ma’ Lord St. Simon. Stidinthom hawn biex jiltaqgħu miegħu. Kif rajt l-appuntament żammejtu.”
“Sfortunatament ma tantx ħalla r-riżultati mixtieqa”, rrimarkajtu. “L-imġieba tiegħu ċertament ma kienet ġentili xejn.”
“Hekk hu, Watson,” qalli Holmes jitbissem, “Iżda, ngħiduha kif inhi. Forsi anki inti ma tantx tkun ġentili, jekk wara it-taħbit kollu tinnamra ma’ mara u tiżżewwiġha, u f’leħħa ta’ berqa issib ruħek imċaħħad mill-mara li tħobb u minn fortuna. Naħseb nagħmlu sew jekk niġġudikaw lil Lord St Simon b’mogħdrija. Ejja fuq kollox nirrigrazzjaw l-istilel tagħna li qatt ma sibna ruħna f’dik il-pozizzjoni u nisperaw li qatt ma nsibuna. Issa ġib siġġu, u newwilli l-vjolin, għaliex l-unika problema li baqagħlna nsolvu hi kif ħa ngħaddu dawn l-għaxijiet tal-ħarifa mċajpra u ta’ dwejjaq.

_________________________________________________________

Noti ta’ l-aħħar

1 Mongramma: L-inizjali ta’ xi ħadd li jkunu rakkmati fuq xi but tal-ġlekk jew xi ħaġa oħra eżempju maktur. Mongramma tista’ tkun stampata fuq karti ta’ l-ittri eċċ eċċ. Mela l-mongramma ta’ Mario Tonna hija MT. Mongramma tista’ tkun ukoll l-inizjali ta’ xi isem ta’ istituzzjoni. Ngħidu aħna f’Malta l-uniformijiet ta’ l-iskejjel jgibu monogramma tal-isem tal-iskola.
2 Scotland Yard: Il-Kwartieri Generali tal-pulizija metropolitana li għandha taħt il-ġurizdizzjoni tagħha  il-belt ta’ Londron. Illun tissejjaħ New Scotland Yard. L-isem ġej mill-ewwel post fejn twaqqfet Scotland Yard li kien 4 Whitehall Place. Dan il-post kont tista tidħol fih minn triq fuq wara bl-isem appuntu ta’ Great Scotland Yard. Mażżmien din l-entratura saret pubblika. Scotland Yard baqgħet hemm sa l-1890 iżda l-isem baqa’ l-istess.
3 Caltrops: Armamenti  żgħar magħmulin minn erba’ ħadidiet bil-ponot ta’ l-istess daqs. Dawn huma mwaħħlin ma’ xulxin biex meta jitwabbdu mal-art ikollok tlieta jagħmlu trepid biex iżommu r-raba’ ppuntata ‘il-fuq. Dawn jintużaw biex iferu żżwiemel u jtaqqbu jew iċartu it-tyres. Aktar effettivi meta jinxterdu fi kwantita  kbira fit-triq. Issa il-forma tagħhom kienet xi kultant tagħmel parti mill-arma ta’ xi familja nobbli.
4 Plantagenets: Familja rjali jew dinastija tal-punent ta’ l-Ewropa li damet minn  zmien il-Medju Evu sal-aħħar tal-Medju Evu. Geoffroy V de Plantagenê waqqaf din id-disastija meta żżewweġ lit-tifla ta’ Enriku I ta’ l-Ingilterra. Meta fl-1154 binhom Enriku III sar re l-Ingilterra kellha 14-il re min din id-dinastija. L-aħħar wieħed kien Rikkardu III. Enriku III iżżewweġ lil Eleonor of Aquitane u akkwista territorji kbar fl-Ewropa li kienu jestendu mill-muntanji Pirinej sa l-Irlanda u sal-fruntiera tal-iSkozzja. L-izjed re famuż tad-dinastija platagenget kien bla dubju Rikkardu I magħruf bħala Qalb tal-Ljun jew Richard the Lionheart. Hu kien it-tieni tifel mill-ħamsa li kelli Enriku II. Kellu taħt idejh bosta territorji izda jibqa mfakkar l-aktar għall-qlubija li wera waqt il-kruċjati. Il-battalji li kelli  mas-Sultan tal-Misilmin Saladin huma leġġendarji. Għal dawk dilettanti tal-football speċjalment tat-team nazzjonali Ingliż l-arma tat-tliet Iljunu li jġib it-team nazzjonali Ingliz hija l-arma tad-dinastija Plantagenet.
5 Tudor: Dinastija oħra Ingliża. Fil-fatt din oriġinat minn Wales. Damu jaħkmu l-Ingilterra u l-Irlanda mill-1485 sa l-1603. L-ewwel re ta’ din id-dinastija kien Enriku VII. Biex ħa tron u s-setgha  kellu jiġġieled u jegħleb lid-dinastija ta’ Lancaster fl-hekk imsejjħa gwerra tal-ward. Din id-dinastija tibqa’ tissemma għal Enriku VIII dak li żżewweġ sitt darbiet. Biex għamel dan hu inqata’ minn mal-knisja Kattolika u fforma l-knisja Anglikana u   flimkien ma’ Martinu Luteru nieda hekk l-imsejħa riforma reliġjuża li wittiet it-triq għall-protestanteżmu.
6 getti: Bl-Ingliż gaiters. Dawn jitlibsu fin-naħa ta’ ifsel tal-qalziet u jgħattu żżarbun. Jintlibes biex il-qalziet ma jithammiġ. Dawn ikunu magħmulin minn materjal li jirreżisti l-ilma bħal ġilda, u komoxxa. Illum huma magħmulim minn materjal sintetiku bħal polyester.
7 Staġun: Hawn qed jirreferi għall-istaġun soċali fejn is-sinjuri u nies tas-soċjeta għolja, illum ngħidulhom elit, jorganizzaw balljiet tad-debuttanti   biex jintroduċu għall-ewwel darba xebbiet li laħqu l-eta’ fis-soċjeta’. Barra dan kienu jorganizzaw pranzi kbar u attivitajiet għall-karita. Kienu jsiru wkoll wirjiet ta’ l-arti, tiġrijiet tażżwiemel u wirjiet ta’ fjuri. Kull minn seta’ kien jagħmel mill-aħjar li fi żmien l-istaġun ikun fil-belt. L-istaġun f’Londra beda fis-seklu 17 u laħaq l-aqwa tiegħu fis-seklu 19. Dan kien jibda fi żmien il-Milied u jibqa’ sejjer sa nofs Gunju.
8 Jumping the claim: Propjament claim ifisser dokument legali li jiċċertifika li biċċa art hija ta’ dak li jkun. Fi żmien meta nstab id-deheb f’Kalifornija u l-Klondike fl-Alaska u anki postijiet oħra eluf kienu marru jfittxu d-deheb. L-art ma kienet ta’ ħadd allura meta xi ħadd isib id-deheb jew jaħseb li sab id-deheb kien imur f’uffċju apposta u jitlob id-dritt li l-art issir propjeta tiegħi. Issa jumping the claim tfisser xi ħadd jisraq id-dritt ta’ ħadd ieħor fuq il-propjeta  ta’ art.
9 Slang: Kliem u frażijiet li ma jkunux parti mill-lingwa formali u rikonoxxuta tal-pajjiż. Is-slang jintuża ħafna minn nies komuni jew gruppi partikolari ta’ nies. Eżempju: minflok tgħid irrabjajt tgħid qabżitli ċ-ċinga. Dan l-aħħar iżżgħażagħ minflok ħriġt ma tfajla jgħidu għabbejt waħda.
10 Hyde Park: Wieħed mill-akbar ġonna rjali ta’ Londra. Matul l-istorja l-akbar manifestazzjonijiet ġewwa Londra saru f’Hyde park. Dan il-ġnien hu maqsum fi tnejn bejn is-Serpentine u the Long Water. Biswit Hyde Park hemm il-ġnien ta’ Kensington. Karatteristika partikolari għal Hyde Park hija l-ispeakers’ corner post   fejn min irid jitla’ fuq kaxxa u jagħmel diskors pubbliku fuq liema suġġett irid.
11 Trota fil-ħalib: Prova konkreta li ma tħalli l-ebda dubju.
12 Thoreau: Henry David Thoreau (1817 – 1862) Amerikan poeta, awtur, filosofu, naturalista u storiku li kien kontra l-iskjavitu u kontra t-taxxi.  Forsi l-aktar li baqa’ magħruf kien għall-essay Resistance to Civil Government fejn jargumenta favur il-konċett ta’ diżubbidjenza ċivili
13 Gwerra Franco Prussjana: Hawn qed jirreferi għall-gwerra bejn Franza ta’ Louis Napolean u l-konfederazzjoni Germaniża ta’ l-istati tat-tramuntana magħqudin ma’ l-istat Germaniż tal-Prussja taħt it-tmexxija ta’ Otto Von Bismark. Il-gwerra bdiet f’Lulju 1870 u spiċċat f’Mejju 1871 bir-rebħa Prussjana fil-battalja ta’ Sedan u l-assedju tal-fortizza ta’ Metz.
14 Double breasted: Glekk jew coat li minnflok ikollu ringila buttuni fuq quddiem ikollu  tnejn. Waħda minnhom tkun għad-dehra  biss mhux biex taqfel.
15 Nawtika: Xi ħaġa li għandha x’taqsam mat-tbaħħir, baħħara, bastimenti u navigazzjoni.
16 Serpentine: Għadira artifiċjali gewwa Hyde park għar-rikrejazzjoni tan-nies. Giet magħmula fl-1730 fi żmien il-reġina Carolina.
17 Trafalgar: Waħda mill-ikbar pjazzez ġewwa Londra mibnijja fejn   l-istazzjon tal-ferrovija ta’ Charing Cross. Il-pjazza imbniet biex tfakkar il-battalja naval storika ta’ Ottubru 1805 meta l-Ammiral Horatio Nelson mexxa l-flotta Ingliża f’battalja mal-flotta Franciża u dik Spanjola taħt Napuljun ġewwa Cape Trafalgar fil-punent ta’ Spanja u ħareġ rebbieħ għalkemm tilef ħajtu. B’din ir-reħha l-Ingliżi serrħu rashom minn xi invażjoni Franciza. Fin-nofs tal-pjazza hemm colonna twila li fuqha hemm statwa ta’ Nelson meqjus l-ikbar eroj ta’ l-Ingilterra.
18 Epikurjana: Il-filosofija ta’ Epikuru  hija filosofija materjalista. Hu kien kontra s-superstizzjonu u reliġjon. L-għan ċentrali tal-filosofija ta’ Epikuru kien il-pjaċir. Dan jista’ jinkiseb jekk il-bniedem igħix ħajja sempliċi, ikun jaf id-dinja u jagħraf x’inhuma l-limiti tiegħu. Iżda illum il-filosofija Epikurjana hija assoċjata biss ma’ bagħrid, xalar u materjaliżmu.
19 Genju: Kif riferut fl-istorja ġenju hu ħolqien mitoloġiku li joħroġ minn x’ imkien eżempju lampa u jaqtagħlek  xewqtek.
20 Iljieli Gharbin: Ktbieb famuż ta’ħrejjef ambjentati fil-kultura għarbija. Fost l-aktar ħrejjef famużi hemm il-Lampa ta’ Aladin li minnha joħroġ il-genju u Ali Baba u l-Erbgħin Halliel.
21 Rockies: Waħda mill-ikbar qtajjen ta’ muntanji fil-punent ta’ l-Istati Uniti. tkopru distanza ta’ 4,830Km. Tibda mit-tramuntana fi British Colombia fil-punent tal-Canada, u tinżel lejn l-istat ta’ New Mexico fil-lbiċ ta’ l-Amerika. Dawn il-muntanji ġew iffurmati bejn 88miljun u 55miljun ilu. Illum huma protetti mill-gvern u huma wieħed minn numru kbir ta’ parks nazzjonali fl-Amerika.
22 San Francisco: Waħda mill-ikbar  bliet fl-Amerika  fl-stat ta’ Kalifornia. Hija ċentru importanti kulturali u finanzjarju. Giet fundata fl-1776 meta kolonjalisti Spanjoli bnew forti u missjoni li semmew għal San Franġisk ta’ Assisi. Din il-belt hi mibnija fuq art sismika jiġifieri suġġetta għal terrimoti. Fil-fatt fl-1906 għamel terrimot kbir li kisser 80% tal-belt u ħalla 3000 ruħ mejta.
23 Montana: Stat fil-punent tal-Amerika li aħna nassoċjaw mal-cowboys. Hu r-raba l-akbar stat. L-ekonmiija tal-Montana hija bbażatha fuq il-biedja l-aktar tkabbir ta’ċerejali.
24 Arizona: Stat ieħor tal-cowboys fil-lbiċ ta’ l-Amerika. Il-belt kapitali u l-ikbar belt ta’ dan l-istat jisimha Phoenix. Parti mhux ħażin ta’ dan l-istat hi dezert u foresti tal-Pini.
25 New Mexico: Stat li jinsab fil-lbiċ ta’ l-Amerika. Magħruf għall-muntanji. Gewwa dan l-istat hemm l-akbar numru ta’ emigranti mis-south Amerika imsejħa Hispanics. Għandu wkoll it-tieni l-akbar numru ta’ Indjani jgħixu hemm.
26 Apache: L-isem kollettiv ta’ numru ta’ tribujiet ta’ Indjani ħomor ta’ l-Amerka. Dawn jiffurmaw ir-razza propja Amerikana. Għalkemm ta’ l-istess grupp l-Apache għandhom ħafna gruppi ta’ kulturi differenti. Eżempju n-Navajo, Chiricahua, Mescalero, Jicarilla, u Lipan. L-Apache kienu jgħixu l-iktar fl-Arizona, New Mexica, Colorado, Oklamhoma u texas. Hemm numru kbir ta’ tribijiet ta’ Indjani ħomor fosthom Absentee-Shawnee tal-istat ta’ Oklahoma, Shosone fl-istat tal—Wyoming u l-Arapaho fil-lvant ta’ dan l-istat, u s-Sioux fil-Montana, ic-Cherokee u Cheeyenne ta’ Oklahoma. Dawn it-tribujiet li kienu jgħoddu mijiet ta’ eluf ġew meqruda mill-bojod biex ħadulhom t-territorji tagħhom li kien għonja bil-materja prima. Illum l-Indjani ħomor jgħixu f’riżervi li huma ftit aħjar minn kampijiet tar-refuġjati.
27 California: L-aktar stat li għandu nies fl-Amerika jinsab fuq il-kosta tal-punent. F’dan l-istat jinsabu l-ibliet kbar ta’ San Fancisco, Los Angeles u Oakland. Il-Belt kapital hija Sacrameto. Dan hu wieħed mill-isbaħ stati speċjalment fejn tidħol il-klima pero’ qiegħed fuq art li hi suġġetta ħafna għat-terrimonti. Fil-fatt parti kbira tal-art Kalifornjana tinsab fuq xaqq bejn żewġ mhedded kbar ta’ art, magħruf bħala   San Andrea’s Fault. Barra l-fatt li Kaliforna kellha esperjenzi ta’ terrimonti, esperti huma tal-fehem li dan ix-xaqq xi darba se jikkawza terrimot li   jeqred lil dan l-istat. In-nies ta’ Kalifornia jsejjħu dan it-terrimott li għad irid jiġi, bħala ‘The Big One’.
28 Union Jack: Din hija l-bandiera tar-Renju Unit li tinkludi l-kuluri ta’ l-Ingilterra, l-Iskozja, l-Irlanda ta’. Il-bandiera għandha s-slaleb ta’ San Gorg Ingilterra, Sant Andrija Skozja, u San Patrizju Irlanda ta’ fuq. Hija wkoll il-bandiera semi uffiċjali tal-Commonwealth
29 Stars and Stripes: Il-bandiera ta’ l-Istati uniti ta’ l-Amerika. Magħmulha min 13-il strixxa ħamra u bajda u rettanglu blu li fih ħamsin stilla bajda. Kull stilla tirrapreżenta wieħed mill-ħamsin stat li jiffurmaw l-istati Uniti. It-tlettax-il stixxa jirrapreżentaw it-tlettax il-stat li fl-4 ta’ Lulju 1774 iddikjaraw ruħhom indipendenti mill-Ingilterra. Il-bandiera Amerikana hi msejħulha wkoll “Old Glory”

_________________________________________________________

8 – L-istrixxa ttikkajta

Waqt li qed nati daqqa’ t’għajn lil xi sebigħn każ ta’ dawn l-aħħar tmien snin biex isir aktar midħla tal-metodi tal-ħabib  tiegħi Sherlock Holmes, qed nsib li bosta huma ta’ niket jew li jkexkxu, xi ftit li huma umoristiċi, u l-biċċa l-kbira, jekk tħalli barra l-fatt li huma strambi, ma fihom xejn speċjali. Fl-istess  ħin l-ebda wieħed minnhom ma hu komuni. Holmes kien iħobb ix-xoghol tiegħu u kien jirreferi għalih bħala arti; ma kienx moħħu fil-qliegħ tal-flus, fil-fatt kemm il-darba ċaħad jieħu każi għaliex kienu nieqes minn elementi strambi jew fantastiċi. Iżda mill-każistika varja kollha ma niftakarx każ ieħor li kellu tant xejriet uniċi daqs dak tal-familja Roylott minn Surrey magħrufa sew fl-inħawi ta’ Stoke Moran. Il-ġrajjiet li qed nifferferi għalihom seħħew fl-ewwel żminijiet li sirt naf lil Sherlock Holmes u konna qed naqsmu l-appartament ta’ Baker Street. Jista’ jkun li għamilt nota tagħhom qabel, iżda dak iż-żmien għamilt wegħda li nżomm dan il-każ mistur. Dan l-aħħar inħallejt minn din il-wegħda bil-mewt tas-sinjura li kont tajt kelmti li m’xandar xejn dwar x’seħħ fi Stoke Moran. Ngiħd is-sewwa inħoss li hu tajjeb li din il-ġrajja ssir magħrufa għaliex qed jinxterdu għajdut dwar il-mewt ta’Dr Grimesby Roylott li forsi jagħtu xejra lill-inċident aktar terribbli milli tabilħaqq kien.
Kien il-bidu ta’ April tas-sena 1883, jum minnhom stenbaħt u nara lil Sherlock Holmes bil-wieqfa liebes pulit ħdejn is-sodda tiegħi. Jien imdorri nqum tard, u peress illi l-arloġġ fuq il-kommodina kien qed juri li kienu għadhom is-sebgħa u kwart, peċpiċt għanejja lejh daqsxejn imħawwad u mqarras, għaliex id-drawwiet tiegħi kienu regolari ħafna u ma kontx nieħu gost min igerfixhomli.
“Aħfirli li qajjimtek, Watson,” qalli, “Iżda llum imiss lil kulħadd iqum kmieni. Mrs Hudson qamet, hi qajmet lili issa jien qed inqajjem lilek.”
“Mela x’ġara? Qed jaqbad l-appartament?”
“Le, fil-fatt hawn klijent jew aħjar klijenta. Milli jidher xi tfajla inkwetata ħafna, li qed tinsisti li tarani. Qed tistenna fis-salott. Issa, meta tfajliet jiġġerrew mal-metropoli f’dan il-ħin bikri ta’ l-għodwa, u jqajjmu nies bħalna mis-sodda, jkolli ngħid li għandhom xi ħaġa x’itarfulna  b’ċerta urġenza. Issa jekk jinzerta każ interessanti, ċert li int tkun trid taf dwaru mill-bidu. Mela ħsibt li ngiħdlek bih”
“Sieħbi l-għażiż. Ghandek raġun biex tbiegħ.”
Kelli ħajra kbira insir midħla ta’ Holmes u l-investigazzjonjiet tiegħu. Kont nammira dik il-ħeffa li biha kien jasal biex itemm każ u l-intuwizzonijiiet f’waqthom tiegħu, dejjem mibnija fuq il-loġika, li biha kien iħoll il-kobbob tal-problemi li kienu jiġbulu. Malajr malajr ilbist, u fi ftit minuti kont lest biex immur ma’ sieħbi fis-salott. Tistenniena kien hemm sinjura libsa kollha l-iswed wi ċċha mgħotti b’velu oħxon iswed. Kif ratna qamet minn ħdejn it-tieqa fejn kienet bil-qegħda.
SB 01“Bonġu, madame,” qalilha Holmes b’mod ferrieħi. “Jisimni Sherlock Holmes. Dan hu l-ħabib intimu tiegħi u kollega Dr Watson. Quddiemu tista’ tgħid li trid qisek qiegħda miegħi biss. Tajjeb, Mr Hudson kellha s-sens komun li tqabbad in-nar. Jekk jogħġbok ersaq lejh ħa nġiblek kikkra kafe’ taħraq, għax qed tittriegħed.”
“Mhux bil-bard qed nitriegħed,” qalet il-mara żagħżugħa b’vuċi baxxa, fil-waqt li marret tpoġġi biswit in-nar.
“Mela biex?”

“Hija l-biża’ u t-twerwir li qed inħoss Mr Holmes.” X’ħin bdiet titkellem għolliet il-velu u malajr stajna naraw li kienet maħkuma minn inkwiet kbir li jġiblek ħniena. Id-dieqa li kellha dehret fuq wċċiha li kellu lewn griż, għajnejha ma waqqfux sekonda ħjarsu ‘l hemm u ‘l hawn bħal ta’ xi annimali li qed iħoss il-kaċċatur qrib. Id-dehra u s-sura tagħha kienu dawk ta’ mara ta’ xi tletin sena, iżda xagħrha kien diġa griż u l-espressjoni tagħha kienet waħda kiebja, ta’ xi ħadd qed ibagħti minn għawġ kbir. Sherlock Holmes ħares ħarsa fuq fuq lejha iżda deher li fehem il-qagħda mwegħra ta’ dik il-mara.
“Tibżagħx,” qalilha b’mod kalm, hekk kif  ħadilha jdejha f’idejh u beda jmellishielha. “M’għandix dubju li m’ndumux ma nirranġaw l-affarijiet. Qed nara li dal-għoduġejt bil-ferrovija.”
“Mela tafni?”
“Le, iżda  lmaħt nofs il-biljett ta’ ritorn fil-pala tal-ingwanta tax-xellug. Naħseb  li ħsibt kmieni iżda fl-istess ħin kellek rikba tajba fuq s-serkin fit-toroq iebsa tal-kampanja sakemm wasalt l-istazzjoni.”
Is-sinjorina inħasdet, u ħarset lejn sieħbi naqra skantata.
“M’hemm xejn ta’ l-għaġeb madame,” qalilha Holmes bi tbissima. “Il-komma tax-xellug tal-ġakketta tiegħek hija mċappsa bit-tajn f’mhux inqas minn seba’ naħat. It-tebgħat tat-tajn huma friski. Ma hemm l-ebda dubju li kont riekba fuq serkin. Dan  jitfa’ t-tajn hekk, meta tpoġġi fuq in-naħa tax-xellug tal-kuċċier.”
“Huma x’inhuma l-osservazzjonijiet tiegħek, għandek għalkollox raġun,” qaltlu. “Hriġt mid-dar qabel is-sitta ta’ dalgħodu, f’għoxrin minuta wasalt Letterhead u ġejt minn Waterloo mal-ewwel train għall- Londra. Mr Holmes ma niflaħx nissoporti iżjed dan l-inkwiet, ħa niġġennen jekk nibqa’ sejra hekk. M’għandi lil ħadd lejn minn indur għall-għajnuna, ħadd ħlief wieħed, li jieħu  ħsiebi ħafna, iżda miskin ma tantx jista’ jkun ta’ għajnuna. Smajt bik Mr. Holmes, mingħand Mrs. Farintosh, li kont għent f’ħin li tant kellha bżonn. Hi tagtħni l-indirizz tiegħek u ħeġġitni nkellmek. Oh, Mr Holmes taħseb li tista’ tgħin lili wkoll? Tista’, jekk xejn titfa’ ftit dawl f’dan il-dlam ċappa li qed igezwirni? Għal issa m’għandix il-mezzi biex nikkunpensak, iżda xi xahrejn oħra ħa niżżewweg, u nieħu l-kontrol ta’ flusi. Dak inhar għall-inqas żgur li nkun nista’ nafulek.”
Holmes mar fuq l-iskrivanija tiegħu, minn kexxun ħareġ ktiebżgħir tan-notamenti u beda jqalleb il-paġni.
“Farintosh,” qal. “Ah iva, niftakru l-każ, kellu x’jaqsam ma tjara tal-opal. Naħseb kien qabel sirt nafek Watson.Insomma, dak li nista’ ngħidlek madame, hu li jkun gost u pjaċir tiegħi li nieħu l-każ tiegħek daqs kemm   ħadt tal-ħabiba tiegek. Dwar li turini l-ħajr tiegħek finanzjarjament, il-professjoni tiegħi hi ħlas biżżejjed għalija; iżda, dejjem jekk trid, tista’ troddli lura x’infiq li nkun għamilt. Dejjem meta tkun tista’. U issa nitolbok tgħarrafli dak kollu li jista’ jgħina niffurmaw opinjoni dwar x’qegħed jinkwetak.”
“Jaħasra!” rrispondit il-mistiedna tagħna. “L-orrur stess tal-qagħda tiegħi hu li l-biża’ tiegħi tant hija vaga, u l-ħsibijiet ħżiena tiegħi huma mibnija għal kollox fuq affarijiet żgħar, li għal ħadd ieħor jistgħu jidhru bla sens. Għandu mnejn anki int stess li ħafna jfittxu għajnuna bħal ma qed nagħmel jien, iva anki inti meta tisma’ x’għandi ngħid taħseb li dawn huma kollha ħlieq tal-moħħ ta’ mara mbeżża’. Iżda smajt Mr Holmes li għandek ħila tara fil-fond lejn il-bosta bixriet ħżiena fil-qalb tal-bnedmin. Forsi int tista’ tagħtini parir kif għandi nimxi qalb il-perikli qed ikkidduni.”
“Qed nisma’ kollox b’attenzjoni.”
“Jisimi Helen Stoner, u ngħix ma’ missieri tar-rispett, li hu l-aħħar wieħed minn waħda mill-eqdem familji Sassoni (1) ta’ l-Ingilterra, ir-Roylotts ta’ Stoke Moran fit-tarf tal-puntent ta’ Surrey.”
Holmes xenqel rasu. “L-isem mhux ġdid għalija.” Qalilha.                         “Fl-imgħoddi kienet waħda mill-aktar familji għonja tal-pajji ż b’artijiet li jinfirxu sat-trufijiet ta’ Berkshire (2)fit-tramuntana u Hampshire (3) fil-punent. I żda erba’ werrieta wara xulxin xejn ma kienu bil-għaqal u  l-familja  giet rovinata minn werriet li kien lagħab  li żarma l-patrimonju tal-familja sal-aħħar sold li kellha. Dan kien fi żmien ir-Reġġenza(4). Xejn ma kien fadal ħlief ftit għelieqi, u dar ta’ mitejn sena mgħbija b’ipoteka kbira.”
“L-aħħar squire (5) kaxkar l-eżistenza tiegħu f’dik id-dar jgħix il-ħajja orribbli ta’ aristokratiku mejjet bil-ġuħ. L-uniku iben tiegħu li jiġi missieri tar-rispett, li kien jaf sew x’kien hemm lest għalih fil-ġejjieni, issellef xi flus mingħand qarib, b’dawn il-flus studja u ggradwa fil-mediċina. Kif sar tabib telaq lejn Kalkutta, fejn bil-professjonalita’ tiegħu u s-saħħa tal-karattru waqqaf prattika kbira. Iżda f’dagħdija ta’ rabja, minnħabba xi serq li kien sar mid-dar tiegħu, ta xebgħa lill-butler (6) u qatlu. Bil-kemm ħeles mill-piena tal-mewt iżda kellu jgħaddi zmien twil il-ħabs. Kif ħareġ ġie lura l-Ingilterra bniedem, mdejjaq u diżilluż mill-ħajja, ta’ manjieri goffi, żorri u vjolenti.
Meta Dr Roylott kien l-Indja żżewweġ lil ommi, Mrs Stoner, l-armla żagħżugħa tal-General-Maġġur Stoner, ta’ l-Artillerija tal-Bengala (7). Oħti Gulja u jien konna tewmin u kellna biss sentejn meta ommi reġgħet iżżewwġet. Kellha Kapital mhux ħażin taħt rasha, xejn inqas minn elf Lira (60,000 Euros) fis-sena. Ommi ħalliet dan il-patrimonju lil Dr Roylott bl-ftehim li jekk aħna niżżewwġu kull sena jgħaddi lili u lil oħti somma flus. Ftit wara li ġejna lura l-Ingilterra ommi mietet. Mietet tmien snin ilu f’inċident tal-ferrovija ħdejn Crewe. Minn dak in-nhar Dr Roylott ma baqagħx jipprova jibni prattika f’Londra, u ħadna ngħixu fid-dar tal-familja ġewwa Stoke Moran. Il-flus li ħalliet ommi kienu biżżejjed għalina lkoll, u kollox kien juri li ma kien hemm xejn x’ifixkilna ngħixu ħajja ħienja.”
“Imma f’dak il-perjodu missieri tar-rispett imbidel b’mod tal-biża’. Minflok għamel il- ħbieb u sar midħla tal-ġirien, li kienu kuntenti ħafna li jaraw wieħed mill-familja Roylott fi Stoke Moran, ingħalaq ġewwa u rari kien joħroġ ħlief biex jaqla’ xi argumenti feroci ma’ kull min kien jikkuntrarjah. Il-vjolenza manjakali hi ereditarja fl-irġiel tal-familja, u fil-każ ta’ missieri tar-rispett ikolli ngħid li kienet aktar akuta sforz iż-żmien twil li għadda fit-tropiċi. Seħħew sensiela ta’ ġlidiet b’ħafna għajjat u frattarija, li tnejn minnhom spiċċaw ‘l-qorti. Insomma f’qasir żmien sar it-terrur tar-raħal u n-nies kif jarawh ġej kienu jwarrbu, għax hu raġel ta’ saħħa kbira, u korla li ma tittrażanx.
“Il-ġimgħa l-oħra waddab ‘il-ħaddid ta’ l-inħawi minn fuq pont għax-xmara. KelSB 02li nara kif insib il-flus biex l-inċident ma jiġix mperreċ fil- pubbliku. M’għandux ħbieb  ħlief iz-zingari u jħalli li dawn jgħammru fuq in-naqra l-art ta’ l-għollieq tagħna mingħajr ma jitlobohom xejn ta’ l-ospitalita’.   Bosta drabi meta dawn jitilqu jmur magħhom u jdumġimgħat ma narawh. Iħobb irabbi annimali ezotici li jibgaħthomlu korrispondent u bħalissa qed iżomm ċita u babun li jiġġerrew mingħajr xkiel ta’ xejn fl-għelieqi tagħna. In-nies tar-raħal jibżgħu minn dawn l-annimali daqs kemm jibżgħu minnu.”
“Tista’ tobsor minn dak li qed ngħidlek li oħti  u jien xejn ma konna għal qalbna ngħixu hekk.”
“Allura oħtok hija mejta?”
“Hallietna sentejn ilu, u huwa dwar mewtha li nixtieq inkellmek. Tifhem li l-ħajja li għandni kif fissirtlek ftit li xejn kellna ħin li niltaqgħu ma’ nies ta’ l-eta’ u l-grad soċjali tagħna. Iżda hemm zija, oħt il-mama’, Miss Honoria Westphail li tgħix qrib Harrow, u xi drabi jħallina nagħmlu żjarat qosra għandha.  Gulia marret fil-Milied ta’ sentejn ilu u iltaqgħet ma’ Maġġur tal-Marines b’nofs paga u tgħarrsitu. Missieri tar-rispett sar jaf b’din l-għerusija mingħand oħti stess, u ma   qala ebda oġġezzjoni għaż-żwieġ ta’ oħti, iżda ħmistax-il ġurnata qabel jum it-tieġ, seħħ inċident terribli li ċaħħadni minn l-unika ħabiba li kelli.”
Sherlock Holmes kien mitfugħ lura fuq il-pultruna b’għajnejh magħluqa u rasu fuq imħadda żgħira. Kif spiċċat bexxaq naqra għajnejh, u ħares lejha.
“Jekk jogħġok kun preċiza fid-dettalji.”                                                                        “Mhux diffiċli għalija nagħmel dan, għaliex kull ma ġara f’dik is-siegħa kerha għadu mnaqqax f’moħħi. Id-dar tal-familja kif għedtlek, hija antika ħafna u ngħixu biss fil-parti tax-xellug. Il-kmamar tas-sodda huma fis-sular t’isfel, u l-kmarar l-oħra jinsabu fil-blokka tan-nofs tad-dar. Dawn il-kmamar tas-sodda qegħdin hekk, l-ewwel waħda ta’ Dr Roylott, t-tieni t’oħti u t-tielet tiegħi. Dawn kollha jinfetħu f’kurridur komuni iżda bejtihom ma jinfdux. Qed inkun ċara s’issa?”
“Hafna,”
“It-tliet twieqi li jagħtu f’bitħa tal-ħaxix fil-ġnien kienu miftuħa. Dak l-aħħar lejl ta’ oħti f’din id-dinja, Dr Roylott irtira kmieni f’kamartu, għalkemm konna nafu li ma marx jorqod, għaliex oħti idejjqet bir-riħa qawwija ta’ sigarri Ndjani. Tant hu hekk li ħalliet kamritha u ġiet f’tiegħi, fejn qgħadna għal xi ħin impaċpċu fuq it-tieġ li issa kien wasal. Għal x’il-ħdax qamet biex tmur iżda waqqfet fil-bieb u ħarset lura lejja.”
“għidli Helen,” qatt smajt lil xi ħadd isaffar fl-għeqqel tal-lejl?”
“Qatt,” weġibtha.
“Naħseb li għandu mnejn xi ħadd qed isaffar biex biex tmur għajnu bih.”
“Da żgur, iżda għaliex qed tgħidli dan?”
“Għaliex dawn l-aħħar ftit iljieli għal x’t-tlieta ta’ fil-għodu qed nisma’ tisfira baxxa iżda ċara. Nagħsi hu ħafif u dan il-ħoss kull darba qed iqajjimni . L-anqas naf minn fejn ġej – forsi mill-kamra biswit tiegħi forsi mil-bitħa fil-ġnien. Staqsejtek għax jista’ jkun li int smajtha wkoll.”
“Le ma smajthiex. Mhux dawk l-imnijel ta’ zingari fl-għelieqi hux?”
“Jista’ jkun. Iżda fl-istess ħin jekk il-ħoss jiġi minn-naħa tal-bitħa. Kif jista’ jkun ma tisimgħux?”
“Tinsiex, jien norqod fil-fond iżjed minnek.”
“Insomma hu x’inhu mhux daqshekk importanti,” tbissmitli u telqet lejn kamritha. Wara ftit ħin smajtha tagħlaq il-bieb biċ-ċavetta ssakkar it-twieqi.”
“Tassew?” qalilha Holmes. “Għaliex tagħlqu l-bieb biċ-ċavetta u ssakkar it-twieqi?”
“Dejjem.”
“U għaliex?”
“Naħseb li diġa semmejtlek li t-tabib għandu ċita u babun. Bihom iħufu ma kullimkien; moħħna ma jkunx mistrieħ jekk il-kmamar tagħna ma jkunx maqfulin sew minn kullimkien.”
“Sewwa qed tgħid. Kompli jekk jogħġbok.”
“Dak il-lejl ma stajtx norqod. Qalbi qisha ħabbrietni li kien riesaq l-inkwiet, iżda ma kelli l-ebda ħjiel ta’ x’seta’ jkun. Jien u oħti jekk tiftakar tewmien, u bejnitna hemm rabtiet speċjal. Kien lejl ta’ maltemp. Barra r-riħ beda jvenven u xita bdiet niżla qliel u tħabbat mal-ħġieġ tat-twieqi. F’daqqa waħda f’dik il-frattarija tat-tempesta, smajt twerżiqa ta’ mara mwerwra. Ma kelli ebda dubju li kien leħen oħti. Qomt niġri mis-sodda, tfajt xalla fuq spallejja u ħriġt niġri fil-kurritur. Kif ftaħt il-bieb ta’ kamarti jidhirli li smajt il-ħoss ta’ tisfira baxxa, kif fissritli oħti. Ftit wara smajt l-istorbu ta’ metal qed jaqa’. Hekk kif ġrejt rajt il-bieb tal-kamra t’oħti miftuħ jidbandal fuq iċ-ċapetti,ħarist imwerwra fil-kamra, ma nafx x’ser insib fiha. SB 03B’riħet id-dawl tal-lampa tal-kurridur rajt lil oħti ħierġa mill-kamra, wiċċha abjad karti bit-terrur li kellha, idejha jfittxu fid-dlam, u tixxengel ‘l hawn u ‘l hinn qisha fis-sakra.Grejt lejha u għannaqtha miegħi, iżda dak il-ħin saqajha ma tawhiex u waqgħet mal-art. Hi tkagħwġet bħal xi ħadd li qiegħed f’uġiegħ kbir. Qabtitha konvulżjoni tal-biża. Għall-ewwel ħsibt li m’għarrfitnix, iżda hekk kif tbaxxejt biex nara sew x’kellha, werżqet twerżiqa b’leħen li ma ninsa qatt, “Alla tiegħi! Helen! Kienet l-istrixxa! L-istrixxa kollha tikek!” Kien hemm xi ħaġa oħra li xtaqet ħafna tgħidli, u ppuntat subajha fl-arju lejn in-naħa tal-kamra tat-tabib. Iżda kellha konvulżjoni oħra u bdiet tifga fi kliemha, ħriġt niġri barra ngħajjat lil missieri tar-rispett, u rajtu ħiereġ jiġri minn kamartu liebes id-dressing gown. Meta resaq lejn oħti hi kienet barra minn sensiha, u għalkemm ipprova jisqiha l-brandy, u bagħat għat-tabib tar-raħal, dan kien kollha għal xejn, oħti ssukkata tmur lura u mietet mingħajr ma regħġet ġiet f’sensiha. Dan kien it-tmiem ikrah ta’ oħti.”
“Mument wieħed,” qalilha Holmes: “Temmen mija fil-mija li smajt it-tisfira u l-ħoss tal-metal? Lesta biex taħilfu dan?”
“Il-coroner għamilli l-istess mistoqsija waqt l-inkjesta. Biex ngħid hekk  niftakar sew li smajt dawk il-ħsejjes iżda fl-istess ħin bl-istorbju tal-maltemp li kien hemm barra u l-iħsejjes ta’ dar kbira u antika, jista’ jkun li tqarraqt.”
“Oħtok kienet liebsa?”
“Le kienet bil-libsa ta’ bil-lejl. F’idejha l-leminija sabu zokk ta’ sulfarina maħruq, u fix-xellugija kaxxa sulfarini.”
“Dan juri li xegħlet id-dawl u bdiet tħares madwarha qabel indunat, ikolli ngħid, li kienet fil-periklu. Dan hu tagħrif ta’ siwi. X’kienu l-konklużjonijiet tal-coroner?”
“Għarbel kollox b’galbu kbir, għaliex l-imġieba ta’ Dr Roylott kellha fama ħażina fl-inħawi. Iżda ma setax isib teorija li tagħmel sens għall-mewt ta’ oħti. Fix-xhieda tiegħi urejt kif il-bieb tal-kamra tagħha kien magħluq minn ġewwa, u t-twieqi kienu magħluqa bil-persjani msakkrin bi stanga xi ħaġa li kienet issir kuljum. Flew sew il-ħitan u kollox kien jagħti wieħed x’jifhem li ma kienx hemm xi toqbod jew xi dħul moħbi. Għamlu hekk ukoll lill-art tal-kamra iżda anki hemm ma sabu xejn.  Iċ- ċuminja hija wiesgħa iżda mbarrata bil-ġebel. Ovvjament f’dan ix-xenarju wieħed jasal biex jgħid li oħti kienet waħidha meta mietet. Barra dan ma kien hemm ebda ħjiel ta’ vjolenza fuqha.”
“ Ikkonsidraw il-valenu?”
“It-tobba fittxew għall-valenu iżda ma sabu xejn.”
“Mela biex taħseb li mietet din is-sinjorina xortiha hekk ħażina?”
“Naħseb li mietet bil-biża’ ta’ xi qatgħa li ħadet. Iżda x’kien li werwer daqshekk lil oħti?  Ma jista’ jiġini f’moħħi.”
“Meta seħħ l-inċident iz-zingari kienu fuq l-għelieqi tagħkom?”
“Iva, kważi dejjem hemm dawk.”
“U xi ħsibt meta oħtok   semmiet l-istixxa – strixxa kollha tikek?”
“Xi drabi naħseb li ma kien xejn ħlief kliem bla sens ta’ xi ħadd f’dillirju, xi kultant naħseb li kienet qed tirreferi għal xi strixxa drapp għax, tifhem int, konna nitkellmu ħafna dwar ħwejjeġ u ħjata bit-tieġ magħna. Forsi kienet qed taħseb dwar xi drapp taż-żingari għax huma soltu jilbsu drappijiet ittikjati. Forsi għalhekk lissnet dik il-frażi li sal-llum għadni ma nistax nifhem”
Holmes xengel rasu u wera li ma kien kuntent xejn b’dak li kien għadu kif sema’.“Hawnhekk għandna sitwazzjoni li ma qed tgħoġbni assolutament xejn,” qal Holmes, “ħu paċenzja, kompli.”
“Minn dak inhar għaddew sentejn. Wara dak l-incident għddejt ħajti maqtugħa minn-nies mgħarrqa fis-skiet bla wens ta’ ħadd. żda xi xahar ilu ħabib tal-qalb tiegħi li ili nafu għal bosta snin għamilli l-unur li talabni biex inkun martu. Jismu Armitage – Percy Armitage – It-tieni wild ta’ Mr Armitage ta’ Crane Water ħdejn Reading. Missieri tar-rispett ma ra xejn ħażin fil-pass li ħa nieħu. Iż-żwieġ għandu jsir fir-rebbiegħa li ġejja. Issa xi jumejn ilu beda jsir xi xogħol fuq in-naħa tal-punent tad-dar u kellhom jagħmlu xi xogħol ukoll fil-kamra tiegħi. Kelli mmur fil-kamra fejn ħalliet ħajjitha oħti u norqod fl-istess sodda. Tista’ tobsor it-tkexkix li ħassejt meta l-lejl li għadda, ma stajtx norqod naħseb fuqha u f’daqqa waħda f’dak is-skiet tal-lejl nisma’ dik it-tifsira baxxa li kienet ħabbret il-mewt ta’ oħti. Qomt niġri u xgħelt il-lampa iżda fil-kamra ma kien hemm xejn mhux tas-soltu. Kont imbeżża’ wisq biex norqod. Maż-żerniq ħriġt, krejt serkin mill-Crown Inn u soqt sa Leather Head minn hemm ġejt dritt għandek bil-ħsieb li nitolbok tgħini b’xi parir siewi.”
“Hadt pass għaqli ħafna,” qalilha sieħbi, “Imma żgur għedtli kollox?”
“Iva, kollox,” wieġbet
“Miss Stoner, ma għedtlix kollox. Qed tipprova tgħatti lill-missierek tar-rispett.”
“Xi trid tfisser?” staqsietu.
Bħala tweġiba Holmes ġibed lura l-bizzilla sewda li kienet qed tgħatti id Miss Stoner. Fuq idejha dehru ħames tbenġiliet, il-marki ta’ erba’ swaba u belem, kienu stampati fuq il-polz.
“Gejt trattata b’mod kiefer ħafna,” qalilha Holmes.
Is-sinjorina saret ħamra nar u għattiet il-polz mbenġel. “Hu raġel iebes,” qaltlu, “U forsi l-anqas jinduna bis-saħħa l’għandu.”
Għal ħin twil ħadd ma lissen kelma. Holmes serraħ rasu fuq geddumu u beda jħares fis lejn in-nhar bil-ħatab iċaqċaq.
“Kif diġa tennejt għandna x’naqsmu ma’ affari gravi ħafna,” qal fl-aħħar. “Hemm elf dettal li nixtieq inkun naf qabel ma niddeciedi x’nagħmel. Iżda m’għandniex żmien x’nitilfu. Jekk illum niġu Stoke Moran, taħseb li nkunu nistgħu naraw il-kmamar minngħajr ma missierek tar-rispett isir jaf?”
“B’kumbinazzjoni, smajtu igħid li llum dieħel Londra fuq xi xogħol importanti. X’aktarx ħa jdum barra l-jum kollu, f’dak il-każ ma jkun hemm xejn xi jfixkilkom. Bħalissa għandna waħda li tieħu ħsieb id-dar iżda hi anzjana u miskina daqsxejn m’aħniex.”
“Tajjeb ħafna. Watson xi tgħid jekk ngħidlek tiġi miegħi?”
“Ngħidlek niġi bil-qalb kollha.”
“Mela t-tnejn li aħna ħa niġu. fil-frtattemp x’ser tagħmel?” staqsejt lil Miss Stoner.
“Għandi żewġ qadjiet x’nagħmel Londra. Iżda ħa mmur lura d-dar bil-ferrovija ta’ nofs inhar. B’hekk inkun hemm nistennikom.”
“Lilna stenna li tarana kmieni wara nofs inhar. Anki jien għandi xi qadi x’nagħmel. Ma tistenniex naqra u tieħu kolazzjon magħna?” Staqsiha bil-ħlewwa Holmes.“Le, grazzi.  Diġa qed inħoss naqra serħan tal-moħħ minndu fdajtlek l-inkwiet tiegħi. Nittama li narakom wara nofs inhar.” Għattiet wiċċha bil-velu iswed u ħalliet il-kamra ħelu ħelu .
“U x’taħseb Watson?” qalli Holmes minn fuq il-pultruna.”
“Inqisha bħala biċċa inkwiet serja u kollha għawġ.”
“Tal-biża biżżejjed u għawġ hemm kemm trid.” Wieġeb Holmes.
“Fl-istess ħin jekk is-sinjorina qed tgħid li l-ħajt u l-art ma humiex mittifsa u ħadd ma seta’ jidħol mill-bieb, mit-tieqa u miċ-ċummnija oħtha bil-fors kienet waħedha meta mietet dik il-mewta misterjuża.”
“Mela x’ifisser dak it-tisfir bil-lejl u fuq kollox il-kliem li lissnet oħtha qabel ma mietet.”
“Ngħid is-sewwa ma nafx kemm għandha x’taqsam it-tisfira ma’ l-aħħar kliem ta’ oħtha.”
“Meta tgħaqqad kollox flimkien bħat-tisfir bil-lejl, iz-zingari fil-qrib li huma ħbieb intimi tat-tabib. Ma ninsewx il-fatt ċar daqs il-kristal li t-tabib għandu kull interest biex ifixkel iż-żwieġ ta’ bintu tar-rispett. Fl-aħħar hemm il-kliem tal-mejta dwar strixxa. Issa jekk torbot dan kollu mal-fatt li Miss Stoner semgħet il-ħoss ta’ metal jaqa’ din forsi kienet waħda mill-istangi tat-twieqi qed terġa tiġi mpoġġija f’postha. Naħseb li   nkunu nistgħu niċċaraw aktar biex nifhmu kif u għaliex ġara dak li ġara.”
“Imma allura fejn jidħlu z-zingari f’dan kollu ?” staqsejtu.
“Ngħidlek is-sew ma nafx.”
“Qed nħoss li l-konklużjoni li qed nagħsal għalijha ma hi sodisfaċenti xejn. Qed tħalli wisq fatti mhux spjegati. Le, le qed nirraġuna ħa\in Għalhekk illum sejrin Stoke Moran. Irrid nara jekk dak li qed naħsbu kienx il-ka[un ta’ kollox, jew huma affarijiet nornali. Iżda x’ixjafek!?”
Din l-għajta ħarġet minn fomm Holmes hekk kif il-bieb ta’ kamritna infetaħ beraħSB 04 b’guffaġni u raġel kbir deher fid-dħul. Kien liebes taħlita ta’ bniedem professjonali u fl-istess ħin ħaddiem fil-biedja. F’rasu kien liebes tomna,ġlekk twiel u par getti. F’idu kellu frosta li beda jxejjer. Tant kien twil li t-tomna li kien liebes bil-kemm ma missitx it-travu tad-dħul tal-kamra. Waqt li jieħu nifs rasu bdiet tixxengel. Kellu wiċċ kbir mimli tikmix, maħruq bix-xemx u b’bixra ta’ malinjita’. Beda jħares lejja u lejn Holmes b’għajnejh ‘l ġewwa kollha mibegħda u b’imnieħer mgħaddam kważi bla laħam, kellu dehra ta’ għasfur tal-priża xiħ iżda feroċi.
“Min minnkom hu Sherlock Holmes?” qalet dik id-dehra.
“Dak hu ismi, iżda erbaħtli, għax ma nafekx.” Wieġbu Holmes bil-kwiet.
“Jiena Dr Grimsby Roylott ta’ Stoke Moran.”
“Tassew dot,” qallu Holmes b’ċertu kalma, “Jekk jogħġbok poġġi.”
“Mhux ser nagħmel xejn minn dan. Binti tar-rispett kienet hawn. Għandi l-provi ta’ dan. X’qagħdet tgħidlek?”
“Taħseb lit-temp kiesaħ wisq għal dan iż-żmien tas-sena.”
“Imma għedtilha li ż-żafrgħan xorta kien ser ikollu staġun tajjeb.”

“Ha! Qed tipprova tfixkilni, hux tassew?” qallu Roylott waqt li mexa pass ‘l-quddiem u beda jxejjer il-frosta. “Nafek ja bniedem brikkun! Smajt bik qabel. Inti Sherlock Holmes dak li jindaħal fejn ma jesgħux.”
Holmes tbissem.
“Holmes il-melħa.”
Holmes kompla ċarrat wiċċu bi tbissima akbar.
“Holmes il-bidillu ta’ Scotland Yard.”
Għal dan Holmes infaqa’ jidhak. “Kliemek tassew fihom għors.” Qallu. “Issa meta titlaq għamilli pjaċir u għalaq il-bieb warajk għax qed inħoss dieħel kurrent kiesaħ.”
“Nitlaq meta ngħid dak li għandi xi ngiħd. Tindaħalx fl-affarijiet tiegħi. Naf li Miss Stoner kienet hawn, segwejt il-passi tagħha! Jien bniedem perikoluż għal min jagħamilli l-bsaten fir-roti! Ara” u qabad is-seffud tan-nar (8)tal-azzar u b’idejh u għawwġu fi tnejn.
“Qis li ma tiġix taħt idejja,” għajjat b’rabja,tefa’ s-seffud tan-nar fil-fuklar u telaq ‘il-barra.
“Jidher raġel minn tagħna,” qalli Holmes bid-daħka. “Ma f’iniex daqsu, iżda kieku baqa’ hawn kont nurih li l-ħakma t’idejja mhux dgħajjfa daqs kemm jaħseb.” Qabad is-seffud ta’ l-azzar, u bi sforz qawwi reġa ddrittah.
“Mur obsor ħej, x’insolenza għandu li jħallatni ma’ dedective tal-puluzija! Dan l-inċident jagħmel dan il-każ aktar eċċitanti. Fl-istess ħin nittama li ħabiba żgħira tagħna ma tbagħtix minnħabba l-aġir mgħaġġel tagħha billi tħallih juża l-forza bestjali fuqha. Iżda issa Watson nordnaw il-kolazzjon u wara naqbeż qabża s’għand id-distrett tat-tobba fejn nittama li niġbor xi tagħrif li jista’ jkun ta’ għajnuna f’din l-affari.”
Kienu kważi s-siegħa meta Holmes reġa’ lura mll-ħarġa. F’idejh kellu folja karta kaħla kollha tħarbix ta’ kliem u figuri.
“Għadni kemm rajt it-testment ta’ mart Roylott,” qalli. “Biex nifhem eżattament x’ifisser kelli naħdem il-prezzijiet ta’ l-investimenti li hemm fil-wirt bil-valur tal-llum. Id-dħul totali tagħha qabel ma mietet kien jammonta għal elf u mitt Lira Sterlina(€68,000), illum tort tal-waqa’ tal-prezzijiet tal-biedja ma jiswewx aktar minn seba’ mija u ħamsin Lira Sterlina (€46,000). Kull tifla għandha dritt għal mitejn u ħamsin Lira Sterlina (€15,000) f’każ ta’ żwieġ. Mela malajr wieħed jifhem li jekk iż-żewġt aħwa jiżżewwġu dan ġmiel id-dinja li ġie jżurna jibqalu ċuċata. Fil-fatt anki jekk tiżżewweġ waħda biss, finanzjarjament jispiċċa fixxa u stoppa. Il-ħidma ta’ dal-għodu kienet siewja għaliex dan it-testment juri li għandu bosta raġunijiet biex ifixkel kull ħsieb ta’żwieġ li għandha Miss Stoner. U issa Watson ma nistgħux nitnikkru aktar, din hija kwistjoni gravissima, iżjed u iżjed meta x-xiħ jaf li qed nindaħlu fl-affarijiet tiegħu, għalhekk jekk int lest naqbdu karrozzella u nerħulha lejn Waterloo. Inkun nafulek ħafna jekk fil-but iġġib miegħek ir-revolver li kellek fis-servizz. Arma bħal dik hija argument tajjeb ma’ ġentlom li jgħawweġ f’għoqod seffud tan-nar ta’ l-azzar. Dak u xkupilja tas-snin hu kull ma għandna bżonn.”
F’Waterloo ġietna tajba għaliex qbadna l-ferrovija għal Leatherhead f’inqas minn għaxar minuti. Meta wasalna krejna serkin mit-tverna ta’ l-istazzjon u soqna għal xi erba’ mili fil-ġmiel tal-kampanja tas-Surrey Lines. Kien jum perfett, fis-sema xemx tiddi b’ naqra sħab bojod qishom suf tan-nagħaġ. Is-siġar mal-ġemb tal-mogħdiji bir-ringili ta’ sġajriet (9) qed itellgħu l-ewwel weraq ħodor u l-arja kellha dik il-fwieha tal-art umda. Għall-inqas jien ħassejt kuntrast mhux tas-soltu bejn l-istennija ħelwa tar-rebbiegħa u l-kruha ta’ każ li konna fi triqtna biex nistħarrġu. Sieħbi poġġa kwiet ħdejn il-kuċċier b’idejh marbuta u l-lobbja mxengla l-isfel fuq għajnejh u qeddumu fuq sidru mitluf fi ħsibijietu. F’daqqa waħda qisu qam u teptipli fuq spallejja u urieni l-għelieqi.“Ara hemm Watson!” qalli.
Rajt għolja kollha siġar li kellha telgħa bi grad baxx ta’ elevazzjoni, il-quċċata tagħha kienet miżgħuda bis-siġar. Minn fost dawn is-siġar stajna naraw jispuntaw is-soqfa forma ta’ V maqluba u l-bejt ukoll forma ta’ V maqluba ta’ dar kbira u antika.
“Stoke Moran?” staqsa Holmes.
“Hekk hu sinjur. Dik hi d-dar ta’ Dr Roylott,”wieġeb il-kuċċier. Jekk qed nara sew qed isir xi bini, qallu Holmes. “Aħna hemm sejrin.”
“Hemmhekk hemm ir-raħal,” qalilna l-kuċiċer jippuntalna subgħajh lejn għadd ta’ bjut biswit xulxin xi ftit ‘il-bogħod fuq in-naħa tax-xellug; “Iżda jekk tridu tmorru Stoke Moran, ikun iqsar kieku taqbżu dak iċ-ċint fejn hemm dawk l-erba’ turġien u tpassu ma’ dik il-mogħdija fl-għelieqi. Hemm araw , fejn is-sinjura qad tippassiġġa.
“U jkolli ngħid dik hi s-sinjura hi Miss Stoner,” osserva Holmes b’idu fuq ġbinu ħa jgħatti d-dieja tax-xemx. “Iva naħseb aħjar nimxu fuq il-paritr tiegħek.”
SB 05Inżilna, ħallasnih, u l-kuċċier tektek bil-mod lejn Leatherhead.
“Naħseb aħjar hekk,” qalli Watson aħna hu telgħin it-turgien tal-ħajt baxx li kien jifred għalqa minn oħra, “Il-kuċċier irridu jaħsibna periti li ġejna fuq xi biċċa xogħol. Forsi b’hekk jieqaf it-tqasqis. Il-wara nofs inhar it-tajjeb Miss Stoner. Qed tara li konna tal-kelma.?”
Il-klijenta li kienet għandna fil-għodu, ħaffet biex tiltaqa’ magħna b’wiċċ ferħan se jtir. “Kont qed nistenniekom bil-ħerqa,” għajtet waqt li ħaditilna b’idejna b’ċertu entużjażmu. “Kollox mar skond kif ħsibt, Dr Roylott telaq lejn il-belt, u mhux mistenni li jiġi lura qabel il-lejla.”
“Iva kellna l-pjaċir li niltaqgħu mat-tabib,” qalilha Holmes u fi ftit kliem tgħarrfilha x’għadda bejnithom. Xufftejn Miss Stoner bjadu karti kif semgħet x’inqala’.
“Is-sema tgħini !” esklamat, “Mela bil-fors segwini.”
“Milli jidher hekk hu,” weġibha Holmes.
“Hu xiħ brikkun ħafna. Qatt ma jien moħħi mistrieħa minnu. Min jaf x’igħid il-lejla meta jiġi lura?”
“Irid joqgħod attent għax jista’ jsib xi ħadd stuż aktar minnu li qed iqislu l-passi tiegħu. Int il-lejha trid tissakkar u jekk ikun vjolenti noħduk għand iz-zija tiegħek f’Harrow. Issa aħjar nużaw il-ħin li fadal biex nagħmlu xi ħaġa għall-ġid. Kun ġentili u ħudna mill-ewwel fil-kmamar ħa neżaminahom.
Il-bini kien ta’ lewn griż qisu sħab lest biex jeħles mix-xita li   biha kien mtaqqal   biha. Il-ġebla kienet mtebba bil-likeni. Id-dar kellha tliet partijiet dik tan-nofs vertikali u għolja u tnejn oħra Sporġuti ‘l barra lejn il-lemin u xellug li jagħtu fit-tond qishom l-imqass ta’ granċ. F’waħda minn dawn il-partijiet tad-dar it-twieqi kienu mkissrin u mbarrati bl-injam, filwaqt li parti mill-bejt li kienet sfrundata, kienet xena ta’ qerda. Il-parti tan-nofs kienet f’qagħda aħjar u l-blokka tal-lemin kienet moderna bil-purtieri fit-twieqi u d-duħħan ikħal ħiereġ miċ-ċuminji tiela’ ‘l fuq jimbaram fuqu nnifsu. Il-familja kienet tgħix f’din in-naħa tad-dar. Mat-tarf tal-ħajt kien ntrama pont tal-bennejja li diġa kienu waqqgħu parti mill-ħajt. Meta konna hemm aħna ma kienx hemm sinjal ta’ ħaddiema. Holmes mexa bil-mod fuq il-ħaxix tal-bitħa li kien imwitti ħażin u eżamina b’reqqa kbira t-twieqi minn barra.“Din naħseb hija tal-kamra li kont torqod fiha, dik tan-nofs t’oħtok u din ħdejn il-bini ewlieni hija l-kamra ta’ Dr Roylott. Hux Hekk?”
“Sewwa qed tgħid iżda issa qed norqod fil-kamra tan-nofs.”
“Sakemm isir xi tibdil fil-bini jekk fhimt sew. Bil-ħaqq jidher li t-tarf tal-ħajt m’għandux bżonn xogħol urġenti.”
“Għandek raġun, dik in-naħa tal-ħajt ma kellhiex bżonn xogħol. Naħseb li kienet skuża tiegħu biex joħroġni minn kamarti.”
“Ah! Dan il-fatt jista’ jkun ta’ relevanza. Issa fuq in-naħa l-oħra ta’ din il-parti dejqa tad-dar hemm kurridur li trid tgħaddi minnu biex tidħol fil-kmamar tagħkom. Il-kurridur bil-fors għandu twieqi, le?”
“Iva, iżda huma dojoq wisq biex xi ħadd jgħaddi minnhom.”
“Mela peress illi it-tnejn bil-lejl tagħlqu l-bieb, ħadd ma jista’ jersaq lejn il-kmamar minn-naħa tal-kurridur. Issa ħu paċenzja mur fil-kamra tiegħek u mbarra l-persjani.”
Wara li Miss Stoner għamlet dak li qalilha Holmes, dan għamel ħiltu kollha biex jiftaħ il-persjana iżda kien kollu għaxejn. L-anqas kien hemm xaqq minn fejn setgħet tgħaddi sikkina biex tgħolli l-istanga. Wara dan bil-lenti eżamina mill-qrib iċ-ċappetti, iżda kienu ta’ ħadid solidu igastati sew fil-bini.
“Issa sew,” qal Holmes iħokk qeddumu mħawwad, “Jidher li l-ħsieb tiegħi għandu xi żewġ intoppi.Hadd ma jista’ jgħaddi minn dawn il-persjani jekk huma mbarrati. Mela ejja nidħlu ġewwa u  niflu sew il-kmarmar minn ġewwa forsi ndawwlu naqra din l-affari.”
Minn bieb żgħir fil-ġemb dħalna f’kurridur imbajjad minn fejn wieħed kien jidħol fil-kmamar tas-sodda. Holmes ma riedx jeżamina t-tielet kamra, għahekk għaddejna għat-tieni waħda dik fejn kienet qed torqod Miss Stoner u fejn oħtha id-destin qatagħha li kellha tħalli dan il-wied ta’ dmugħ. Kienet kamra sempliċi naqrażgħira fid-daqs, b’saqaf baxx b’fuklar wiesgħa, kif kien l-still tad-djar antiki tal-kampanja. F’rokna kien hemm gredenza kulur il-kewba u n-naħa l-oħra sodda dejqa mgħottija b’kutra ddisinjata. Fuq in-naħa tax-xellug tat-tieqa kien hemm twaletta. Ma’ dawn l-affarijiet stajt nara żewġ pultruni u mejda fin-nofs. Din kienet l-għamara kollha li kien fiha l-kamra. L-injam ta’ l-art u l-panew tal-ħajt kienu kollha kulur il-kewba, kewba kollha susa u tant qadima u bla kulur li naħseb li kienet tmur lura għal meta oriġinarjament mbniet id-dar. Holmes ġibed waħda mill-pultruni mir-rokna u qagħad bil-qegħda sieket, fil-waqt li għajnejh bdew iħufu madwar il-kamra, jinnota kull dettal tal-appartament.
“Min fejn jagħti dak il-ħabel tal-qanpina?” staqsiha, hekk kif ipponta lejn ħabel oħxon li kien imdendel ħdejn is-sodda il-ġummiema fuq l-imħadda.
“fil-kamra tal-qaddejja,” weġbitu.
“Il-ħabel jidher aktar ġdid mill-affarijiet l-oħra”
“It-tabib għamlu xi sentejn ilu.”
“Naħseb oħtok xtaqet li jkollha qanpieni biex tkun tista ssejjaħ lis-seftura.”
“Le, qatt ma smajtha ċċempel lis-seftura. Aħna mdorrijin li dak li għandna bżonn nieħdu ħsiebu aħna.”
“Fil-fatt toqgħod taħseb ma hemmx bżonn ta’ qanpiena li tinġibed bil-ħabel għand is-seftura. Skużawni naqra ħalli nserraħ rasi dwar l-art.” Intefa’ b’wiċċu mal-art bil-lenti f’idu, u tkaxkar mal-kamra kollha jifli b’reqqa kbira x-xquq bejn l-istrixxi ta’ l-injam. Għamel l-istess ħaġa ma’ l-injam tal-panew tal-ħajt. Fl-aħħar resaq lejn is-sodda u qagħad xi  ħin iħares lejha u lejn il-ħajt minn fuq s’isfel. Fl-aħħar ħa l-ħabel tal-qanpiena u ġibdu waħda sew.
“Ara, din taparsi qanpiena,” qalilna.
“Mhux qed iċċempel”
“Użgur li le. Il-ħabel mhux marbut mal-wire tal-qanpiena. Tassew biċċa xogħol kurjuża. Ara sew il-ħabel hu marbut ma ganċ ftit ‘il-fuq mill-fetħa tal-ventilatur.”
“X’affarijiet dawn! Ngħidlek is-sew diġa nnutajtha qabel.” Qalet is-sinjorina.
“Tabilħaqq stramba l-biċċa!” gerger Holmes jiġbed il-ħabel. Hawn xi żewġ elementi tassew bla sens f’din il-kamra. Ngħid jien x’injurant ta’ bennej ħa jiftaħ ventilatur li jagħti għal kamra oħra, meta bl-istess xogħol seta’ fetħu jagħti fuq barra, kif suppost ventilatur għandu jkun.”
“Din il-kamra hi l-aktar waħda moderna,” qaltlu s-sinjorina. “Ikolli ngħid li x-xogħol sar fi żmien il-ħabel tal-qanpiena.” Rrimarkalha Holmes.
“Sewwa qed tgħid dak iż-żmien saru bosta tidiliet żgħar f’din il-kamra.”
“Huma xogħlijiet tassew barra mill-loġika anzi nazzarda ngħid idjosinkratiċi. Hbula tal-qanpiena li ma jagħtu għal imkien, ventilaturi li minnhom ma tidħolx arja,” qal Holmes b’ton sarkastiku iżda diskorsu kellu bixra ta’ bniedem ħosbien.
“Miss Stoner bil-permess tiegħek issa nissuktaw naraw l-appartament ta’ ġewwa.”
“L-appartament ta’ Dr Roylott kien ikbar minn ta’ bintu tar-rispett, iżda  mgħammar bħalu. Sodda ta’ kamp, xkaffa żgħira ta’ l-injam kollha kotba, ħafna minnhom fuq temi tekniċi, pultruna ħdejn is-sodda, siġġu normalissimu ta’ l-injam mal-ħajt, mejda tonda u kaxxaforti tal-ħadid tad-ditta Largeiron, dawn kienu l-affarijiet li nnotajt kif dħalna. Holmes beda jeżamina dawn l-oġġetti bis-soltu mod metikoluż tiegħu.”
“X’hawn hawn  ġew?” staqsiha dwar il-kaxxaforti.
“Il-karti personali ta’ missieri tar-rispett.”
“Sewwa. Allura inti rajthom hemm ġew dawn il-karti?”
“Darba waħda biss xi snin ilu. Niftakar li l-kaxxa forti kien mfawwrha bil-karti.”
“Certa li m’hemmx xi qattus fiha.” Staqsiha Holmes.
“U ma tarax Mr Holmes! X’immaġinazzjoni kurjuża għandek,” weġbitu kemmxejn imħawwda Miss Stoner.
“Mela agħti daqqa t’għajn hawn!” weġibha Holmes ħarira kuntrarjat. Fuq SB 06il-kaxxaforti urijha plattina bil-ħalib.
“Le m’nrabbux qtates. Iżda taf li għandna ċita u babun.” Wieġbetu Miss Stoner.
“Mhux ser immerik sinjorina, iżda jkolli ngħid, ċita hu qattus kemmxejn kbir. Ma jidhirlix li felin ta’ dak id-daqs ħa jixba’ bi plattina ħalib. Hemm punt li nixtieq niċċara.” Qagħad kokka quddiem is-siġġu ta’ l-injam u fela sew il-parti fejn wieħed ipoġġi.“Nroddlok ħajr ħafna. Hawnhekk lesti,” qalilha waqt li qam bil-wieqfa u poġġa l-lenti fil-but. “Ieqfu naqra! Hawnhekk hawn xi ħaġa kurjuża!”
L-oġġett li qanqal l-attenzjoni ta’ Holmes kienet ċinga ta’ kelb  imdendla mar- rokna tas-sodda. Iċ-ċinga kienet immaljata bħal frosta u marbuta f’għamla ta’ ingassa.
“X’taħseb dwar dan?” Staqsini Holmes.
“Hija ċinga bħal ma hawn eluf bħala. Iżda m’għandi l-ebda ideja għaliex hi marbuta hekk.”
“Mhux daqshekk komuni hux? Balleċ, qed ngħixu f’dinja tassew kiefra. L-agħar ħaġa hi meta bniedem ta’ ħila idur għall-kriminalita’. Naħseb rajt biżżejjed. Issa Miss Stoner bil-permess tiegħek noħorġu barra u nimxu ftit fuq il-ħaxix .”
Qatt ma rajt lil ħabib tiegħi b’wiċċu daqshekk mqit u ħarstu daqshekk serja. Domna nimxu fuq il-ħaxix iżda la jien u l-anqas Miss Stoner ma ridna nfixkluh mill-ħsibijiet tiegħu.
“Issa Miss Stoner, hi ta’ importanza assoluta li timxi fuq il-parir tiegħi f’kull ħaġa li ngħidlek.”
“Serraħ rasek Mr Holmes nagħmel dak kollu li tgħidli.” Qaltlu.
“Il-każ hu gravissimu biex wieħed jaħli ż-żmien.Hajtek tiddependi milli tagħmel dak li ngħidlek.”
“Serraħ rasek, jien ninsab f’idejk.”
“L-ewwel u qabel kollox, jien u Dr Watson irrid bil-fors ngħaddu il-lejl li ġej f’kamartek.”
Jien u Miss Stoner ħarisna lejn Holmes ftit jew wisq maħsudin.
“Iva, hekk irid isir. Halli nispjegalek Miss Stoner. Jekk mhux sejjer żball hemmhekk hemm it-tverna tar-raħal. Qed ngħid sew?”
“Iva, dik hija l-Crown.”
“Tajjeb. It-twieqi tiegħek jidhru minn hemm?”
“Da żgur.”
“Mela isma’ x’ħa ngħidlek. Mur fil-kamra u ibqa’ hemm. Meta Dr Roylott jiġi lura toħroġx, ġib skuża li għandek uġiegħ ta’ ras. Kif tisimgħu li rtira biex jorqod iftaħ SB 07il-persjani tat-tieqa u poġġi lampa f’ħoġorha, din tkun sinjal għalina. Kif tagħmel hekk ħalli l-kamra ħu dak li għandek bżonn u mur f’dik li kellek qabel. M’għandiex dubju li minkejja l-imbarazz tax-xogħol li qed isir fiha għandek ħila tgħaddi lejl wieħed hemm.”
“Iva, bla diffikulta ta’ xejn.”
“Il-bqija ħalli kollox f’idejna.” Serħilha moħħha sieħbi.
“Aħna ħa ngħaddu l-lejl f’kamartek, u nindagaw sew il-kaġun tat-tisfira li qed tkdiddek.”
“Ikolli ngħid Mr Holmes li f’moħħok għandek ideja ċara ta’ l-affarijiet kif inhuma,” qaltlu Miss Stoner hekk kif poġġiet idejha fuq id il-ħabib tiegħi.
“Forsi hemm xi ħaġa f’moħħi, iżda ħa nżommha  għalija”                                       “Mela f’ħieh is-sema x’kien il-kaġun tal-mewt ta’ oħti”
“Qabel ma nazzarda ngħid xi ħaġa irrid li l-impressjoni li għandi f’moħħi m’jkollha l-ebda xamma ta’ inċertezza.”
“Għalinqas tista’ tgħarrafli jekk hux kif naħseb jien oħti mietet bil-biża’.”
“Le, naħsibx hekk. Ikolli ngħid li jista’ jkun li hemm għeruq aktar fiżiċi u tanġibbli li kkaġunaw il-mewt ta oħtok. Issa Miss Stoner,ħa jkollna nħalluk, għaliex jekk Dr. Roylott isibna hawn il-mawra tagħna tisfa fix-xejn. Mela saħħa u agħmel il-qalb, għaliex jekk tagħmel kif għedtlek, tista’ sserraħ rasek li neħilsuk minn dan il-periklu li qed jheddek.”
Ma sinbniex intoppi biex nikru kamra tas-sodda u salott fil-Crown Inn. Kienet fis-sular ta’ fuq u mit-tieqa kellna veduta mill-aqwa tal-vjal li jagħti għad-dar u fuq kollox stajna naraw tajjeb in-naħa fejn tgħammar il-familja. Mal-għabex Dr. Roylott saq qrib it-tverna, is-sura kbira tiegħu dehret akbar ħdejn it-tfajjel li kien qed isuqu. Dan ta’ l-aħħar ni\el biex jiftaħ ix-xatba iżda beda jsiba iebsa għaliex din kienet tal-ħadid, kollha sadid u allura tqila. F’daqqa waħda smajna l-għajta maħnuqa ta’ Dr Roylott, u rajnieh ixejjer il-ponnijiet lejn dak it-tifel. Fl-aħħar ix-xatba nfetħet u s-serkin daħal. Wara rajna ftit dawl mhux mistenni qalb is-siġar. Dr Roylott kien xegħel xi lampa f’wieħed mis-salotti.”
“Ngħidlek is-sewwa Watson,” qalli Holmes hekk kif konna fid-dlam, “qed nerġa’ naħsiba nieħdokx miegħi dal-lejl. Int stess taf li din l-affari fiha tiġrib u sogru tal-biża. Ma rridx minnħabba li jiġrilek xi ħaġa.”
“Naqtgħuha fil-qasir Holmes. Jekk niġi nkun ta’ għajnuna għalik?”
“Jien ngħidlek li  tkun kruċjali. ”
“Mela ma hemmx bżonn aktar tpaċpiċ jien ġej. Spiċċa!”
“Int tabilħaqq qalbek tajba Watson.”
“Qed titkellem fuq tiġrib. Naħseb li f’dawk il-kmamar rajt aktar milli rajt jien.”
“Le, iżda forsi flejt naqra aktar. Int rajt daqsi”
“Ma rajt xejn ta’ l-għaġeb ħlief il-ħabel tal-qanpiena. Issa għalfejn dak qiegħed imdendel hemm inqerr miegħek ma nistax nifhem.”
“Il-ventilatur rajtu wkoll, le?”
“Iva rajtu, iżda ma narahiex xi ħaġa ta’ barra minn hawn li jkun ftuħ bejn żewġt ikmamar. Fuq kollox, tant hija toqba ċkjekna li ma nafx jekk far jgħaddix minnha.”
“Temminni jekk ngħidlek li diġa kont naf li ħa nsib ventilatur bħal dak qabel ġejna hawn?”
“U ejja Holmes! Din kbira wisq, anki għalik.”
“Nerġa’ ngħidlek li kont naf. Tiftakar meta fir-rakkont tagħha qalet li oħtha kienet ixxomm ir-riħa tas-sigarru ta’ Roylott. Dan jagħti wieħed x’jifhem li hemm xi xorta ta’ nifda bejn kamra u oħra. Fl-istess ħin kien jinħtieġ li t-toqba, ventilatur, sejħilha li trid. Riedet tkun żgħira għaliex kieku kienet ikbar tiġi msemmijha fl-inkjesta tal-Coroner.Allura kkonkludejt li kien hemm ventilatur.”
“Imma x’deni jista’ jagħmel ventilatur f’din il-kwistjoni?”                                        “Jekk xejn hemm li għall-inqas d-dati kollha meta saru dawn l-istramberiji huma qrib xulxin. Waħda hija  ventilaru, wara xi jiem jiddendel ħabel miegħi li ma jagħti għal imkien. F’inqas minn ġimgħa tmut is-sinjorina li torqod fis-sodda ta’ dik il-kamra. M’xxommx xi ħaġa tintinten kif kollox   ikkoinċida?”
“Ma nnutajt xejn kurjuż dwar is-sodda?”
“Le ta.”
“Kienet imwaħħha ma’ l-art bil-viti. Int qat rajt sodda mqabbda mal-art?”
“Ma nistax ngħid li rajt.”
“Is-sinjorina ma setgħetx iċċaqlaq is-sodda. Din riedet tkun dejjem tkun taħt il-ventilatur u biswit kemm jista’ jkun il-ħabel – għax hekk nistgħu ngħidulu għaliex wieħed malajr jifhem li dak il-ħabel qatt ma kien intiż biex jiġbed xi qanpiena.”
“Holmes,” għedtlu, “Forsi kemm kemm qed nifhem fejn trid twassal bir-raġunament tiegħek. Ikolli ngħid li ninsabu fil-ħin biex niskansaw xi delitt orribbli u faħxi.”
“Orribbli u faħxi biżżejjed. Meta tabib jaqbad it-triq il-ħażina, hu l-aqwa fost il-kriminali. Għandu l-ardir u l-għerf. Palmer u Pritchard (10)kienu l-aqwa fil-professjoni tagħhom. Dan ir-raġel hu aqwa minnhom, imma qalbi qawwija li   aħna ħa nkunu bil-wisq aqwa minnu. Imma ser ikollna nħabbtu wiċċna ma’ affarjiet tal-biża qabel dan il-lejl ikun għadda.  Ejja naħtfu dawn il-ftit minuti ta’ kalma u npejpu pipa bil-kwiet, u nitfgħu ħsibijietna għal ftit ħin fuq xi ħaġa aktar ta’ gost.”
Ftit domna  naħsbu u npejpu l-pipa fil-kwiet għax wara ftit Holmes qam bil-wieqfa u qalli, “Hemm hu s-sinjali. Qed tarah dak id-dawl ġej mit-tieqa tan-nofs. Ejja Watson il-kaċċa bdiet!”
Kif ħriġna għedna lil sid it-tverna li konna ħerġin daqshekk tard għaliex sejrin inżuru qarib, u li probabbilment konna ħa ngħaddu l-lejl għandu. F’ħakka t’għajn konna barra fid-dlam, b’riħ kiesaħ jonfoħ b’wiċċna u ftit dawl sfjarani ipetpet fid-dalma tal-lejl qisu biex jurina t-triq għal din il-qadja kollha sogru.
Ma kienx hemm problemi biex nidħlu fil-propjeta’, għaliex kien hemm bosta tiċriet wiesgħa fil-ħajt ta’ madwar il-ġnien li kien traskurat sew. Għaddejna minn qalb is-siġar qsamna it-terrazza ta’ quddiem id-dar u konna nimxu lejn it-tieqa, meta f’daqqa waħda minn roqgħa siġar tar-rand ħareġ jiġri dak li ħsibt tfajjel tal-biża u sfigurat, li intefa’ fuq il-ħaxix jgħawweġ idejh u saqajh imbagħad qam qasam il-biħa u għeb fid-dlam.”
“Gesu’ ħanin! Rajtu!?” għedt lil Holmes b’leħen kemm kemm jinstema.
“Kif naqbad ngħidlek Watson? Mhux familja normali din? jew?” qalli b’mod sarkastiku, “Dak kien il-babun.”
Kont insejt l-annimali eżotiċi li kien iħobb irabbi t-tabib. Kien hemm ukoll iċ- ċita li kellha mnjen tiġi tistrieħ naqra fuq spallejna, min jaf? Ngħid is-sewwa serraħt rasi meta wasalna biswit it-tieqa. Għamilt kif qalli Holmes u neħħejt iż-żarbun u dħalt fil-kamra tas-sodda. Sieħbi fi skiet perfett għalaq il-persjani, poġġa l-lampa fuq il-mejda u ta daqqa t’għajn lejn il-kamra. Kienet l-istess bħal filgħodu. Holmes resaq lejja u b’idu ma widinti qalli bil-kemm kemm jinstemgħa, “l-inqas ħoss hu fatali għall-pjanijiet tagħna.”
Għamilt sinjal b’rasi li fhimtu.
“Ha jkollna noqogħdu fid-dlam. Għaliex Roylott jista’ jara d-dawl mill-ventilatur.” Lissen Holmes. Erġajt baxxejt rasi.
Holmes issa sar aktar serju, għafasli idi, u qalli “Torqodx, ħajjtek stess tiddependi fuq dan. Ara li jkollok ir-revolver lest f’każ li niġu bżonnu. Jien ħa npoġġi fuq is-sodda u int fuq is-siġġu.”
Hriġt ir-revolver u poġġejtu fuq il-mejda.
Holmes ġab miegħu bastun twil, rqiq moħxon qasba tal-bambu li kien flessibbli ħafna u poġġih ħdejh fuq is-sodda. Hdejn il-bastun kellu wkoll kaxxa sulfarini u biċċa xemgħa. Tefa’ l-lampa u fil-kamra waqa’ dlam ċappa.
Qatt ma neħħi minn moħħi dik il-velja tat-tkexkix? Ma stajtx nisma’ ħoss li ma bdejtx ninħasad. Iżda kont naf li sieħbi kien ftit piedi ‘l-bogħod minni b’għajnejh miftugħin beraħ u bħali fl-istess stat ta’ tensjoni nervuża. It-tieqa magħluqa neħħiet il-ftit dawl li kien fadal, u stennejna fi dlam taqtgħu b’sikkina. Minn barra stajt nisma’ kull tant ħin il-karba ta’ xi għasfur tal-lejl, u darba minn taħt it-tieqa smajna it-tinwieħa mkarkra ta’ qattus li fil-każ tagħna ndunajna li kienet iċ-ċita tiġri ‘l-hawn u ‘l-hin ħielsa minn kull irbit. ‘Il-bogħod smajna l-arloġġ tal-Knisja parrokkjali jdoqq kull kwarta. Kemm ħassejtu jdum il-ħin bejn kwarta w oħra! Nofs il-lejl, is-siegħa, is-sagħtejn, it-tlieta u konna għadna hemm nistennew fis-skiet kull ma kellu jinqala’.
F’daqqa waħda għal mument fil-ventilatur deher kemm kemm dawl li għeb wara ftit sekondi. Kif il-kamra reġgħet waqgħet fid-dlam xammejna riħa qawwa ta’ żejt qed jinħaraq u metal jissaħħan. Xi ħadd fil-kamra biswitna kien xegħel laterna dellija. Smajt ħoss bil-kemm jinstema’ ta’ ċaqlieq u wara reġa’ waqa’ sieket, iżda r-riħa taż-żejt jinħaraq saret aktar qawwija. Qgħadt b’widnejja għassa għal xi ħoss. Hin minnhom inħsadt għaliex smajt ħoss ieħor baxx ħafna  li jikkalmak, qisu l-ħoss li jagħmel il-fwar ħiereġmill-kitla. F’dak il-waqt smajnih – Holmes qabeż minn fuq is-sodda, xegħel sulfarina u beda jagħti b’kemm kellu saħħa bil-bastun fuq il-ħabel, suppost tal-qanpiena.
SB 08“Qed tarah Watson?” għajjat Holmes, “Qed tarah?”
Imma ma stajt nara xejn. Fil-ħin li meta Holmes xegħel is-sulfarina smajt ċar daqs il-kristal, tisfira baxxa, imma bil-leħħa ta’ dawl f’għajneja ma stajtx nara lil xhiex kien qed jagħti b’daqshekk korla. Stajt nara pero’ wiċċu isfar mewt b’ħarsa ta’ tkexkix u stmellija.
Waqaf ixejjer il-bastun. U f’dak il-ħin Holmes ħares lejn il-ventilatur. F’daqqa waħda s-skiet tal-lejl inkiser b’għajta terribbli li qatt smajt f’ħajti. Kienet taħita’ ta’ karba maħnuqa ta’ ugiegħ, tkexkix u rabja kollha mdammin fi twerżiqa tal-waħx. Wara qalu li l-għajta nstemgħet mir-raħal u saħansitra mid-dar tal-Kappillan li kienet aktar bogħod. Wieħed jista’ jobsor li għajta qajmet lil kull min kien rieqed fid-dar. Lili u lil sieħbi ffriżatilna qalbna, u ħarisna ċassi lejl xulxin, sakemm l-aħħar eku tagħha ntemm u reġa rrenja skiet perfett.
“X’jista’ jfisser dan kollu?” staqsejtu b’nifsi maqtugħ.
“Ifisser li kollox intem,” weġibni Holmes. “U forsi, wara kollox, għall-aħjar. Aqbad ir-revolver ħa nmorru fil-kamra ta’ Roylott.”
B’wiċċ mwiegħer xegħel il-lampa u ħareġ fil-kurridur jien warajh.Habbat darbtejn il-bieb tal-Kamra ta’ Roylott iżda ma kien hemm l-ebda risposta. Meta ra hekk, Holmes dawwar il-pum tal-bieb u daħal, segwit minni bir-revolver ikkargat f’idejja.
Hekk kif dħalna quddiem ghajnejna rajna xena stramba. Fuq il-mejda kien hemm lampa mdalma bix-xater nofsu miftugħ li rema’ raġġ ta’ dawl, li jgħammex, dritt fuq il-kaxxa forti, li kellha l-bieb miftugħ. Biswit il-mejda, mitluq fuq siġġu kien hemm Roylott, liebes dressing gown griża, u b’saqajh, bla kalzetti, sporġuti ‘l barra u liebes pappoċċ Tork aħmar. Fħoġru kellu l-maqbad qasir tal- frosta twila li rajnieh juża dak inhar mat-tifel li kien qed isuq iż-żiemel. Rasu kienet mixħuta lurSB 09a qisu qed iħares ‘l-fuq, u b’għajnejh imwaħħlin f’ħarsa tqabbbdek il-bard, jiċċassaw lejn rokna tas-saqaf. Madwar ġbienu kellu strixxa safra b’tikek jagħtu fil-kannella li qatt ma kont rajt bħalha qabel. Dehret li kienet magħfusha sew madawr rasu. Kif dħalna la tkellem u l-anqas iċċaqlaq.
“Hemm hi Watson l-istrixxa bit-tikek!”, lissen Holmes b’leħen baxx.
Mort naqra l-quddiem biex nara aħjar, u dil-ħaġa stramba li kien liebes Roylott f’rasu bdiet tiċċaqqlaq, u min xagħru ntrefgħet ras ċatta għamla ta’ djamant serp diżgustani b’għonqu minfuh.
“Dik hi l-lifa ta’ l-għadajjar tat-tajn!” għajjat Holmes – “Serp ċkejken iżda l-aktar wieħed valenuż fl-Indja kollha. It-tabib miet ftit sekondi wara li ngidem minnu. Il-ħajja tgħallimna li bosta drabi l-kefrija idur fuq min li jwettaqha, u minn jikkomplotta n-nasses isir hu stess isir il-priża. Ejja nitfgħu din il-kreatura ġewwa postha, imbagħad nistgħu mmorru għal Miss Stoner u nwassluha f’kamrita. Kif inlestu hawn immorru ninfurmaw lill-pulizija b’dak li ġara hawn dal-lejl.”
Hekk kif kien qed jitkellem qabad il-frosta minn ħoġor il-ġisem bla ħajja ta’ Dr Roylott, għalaq l-ingassa m’għonq ir-rettili, u neħħieħ mill-post tal-biża fejn kien qed jistrieh. B’idu mitfugħha ‘l-barra kemm jista’ jkun biex żgur ma jilħqux poġġih ġewwa l-kaxxa forti u għalaq kollox.
Hekk kienu l-ġrajjiet, kif seħħew tassew,u li wasslu għall-mewt ta’ Dr Grimsbey Roylott, ta’ Stoke Moran. M’hemmx bżonn li ntawwal ġrajja li diġa hija twila wisq. Ngħid li tgħarrafna l-aħbar ta’ diqa lis-sinjorina li kienet mwerwra, u wara ħadniha bil-ferrovija għand zijitha ġewwa Harrow, li laqgħatha b’imħabba kbira. Imbagħad kien imiss l-inkjesta uffiċjali li ħadet fit-tul u li fl-aħħar qatgħetha li Dr Roylott tilef ħajtu għaliex beda jilgħab bl-addoċċ b’annimal perikoluż. Il-ftit li kien baqagħli nkun naf dwar il-każ tgħarrafuli Sherlock Holmes l-għada waqt li konna fi-trqitna lejn id-dar.
Hu qalli, “Ikolli ngħid li għall-ewwel kont qed niġbed konklużjoni żbaljata. Dan juri li minn jipprova jgħarbel każ mingħajr ma jkollu biżżejjed tagħrif ikun qed jidħak bih innifsu. Il-fatt li kien hemm iz-zingari u l-użu tal-kelma ttikjata, kien bżżejjed biex ġiegħelitni naħseb li dak li rat permezz tad-dawl tas-sulfarina kien il-maktur ma’ ras xi zingaru li b’xi mod daħal jew iddaħħal fil-kanra tagħha. Insomma kont qed insewgi triq li ma kienet ħa toħodni mkien. Kif wasalna Stoke Moran malajr biddilt il-ħsieb. Dan meta indunajt li min hedded lis-sinjorina ma setax bl-ebda mod jidħol fil-kamra la mit-tieqa u l-anqas mill-bieb. Is-susspett tiegħi malajr dar fuq il-ventilatur, kif diġa fhemtek, kif ukoll il-ħabel tal-qanpiena li kien imdendel fuq is-sodda. Meta indunajt li l-ħabel kien hemm biex iqarraq u li s-sodda kienet mwaħħla ma’ l-art għajni malajr  għokritni li l-ħabel kien qed ikun ta’ mogħdija għal xi ħaġa li toħroġ mill-ventilatur u tinżel fuq is-sodda. Malajr ħsibt f’serp u meta rbat dan mal-fatt li lit-tabib kien hemm min iġiblu annimali mill-Indja, ħassejt li għandu mnejn kont fit-triq it-tajba. Il-ħsieb li juża xi speċi ta’ velenu li l-ebda eżami kimiki seta’ jinduna bih, kien jiġi f’moħħ Dr Roylott bniedem intelliġenti u bla qalb li kien imħarreġ fil-kultura tal-Lvant. Il-ħeffa kbira li dan il-velenu jaħdem fuq il-vittma kien ikun sombor għal min jużah. Irid ikun Coroner b’għajnejn ta’ seqer biex jinduna b’żewġ toqbiet skuri u żgħar daqs tikka li juri fejn in-nejbiet qerrieda għamlu xogħlhom. Imbagħad ftakart fit-tifsira, Da żgur!, Roylott ried b’xi mod isejjaħ lura s-serp wara li dan ikun qdiegħ il-ħsieb dijabolika tiegħu għaliex fid-dawl tal-jum kul]add seta’ jarah. Wisq probabbli ħarrġu, billi kien jagħtih il-ħalib li rajna, biex dan meta jisma’ t-tifsira istintivament is-serp kien jaħseb fil-ħalib u jmur lura. Meta kien jasal il-waqt hu kien jgħaddi s-serp mill-ventilatur moħħu mistrieħ li dan kien ħa jitkaxkar l-isfel mal-ħabel u jmur fuq is-sodda. Issa jista’ jkun li gidem u jista’ jkun ma gidimx lil min kien fis-sodda. Ma noħodhiex bi kbira li s-serp jew lifa sejjaħlu li triq niżel kemm-il darba u ma għamel xejn forsi anki bosta ljieli. Iżda xi darba jew oħra s-serp kien ser jigdima, u fl-aħħar ix-xorti ħażina missitha.”                                                                                              “Kont persważ minn dan kollu qabel ma dħalt fil-kamra. Kif ħarist lejn s-siġġu ndunajt li t-tabib kien soltu jitla’ bil-wieqfa fuqu, li kellu bżonn jagħmel dan biex jitfa’ dik il-bhima ċkejkna iżda infernali fil-ventilatur. Kif imbagħad rajt il-kaxxa forti, l-plattina bil-ħalib, u l-ingassa fil-frosta neħħejt kull dubju li seta’ baqagħli. Il-ħoss tal-metal li semgħet Miss Stoner għamlu missiera meta wara li daħħal is-serp fil-kaxxaforti għalaqha bilġri u allura sabbatha. Hekk kif fassalt f’moħħi x’kien għaddej, inti rajt x’passi ħadt meta indunajt  li dak li kont qed naħseb kien minnu . Smajt l-annimal izekzek, kif m’għandi l-ebda dubju smajtu int, xgħelt ix-xemgħa u dlonk ħebbejt għalih bil-bastun li kelli.”
“B’hekk reġġajtu lura fil-ventilatur,”
“U b’hekk ukoll kien il-kaġun tal-mewt ta’ sidu li kien fil-kamra l-oħra. Xi daqqiet tal-bastun tiegħi laqtu l-mira,   u serp bħal dak li ma toħodlux kopja, tilef it-tempra u nkorla , konsegwentement tar fuq l-ewwel persuna li ra. Mela għandu mnejn li jien, indirettament għandi naqra tort fil-mewt ta’ Dr Roylott. Bejnitna Watson, għemil li mhux qed iżdli ebda piż fuq il-kuxjenza tiegħi”

_________________________________________________________

  Noti tal-aħħar                                                                                                                                                          1.Sassoni: Is-Sassoni kienu għaqda ta’ tribujiet Germaniżi li kienu jgħixu fil-pjan tal-Germanja tat-tramuntana. Fil-Medju Evu bosta minnhom emigraw lejn il-gżejjer Brittaniċi u ingħaqdu man-nies tal-post u ffurmaw il-poplu Anglo – Sassonu, li hu il-poplu oriġinali Ingliż Dawn kellhom rabtiet ta’ kummerċ u kultura mal-Germaniżi tat-tramuntana, ma’ nies mil-Baltiku, u Finniċi, kif ukoll Slavi u Slovakki. L-Anglo Sassoni tilfu s-setgħa fl-Ingilterra meta  r-re Norman William the Conqueror invada l-Ingilterra u ħadha taħt idejh. William ippretenda li jsir re ta’ l-Ingilterra għaliex ir-re Ingliż William the Confessor li kien jiġi minnu miet mingħajr ma kellu tfal. Barra dan William the Conqueror saħaq li William the Confessor kienu wegħdu t-tron.
2.Berkshire: Reġjun fil-lbiċ ta’ l-Ingilterra. Dan r-regjun jista’ jġib ismu bħala Royal County of Berkshire għaliex hemm jinsab il-palazz ta’ Windsor fejn tgħix ir-reiġna .
3.Hampshire: Reġjun li xi kultant jissejjaħ Hants. Jinsab fin-nofs inhar ta’ l-Ingilterra. Fih  hemm il-belt storika ta’ Winchester li barra li hi famuża għall-kattidral din il-belt kienet l-kapitali tal-Ingilterra qabel Londra. Bliet importanti oħra f’Berkshire huma Southampton u Portsmith. Dawn huma żewġ portijiet importanti ħafna għan-Navy u Air Force Ingliża
4.Reġġenza: Bejn 1811 – 1820 ir-re George III kien marid mentalment u ma kienx f’qagħda biex jaqdi dmiru ta’ re. Postu ħadu ibnu l-prinċep ta’ Wales. Dan ma kienx re iżda jaqdi d-dmirijiet ta’ re  u jissejjaħ reġġent  jew qed jieħu ħsieb il-dmirijiet ta’ re flok ir-re propja. Fl-1820 ir-re George III miet u sar re il-prinċep ta’ Wales li ħa l-isem ta’ George IV. Il-perjodu tar-Reggenza kien  bejn s-snin l-1795 u l-1837 (Rejiet kien hemm George III, George IV l-ewwel bħala reġġent imbagħad bħala re u warajh William IV) F’dan il-perjodu l-ingilterra bdew jiżvilluppa xejrijiet kulturali ġodda u innovattivi. L-aktar fil-qasam ta’ l-arkittura, letteratura, moda, poltika u l-kultura ġenerali.
5.Squire: Oriġinarjament squire kienet tfisser dak li jieħu ħsieb l-għarmar tal-kavallier jew sempliċement il-qaddej tiegħu. Fil-medju evu l-isquire kien jitħarreġ mal-kavallieri. Għall-ħabta tas-seklu 17 ‘il quddiem l-isquire kien  il propjetarju tal-artijiet li kien jikrihom mingħand is-sinjur tiegħu u hu  jikrihom lil bdiewa. Hu kien joqgħod f’dar kbira imsejħa Mannor house u kien il-mexxej tar-raħal. Din kienet is-sistema fewdatarja li damet tul- il-Medju Evu. Maż-żmien l-istatus ta’ l-isquire kompla jikber u dan beda jieħu inkarigi governattivi u ġudizzjarji.                                                                                                                        6.Butler: Qaddej f’dar ta’ familja sinjuri. Familji bħal dawn kien ikollhom ruxmata qaddeja. Ix-xogħol tad-dar kien jiġi maqsum biex ngħidu hekk f’żewġ partijiet waħda taħt it-tmexxija tal-Butler u kienet tinkludi l-kamra ta’ l-ikel, il-kmamar fejn jilqgħu il-il-kċina u l-kantina ta’ l-imbid. Hu kien ukoll il-kap tal-qaddejja rġiel. Il-parti l-oħra tax-xogħol kien ikun f’idejn mara li jkollha responsabbilta tax-xogħol tad-dar bħal tisjir, indafa, xiri ta’ ikel u d-dehra ġenerali tad-dar. Din kienet il-housekeeper.  Xi kultant irġiel sinjuri li kienu jgħixu f’appartament waħedhom kien ikollhom Butler biex joħdilhom ħsieb il-bżonnijiet tagħhom
7.Bengala: Reġjun  fin-nofs inhar ta’ l-Asja. Qabel l-Indja ħadet l-Indipendenza dan ir-reġjun kien parti minnha. Meta fl-1948 l-Indja ħadet l-Indipendenza u nqasmet fi tnejn l-Indjani ta’ etnija Hindu u l-Pakistani ta’ etnija Musulmana  qalu li  dan ir-reġjun hu tagħhom. Konsegwentement il-Bengala għadu sal-illum reġjun instabbli ħafna bi ġlied settarju bejn il-Hindu u s-Siki fuq naħa u l-Musulmani fuq l-oħra.
8.Seffud tan-nar: Bl-Ingliż jissejjaħ poker hu ħadida li tintuża biex tqalleb l-irmied u b’hekk in-nar ikollu l-arja u ma    jintefiex. Il-poker jintuża minn min għandu fireplace (fuklar) li jaħdem bil-faħam  jew injam.
9.Sġajriet: Siġar għandhom telgħin bl-Ingliż shrubs
10.Palmer and Pritchard: William Palmer (1824 – 1856) magħruf bħala l-Prinċep tal-Avvelenaturi. F’wieħed mill-aktar każi nortotji tas-seklu 19 li saħansitra kiteb dwar Charles Dickens ġie mgħallaq fl-1855. Palmer ġie akkużat u nsatab ħati li avvelena bl-stiknina lill-ħabib tiegħu John Cook. Hu ġie mgħallaq fil-pubbliku u hemm suspetti kbar li qatelħafna aktar nies bil-velenu.
William Edward Pritchard (1825 – 1865) Tabib li ġie mixli li qatel permezz tal-velenu lil martu u lil kunjata. Kien suspettat li qatel qaddej tiegħu iżda qatt ma tressaq il-qorti fuq dan. Pritchard ġie mgħallaq ġewwa Glasgow. Ta’ min ifakkar li din kienet l-aħħar eżekuzzjoni tal-piena kapitali li saret fil-pubblika ġewwa l-Ingilgterra.

_________________________________________________________

7 – Il-Karbunklu ikħal

Karbunklu: L-isem antik ħafna mogħti lil ħaġra prezzjuża kulur ir-rubin. Hi tifforma parti minn grupp ta’ ħaġar imsejħin garnets, li huma minerali silikati magħmulin mis-silicone u l-ossiġnu. Huma ilhom jintużaw minn Żmien il Bronż bħala ġojjelli u bħala għodda tal-brix.

Carb 01Għaddejt għand Sherlock Holmes fl-għodwa tat-tieni jum wara l-Milied biex nagħtih ix-xewqat tal-festi t-tajba. Sibtu mitluq fuq is-sufan liebes dressing gown vjola bi xtelliera pipi ħdejh u munzell ġurnali ta’ dakinhar stess. Mid dehra kien diġà rahom għax kienu mitfugħin kif ġie ġie madwaru. Biswit is-sufan kien hemm siġġu tal-injam li fuq wara kellu mdendel kappell tal-pannu maħmuġ, mgħarraq bl-użu u mxiegħer f’bosta naħat. Fuq is-siġġu kien hemm lenti u pinzetta. Fhimt li l- kappell kien imdendel hekk biex ikun jista’ jiflih sew
“Tidher għandek x’tagħmel,” għedtlu. “Jaqaw qed infixklek?”
“Lanqas xejn. Nieħu gost nara ħabib ma’ min noqgħod ngħid erba’ kelmiet dwar is- sejbiet tiegħi. Il-kappel m’għandu l ebda importanza”, u xejjer il-werrej lejn il kappell qadim, “iżda mhux kollu kemm hu nieqes mill-interess, u saħansitra tagħlim.”
Poġġejt fuq il-pultruna u saħħant idejja man-nar bl-injam ifaqqa’ fih. Barra kien hemm kesħa xxoqq il-għadam u t twieqi kienu miksijin bi-kristalli tas-silġ.
“Nissoponi”, irrimarkajt “li għalkemm jidher normali dak l-oġġett għandu x’jaqsam ma’ xi storja ta’ qtil jew hu xi ħjiel li ħa jwasslek biex tħoll xi misteru, u għall-piena ta’ xi delitt.”
“Le, le, xejn delitti”, irrispondieni Holmes jidħak, “iżda waħda minn dawk l- affarijiet mhux tas-soltu li jiġru meta jkollok erba’ miljun ruħ jissaraw għal naqra ftuħ f’dawn il-ftit mili kwadri. Fost l-azzjoni u r-reazzjoni ta’ din il-massa ffullata ta’ umanità xi darba jew oħra se jseħħu kull taħlita ta’ fatti, u jista’ jinqala’ saram żgħir li jkun ta’ interess u stramb mingħajr ma bilfors ikun ta’ xejra kriminali. Diġà kellna ġrajjiet ta’ din ix xorta.”
“Tant hu hekk,” irrimarkajt, “li mill-aħħar sitt każi li niżżilt fin-noti tiegħi, tlieta minnhom ma kinux atti kriminali jew kontra l-liġi.”
“Preċiżament. Qed niftakar fl-attentat tiegħi li nieħu lura r-ritratt ta’ Irene Adler. Il każ l-ieħor mhux tas soltu kien dak ta’ Miss Mary Sutherland, u mbagħad l- avventura tar-raġel bil-farrett f’xofftu. Mela naħseb li din l-affari ta’ ebda gravità ħa ssib postha ma’ din is sensiela ta’ każi. Inti tafu lil Peterson, l-aġent li jġorr il- pakketti li n nies jibagħtu lil xulxin?”
“Iva.”
“Dan it-trofew hu tiegħu.”
“Il-kappell hu tiegħu?” staqsejtu.
“Le, le fil-fatt Peterson sabu u ma nafux ta’ min hu. Issa, Watson, nitolbok bil- Carb 02ħerqa tħarisx lejh bħala kappell imċerċer tajjeb biss għar-rimi iżda bħala taħbila tal-moħħ. L-ewwel ħa ngħidlek kif wasal hawn. Ġie fl-għodwa tal-Milied flimkien ma’ wiżża smina. Issa l-fatti seħħew hekk: xi l-erbgħa ta’ filgħodu sbieħ jum il- Milied, Peterson, li kif taf hu bniedem onestissimu, kien sejjer lura d-dar minn festin u għadda minn Tottenham Court Road. Quddiemu, fid-dawl tal-gass, lemaħ raġel twil miexi naqra mxengel, u mdendla ma’ spalltu kellu wiżża bajda. Hekk kif dan ir-raġel wasal fil-kantuniera ta’ Goodge Street qamet ġlieda bejnu u xi erbat irġiel ta’ qattagħni. Wieħed minn dawn tajjarlu l-kappell minn rasu. Ir-raġel għolla l-bastun biex jiddefendi ruħu u beda jxejru fuq rasu. B’din il-mossa kisser ħġieġa ta’ tieqa li kien hemm warajh. Peterson ġera biex jgħin ’l istranġier. Ġara iżda li r- raġel, meta ra lil Peterson liebes uniformi riesaq lejh telaq il-wiżża minn fuq spallejh, telaq jiġri u għeb f’dak il-labirint ta’ trejqiet wara Tottenham Court Road. Id-dehra ta’ uffiċjal bħal Peterson gerrxet lil dawk li qajmu l-ġlieda u ħarbu wkoll. B’hekk Peterson ħa f’idejh l-art tal battalja u l priża tar-rebħa, li kienu dan il- kappell qadim ruħu fi snienu u l-wiżża ta’ kwalità mill aqwa.”
“Li żgur ħa jgħaddihom lura lil sidhom,” għedtlu jien
“Watson, għażiż tiegħi, hemm qiegħed l-intopp. Tabilħaqq li fuq il-kartuna żgħira marbuta ma’ sieq il-wiżża hemm miktub ‘Mr. Henry Baker’, u tassew ukoll li l- inizjali H.B. jidhru fuq l-inforra tal-kappell iżda billi hemm eluf kunjomhom Baker f’din il-metropoli mhux ħafif trodd lura xi ħaġa meta ma tafx min hu sidha.”
“Mela x’għamel Peterson?” staqsejtu.
“Ġabhom għandi nhar il-Milied filgħodu. Hu jaf sew li l-inqas taħwida tiġbidni. Il wiżża żammejnieha sa dalgħodu għaliex minkejja l-kesħa kien ikun aħjar li tittiekel mingħajr dewmien. Peterson ġarrha miegħu biex iwettqilha d-destin tagħha ta’ wiżża. U jien żammejt il-kappell tas-Sinjur misterjuż li tilef l-ikla tal-Milied.”
“Ma għamilx xi avviż fuq il-gazzetta?”
“Le.”
“Mela allura xi ħjiel għandek tal-identità ta’ dan ir-raġel?”
“Mill-ħjiel li jista’ jkollu dan,” u wrieni l-kappell.
“Mill-kappell tiegħu?”
“Hekk hu.”
“Żgur li qed tgħaddini biż-żmien. X’tista’ tkun taf minn kappell mgħarraq bħal dak?”
“Hawn ħa l-lenti, taf kif naħdem jien. X’tista’ tkun taf dwar ir-raġel li jilbsu?”
Ħadt l-oġġett imċerċer f’idejja u bdejt indawru. Kelli indiema li ħadtu. Kien kappell normali, iswed u tond, iebes, u li għamel żmienu. L-inforra kienet tas-satin aħmar li tilfet ħafna mil lewn ewlieni tagħha. Ma kienx hemm l-isem ta’ min għamlu iżda kif qalli Holmes kellu l-inizjali H.B. miktubin fuq ġewwa. Il-faldi tiegħu kienu mtaqqba biex iżommu l-lastiku ħalli ma jaqax, iżda lastiku ma kienx hemm. Il- bqija kien imxaqqaq f’ħafna naħat, kollu trab u mimli tikek. Kien jidher li sidu għamel mill-aħjar biex jaħbi l-partijiet mingħajr lewn billi żebagħhom bil-linka sewda.
“Mhu qed nara xejn,” għedtlu filwaqt li tajthulu lura.
“Għall-kuntrarju Watson, tista’ tara kollox. Imma bħal dejjem ma tirraġunax fuq dak li tara. Toqgħod lura wisq biex tesprimi l-idejat tiegħek.”
“Mela jekk jogħġbok għidli x’tista’ toħroġ minn dan il-kappell?” għedtlu.
Ġabru, ħares lejh b’dak il-mod riflessiv uniku. “Forsi m’għandux ħjiel daqs kemm wieħed jixtieq,” qalli, “iżda fl-istess ħin għandu xi marki li jidhru sew u oħrajn, għalkemm ma jidhrux daqshekk, aktarx huma dak li qed nissoponi jien. Li r-raġel hu ta’ ċerta edukazzjoni hu ovvju. F’dawn l-aħħar tliet snin kien għani mhux ħażin, għalkemm issa naqsitlu l-fortuna. Kien għaqli u jaħseb għall-ġejjieni, iżda issa m’għadux li kien. Wieħed forsi jista’ jikkonkludi li moralment mar lura wkoll. Issa jekk tgħodd dan man nuqqas ta’ xorti li messitu wieħed jista’ jasal biex jgħid li hemm xi influwenza ħażina li qed taħkem fuqu, bħal ngħidu aħna x-xorb. Dan jista’ jkun ir-raġuni għaliex martu m’għadhiex tħobbu.”
“Holmes, ruħi qalbi!”
“Iżda fl-istess ħin żamm naqra rispett lejh innifsu,” kompla mingħajr ma ta kas iċ- ċanfira tiegħi. “Hu bniedem li jgħix ħajja sedentarja, joħroġ ftit, fiżikament ma jeżerċitax ruħu, għandu bejn ħamsin u sittin sena, xagħru griż li għadu kemm qata’, u jidilku bi krema ta’ lumi qares. Dawn huma l-aktar fatti evidenti li wieħed jista’ jinnota mill-kappell. U bilħaqq, nissusspetta li f’daru m’għandux is-servizz tal- gass.”
“U ejja Holmes, żgur qed tiċċajta,” gergirtlu.
“Xejn minn dan. Meta ngħidlek kif wasalt għal dan kollu xorta ħa tkompli tippersisti u ma tifhimx?”
“M’għandi l-ebda dubju li jien bniedem stupidu u jkolli nammetti li ma nistax nifhmek. Ngħidu aħna, kif iddeċidejt li dan ir-raġel għandu ċertu livell ta’ edukazzjoni?”
Bħala tweġiba Holmes tefa’ l-kappell fuq rasu. Dan baqa’ nieżel fuq ġbinu u serraħ fuq imnieħru. “Hija kwistjoni ta’ daqs kubiku,” qalli. “Bniedem b’moħħ daqshekk imdaqqas bilfors għandu xi ħaġa ġewwa fih.”
“U li waqa’ baxxa fortuna”
“Il-kappell għandu tliet snin. Ħarist lejn il-faldi ċatti li bdew jitgħawġu fit-tarf. Hu kappell ta’ kwalità tajba, anzi mill-aqwa. Ara ċ ċirku tas satin imdawwar miegħu u l-inforra. Jekk seta’ jixtri kappell bħal dan tliet snin ilu għaliex minn dak iż-żmien ’l hawn ma xtarax ieħor? Ir-risposta hi awtomatika, li ekonomikament mar lura.”
“Sewwa, ċertament dan jagħmel sens. Iżda kif wasalt għall-fatt li jaħseb għall-futur u li moralment mar lura?”
Holmes beda jidħak.
“Ara kif kien jipprova jħejji għal dak li ġej,” qalli, u poġġa subgħajh fuq diska żgħira u l-anella fejn wieħed iżomm il-kappell. “Dawn qatt ma jinbiegħu mal kpiepel. Issa jekk dan ir-raġel ordnahom hu sinjal ovvju li kien jaħseb għall-quddiem ġaladarba ħa l-intrigu biex jixtrihom għal-kontra r riħ. Iżda peress illi l- lastiku nqatgħetlu u ma qagħadx iħabbel rasu jibdilha jfisser li m’għadux jaħseb għall-quddiem, u hi prova soda li qed jiddgħajjef. Fl-istess waqt imma l-fatt li jipprova jgħatti t-tbajja’ bil-linka juri li ma tilifx għalkollox ir-rispett lejh innifsu.”
“Ir raġunar tiegħek hu plawsibbli.”
“Il-punti l-oħra, li hu bejn ħamsin u sittin sena, li xagħru griż, li qatgħu riċentament u li juża l-krema tal-lumi qares għal xagħru kollha jistgħu jiġu nnotati jekk wieħed jeżamina bir-reqqa n naħa ta’ isfel tal-inforra. Il-lenti turi bosta xagħar griż maqtugħ bl-imqass tal parrakkier Ix-xagħar jidher imwaħħal ma’ xagħar ieħor u wieħed jista’ jxomm ir-riħa ta’ krema ta’ lumi qares. It-trab, kif tara, mhux il-frak griż tat-triq iżda dak kannella rqiq u kollu tnietex li ssib id-dar. Dan juri li seħibna jkun kważi dejjem ġewwa, filwaqt li t-tbajja’ fin-naħa ta’ ġewwa tal-kappell juru li min libsu jegħreq ħafna. Sinjal mela li ftit jew xejn jeżerċita ruħu fiżikament.”
“Iżda martu x’għandha x’taqsam? Għedt li m’għadhiex tħobbu.”
“Dak il-kappell ilu ġimgħat sħaħ ma jieħu daqqa ta’ xkupilja. Meta nara lilek, Watson, b’ġimgħa trab fuq il-kappell tiegħek u martek tħallik toħroġ mid-dar f’dak l-istat nibda nibża’ li int tlift l-imħabba ta’ martek.”
“Imma jista’ jkun għażeb.”
“Le, kien sejjer id-dar bil-wiżża bħala sinjal ta’ paċi lejn martu. Ftakar fil-kartolina ma’ sieq l annimal.”
“Għandek tweġiba għal kollox. Iżda kif ix xjafek iddeduċejt li m’għandux gass fid- dar?”
“Tebgħa waħda tax-xama’, anki tnejn, jistgħu jkunu kumbinazzjoni iżda qed nara mhux inqas minn ħamest itbajja’. Minn dan nista’ nifhem li dan l individwu jiġi spiss f’kuntatt ma’ xemgħa qed taqbad. Jista’ jkun li jitla’ fuq billejl bil-kappell f’idu u xemgħa fl-oħra. Insomma kieku kellu l gass qatt ma kien ikollu tbajja’ tax- xama’. Sodisfatt issa?”
Carb 03“Tabilħaqq li ħadd m’għandu l-ħila jsib it-tarf ta’ xi taħwida daqsek,” għedtlu bid- daħka, “iżda peress illi għadek kif għedtli li ma sar xejn kontra l-liġi, ma ġara xejn ħlief li dan ir-raġel tilef wiżża. Insomma kif naraha jien kollu ħela ta’ enerġija.”
Holmes kien ser iweġibni meta dak il-ħin infetaħ il-bieb u Peterson l-aġent daħal jiġri fl-appartament b’ħaddejh ħomor nar u wiċċu konfuż u skurmentat.
“Il-wiżża, Mr Holmes! Il-wiżża!,” qal b’nifsu maqtugħ.
“X’inhu? Allura, il wiżża x’ġaralha? Reġgħet irxuxtat u taret mit-tieqa tal-kċina?” Holmes dar fuq il-pultruna biex jara aħjar il-wiċċ imħasseb ta’ Peterson.
“Ħallina miċ-ċajt Mr Holmes, ara x’sabet marti fil-ħawsla tal-wiżża!” Ħareġ idu u fuq il-pala wriena ħaġra brillanti u tleqq. Kienet ftit iċken minn fażola iżda tant pura u tleqq li bdiet itteptet qisha bid-dawl elettriku.
Sherlock Holmes qam u saffar, “Balleċ, Peterson,” qallu, “dan tabilħaqq teżor! Nissoponi taf x’għandek f’idek?”
“Djamant Sinjur! Ħaġra prezzjuża! Taqta’ l-ħġieġ qisha djamant tal-mastrudaxxa.”
“Hija iżjed minn ħaġra prezzjuża. Hija l-ħaġra prezzjuża.”
“Mhux il-karbunklu (1) l-ikħal ta’ Lady Morcar hux?” għedtlu.
“Sewwa qed tgħid. Suppost taf id-daqs u l-għamla għax qrajt l-avviż dwaru. It- Times kuljum qed iġġib xi ħaġa dwaru. Hija kollha kemm hi ħaġra unika fid-dinja. Kemm tiswa wieħed jista’ biss joħolmu iżda hemm rigal ta’ elf lira għal min isibu.”
“Alla ħanin, elf lira!?” L-aġent intefa’ fuq siġġu u beda jħares lejja u lejn Holmes.
“Dak hu r rigal u għandi x’nifhem li fl isfond ta’ kollox hemm xi aspetti sentimentali li jġiegħlu ’l-kontessa tagħti nofs ġidha biex tkun tista’ ssib il-ħaġra.”
“Il-ħaġra ntilfet jekk mhux sejjer żball fil-Hotel Cosmopolitan,” irrimarkajt.
“Preċiżament nhar it-22 ta’ Diċembru, ħamest ijiem biss ilu. John Horner, plumber, ġie mixli li seraqha mill kaxxetta tal-ġojjelli ta’ Lady Morcar. Ix-xhieda kontrih hija soda ħafna u l-każ ġie diferit lill-Qorti tas-Sisa. Xi mkien għandi tagħrif dwar li ġara.” Fittex fil-gazzetti jħares lejn id-dati sakemm sab waħda mkemmxa sew u beda jillixxaha, twiha u beda jaqra:
‘Hotel Cosmopolitan – serqa ta’ ġojjelli. John Horner ta’ 26 tressaq il-qorti u ġie mixli li fit-22 ta’ Diċembru seraq il-ħaġra prezzjuża, magħrufa bħala l-Karbunklu l-Ikħal, mill-kaxxetta tal-ġojjelli tal-Kontessa Morcar. James Ryder, impjegat fil- Cosmopolitan, xehed li dakinhar tas-serqa hu kien wera lil-Horner il-kamra fejn tilbes il-Kontessa Moncar, biex ikun jista’ jiwweldja waħda mill-vireg tat-tieqa li kienet inqalgħet. Ryder qagħad ftit ma’ Horner iżda kellu jillarga għax riduh fuq biċċa xogħol oħra. Kif reġa’ lura sab li Horner kien għosfor. Il burò kien żgassat, u l-kaxxetta ta’ ġild Marokkin fejn il-Kontessa żżomm il-ġojjelli kienet vojta fuq it- twaletta. Minnufih Ryder ta l-allarm u Horner ġie arrestat dakinhar stess filgħaxija. Il-ħaġra madankollu la-sabuha fuqu u lanqas fejn joqgħod. Cathrine Cusack, qaddejja tal-Kontessa xehdet li semgħet lil Ryder jgħajjat allarmat hekk kif induna bis-serqa. Hi marret tiġri fil-kamra u sabet l-affarijiet kif kien tarrafhomlha x-xhud. L-Ispettur Bradstreet tad Diviżjoni B xehed li Horner issara mal-Pulizija u ċaħad bil-qawwa li hu kellu x’jaqsam ma’ li ġara. Jidher li dan Horner kien instab ħati ta’ serq darb’oħra. Il-Maġistrat ċaħad li jitratta l-każ b’urġenza u ddeferih għall-Qorti tas Sisa. Fil-Qorti Horner deher inkwetat u mqanqal ħafna tant li fl- aħħar tas-smigħ ħassu ħażin u kellhom iġorruh barra l-awla tal-Qorti fuq streċer.’
“Sa hemm waslet il Qorti tal-Pulizija,” qal Holmes imħasseb. “L-għan tagħna hu li nagħmlu ħilitna biex nitfgħu dawl fuq is-sensiela ta’ ġrajjiet  li jibdew bis-serqa ta’ ħaġra imprezzabbli mill-kaxxetta tal-ġojjelli tal-Kontessa u jintemmu bil-ħaġra fil- ħawsla ta’ wiżża f’Tottenham Court Road. Qed tara, Watson, in-naqra stħarriġ bla sugu tagħna fuq il-kappell malajr ħa xejra ferm aktar serja u xejn innoċenti. Hawn hi l-ħaġra, il-ħaġra li kienet fil-wiżża ta’ Mr Henry Baker, is-Sinjur bil-kappell mgħarraq u l affarijiet l oħra li kont qed nispjegalek. Mela issa hu essenzjali li mill aktar fis possibbli nsibu lil dan ir raġel ħalli nkunu nafu x’sehem għandu f’dan il- misteru. Biex insibuh l-ewwel irridu nippruvaw nagħmlu l-aktar ħaġa ħafifa u nġibu avviż fuq il-gazzetti tal-lejla. Jekk dan ifalli jkollna nsibu xi metodu ieħor. Xi tgħid?”
“Agħtini lapes u karta. Mela nikteb, ‘Instabu fil-kantuniera ta’ Goodge Street wiżża u kappell tal-pannu iswed. Mr. Henry Baker jista’ jiġbor dawn l-oġġetti msemmija billi fis 6.30 tal-lejla jgħaddi fl-indirizz 221B, Baker Street.’?”
“Tajjeb ħafna, ċar u fil-qosor,” qalli Holmes.
“Iżda jarah?”
“Ma nafx iżda konvint li qed jaqra l-gazzetti jarah. Ma ninsewx li hu fqir u t-telfa ta’ wiżża għalih mhix ċajta. Jidher li tant beża’ mill-inċident tat-tkissir tal-ħġieġa, u hekk kif ra ’l Peterson riesaq lejh, moħħu kien biss li jaħrab. Iżda mindu ġara l- fatt qed jisgħobih mhux ftit li ħalla l-għasfur mal-art. Naħseb li l-probabbiltà kbira hija li jekk noħorġu l-avviż b’ismu ħa jagħti kas. Barra minn hekk, trid tqis li kull min jafu u jara ismu ħa javżah. Hawn, Peterson, ħu paċenzja u mur l-aġenzija tal- avviżi u għidilhom biex iġibuh fil-gazzetti li joħorġu llejla.”
“F’liema eżattament?” staqsa Peterson.
“Dawk popolar. Mela ejja ngħidu, The Globe, Pall Mall, St James’ Gazette, Evening News, Standard, Echo, u oħrajn li jistgħu jiġu f’moħħok dak il-ħin.”
“Tajjeb Mr. Holmes. U l-ħaġra?”
“Ah, iva, din ħa nżommha jien. Grazzi ħafna. Bilħaqq, Peterson, int u ġej lura ixtri wiżża u ħalliha hawn. Irid ikollna wiżża x’nagħtu lil dan ir raġel flok dik li bħalissa  qed tibla’ l-familja tiegħek”
Meta telaq Peterson, Holmes ħa l-ħaġra f’idejh u żammha kontra d-dawl. “Sabiħa hux?” qalli, “Ara kemm tleħħ u tleqq. Kos hux hija l-kaġun ta’ att kriminali. Kull ħaġra prezzjuża hi kalamita għas-serq. Il ġojjelli huma l-lixka favorita tax-xitan. Wara l-ikbar u l-iktar ġojjelli antiki dejjem hemm xi ġrajja mdemmija. Din il-ħaġra ma tgħoddx għoxrin sena minn meta nstabet fuq ix-xtut tax-xmara Amoy fin- Nofsinhar taċ Ċina. L-aspett ewlieni jirrendiha unika hu li  minkejja li bħala forma hi karbunklu, minflok  ħamra bħal-lewn naturali tar rubin, hija kaħla. Minkejja li żgħira fiż-żmien diġà għandha storja talbiża’ warajha. Minħabba fiha nqatlu tnejn min nies, intefa’ l-aċtu f’wiċċ persuna, u oħra għamlet suwiċidju biex ma nsemmux il-bosta drabi li nsterqet. Dan kollu għal 40gr ta’ faħam tal kannol kristalizzat, jew kif magħruf aħjar bl-Ingliż charcoal. Min jidħollu f’rasu li dan il-ġugarell hekk ħelu minflok fortuna jista’ jwassal għall-ħabs u saħansitra għall forka? Aħjar nagħlaqha fil-kaxxaforti u nibgħat nota lill Kontessa li l-ħaġra tinsab għandna.”
“Taħseb li dan Horner hu ħati?” staqsejt lil Holmes.
“Ma nafx ngħidlek.”

“U dan Henry Baker x’għandu jaqsam fl-affari?”
“Ikolli ngħid li hu possibbli ħafna li Henry Baker hu għalkollox bla ħtija u m’għandu l-ebda idea li l-għasfur li kien qed iġorr kellu oġġett li kien jiswa aktar mid-deheb mastizz. Imma dan inkun nafuh sew billi meta jiġi nagħmillu eżami żgħir, jekk fuq kollox, jirrispondi l-avviż.”
“Sa dak il-ħin ma tista’ tagħmel xejn?”
“Xejn.”
“Mela jien nista’ nkompli nżur il-pazjenti tiegħi. Iżda ngħaddi llejla. Nixtieq nara kif ħa tispiċċa din il-gażiba.”
“Nieħu pjaċir narak u wara kul miegħi. Fuq il-menù hemm gallina. U wara dak li ġara llum aħjar ngħid lil Mrs Hudson biex tiflilha sew il-ħawsla. Min jaf x’nistgħu nsibu?”
Wieħed mill-każi li kelli dewwimni xi ftit u wasalt għand Holmes ftit wara s sitta u nofs. Ħdejn id-dar ta’ Holmes ilmaħt raġel twil liebes barnuża u kowt maqful sa geddumu. Kien qed jistenna taħt id-dawl ta’ fuq il-bieb. Hekk kif wasalt il-bieb infetaħ minn Mrs Hudson li wrietna t-triq għall-kmamar ta’ Sherlock Holmes.
Carb 04“Naħseb li qed inkellem lil Mr Baker, sewwa qed ngħid?” qallu Holmes minn fuq il-pultruna. “Jekk jogħġbok ħu siġġu ħdejn in-nar, Mr Baker. Il- bard illejla u qed nosserva li ċ- ċirkolazzjoni tiegħek hija aktar maqtugħa għas-sajf milli għax-xitwa. Ara Watson, int hawn ukoll? Eżatt fil- ħin. Dak ta’ fuq il mejda hu l kappell tiegħek?”
“Iva, bla dubju ta’ xejn, dak hu l- kappell tiegħi.”
Kien raġel kbir, bi spallejn imxengla ’l isfel, ras kbira, u b’wiċċ wiesa’ u intelliġenti mmejjel lejn daqna bil-ponta griża tagħti fil-kannella. Imnieħru u ħaddejh kienu daqsxejn ħomor, u idu bdiet titriegħed xi ftit meta ħariġha biex jieħu b’idejn Holmes. Dan kollu fakkarni dwar x’qal fuqu Holmes meta beda jifli l kappell. Il-kowt kulur is-sadid skur maqful sa geddumu, l-għonq imtella’, il-pala ta’ jdejh u l polz mgħaddmin barra l-komma tal- kowt indikaw li ma kienx liebes qmis. Kellu leħnu baxx, jitkellem bl-iskossi u jagħżel il-kliem b’ċertu galbu. Kellu dehra ta’ bniedem ta’ skola u litterat li qala’ fuq wiċċu mill-ħajja.
“Żammejna dawn l-affarijiet għalik dawn l-aħħar ġranet,” qallu Holmes. “Ngħidlek is-sewwa stennejna li tagħmel xi avviż fuq il-gazzetti fejn tagħti l-indirizz fejn stajna nġibuhomlok. Ma nafx għaliex m’għamiltx hekk.”
Il-mistieden tagħna daħak b’wiċċu jixhed naqra mistħija. “Ix-xelini m’għadhomx bosta daqs qabel,” irrimarka. “Ma kelli l-ebda dubju li dak il gaj ta’ rġiel vjolenti li għamlu għalija ħarbu bil-kappell u bil-wiżża. Ma ridtx nonfoq flus fi sforz inutili biex inġibhom lura.”
“Naturalment. Bilħaqq, dwar l għasfur, kellna bilfors nikluh.”
“Kiltuh!?” Seħibna qam minn fuq is-siġġu mħasseb.
“Iva, kieku ma għamilniex hekk ma kien ikun tajjeb biex jittiekel minn ħadd. Iżda naħseb li l-wiżża l-oħra li hemm fuq il- gradenza, li tiżen kważi l-istess u hija perfettament friska, taqtagħlek xewqtek daqs l-oħra. X’taħseb?”
“Uuu ċertament, ċertament,” wieġbu Mr. Baker bi tnehida ta’ serħan il-moħħ.
“Dażgur. Imma baqgħalna r-rix, is saqajn, il-ħawsla u l interjuni l-oħra tal-għasfur oriġinali tiegħek jekk tridhom.”
Il-ħabib tagħna nfaqa’ jidħak. “Jistgħu jservuni bħala relikwi tal-avventura tiegħi,” qalilna, “iżda aktar minn hekk ma nistax nara x’użu nista’ nagħmel bil-fdal tal- wiżża li kelli. Le, Sinjur, bil-permess tiegħek ħa nieħu ħsieb l-għasfur bnin li hemm fuq il-gradenza.”
Holmes tani ħarsa penetranti u soda minn taħt li tfisser ħafna, u għolla spallejh.
“Mela hawn huma l-kappell u l-għasfur,” qallu. “Bilħaqq ma jimpurtax jekk tgħidli minn fejn xtrajt l-ewwel wiżża? Ngħidlek is-sew dawn l-għasafar jogħġbuni ħafna u kont ili ma nara wiżża ta’ kwalità daqs dik.”
“Mela le, bil-qalb kollha” qallu Mr Baker hekk kif qam u tefa’ l-għasfur taħt abtu. “Hemm numru minna li niltaqgħu kuljum l-Alpha Inn ħdejn il British Museum.(2) Tabilħaqq matul il-ġurnata nkunu fil-Mużew, tifhem int. Il propjetarju tal-Alpha Inn bl-isem ta’ Windigate hu bniedem qalbu tajba u jorganizza klabb tal-wiżż. Kull ġimgħa min irid joħroġ ftit-soldi u fil-Milied jingħata wiżża. Jien ħallast is-soldi u l- bqija tal-istorja tafha. Ninsab grat lejk, Sinjur, għaliex barunża ma tixraqx lil bniedem tal-età tiegħi u wisq anqas id-dinjità tiegħi.” B’xeħta ta’ frugħa u fl-istess  ħin komika inkina ruħu u ħareġ mill-kamra.
“Il-ħabib tagħna Mr. Baker,” qalli Holmes meta għalaq il-bieb, “żgur, mija fil-mija, li ma jaf xejn dwar din l-istorja. Bil-ġuħ Watson?”
“Mhux ħafna.”
“Mela xi tgħid li l-ikla ta’ nofsinhar inħalluha għal filgħaxija u nimxu wara dawn il- ħjiel kif għadhom sħan.”
“Bil-qalb kollha.”
Kienet lejla kiesħa ħafna u għalhekk ilbisna l-ulsters u dawwarna x-xlapi m’għonqna. Barra, l-istilel kienu qed jiddu fil-kesħa f’sema mingħajr sħab. In-nifs tan-nies kien qisu duħħan. Il-ħsejjes tal-passi tagħna nstemgħu ċari u għolja hekk kif dorna lejn il-kwartier tat-tobba f’Wimpole Street u Harley Street, imbagħad għaddejna minn Wigmore Street u dħalna Oxford Street. Fi kwarta konna f’Bloomsbury fl-Alpha Inn, li kien pub żgħir f’kantuniera ta’ waħda mit-triqat li jagħtu lejn Holborn.(3) Holmes fetaħ il-bieb u ordna żewġ birer mingħand is-sid, bniedem ruxxan liebes fardal abjad.
“Il-birra tiegħek għandha tkun mill-aqwa jekk hi tajba daqs il-wiżż tiegħek.”
“Il wiżż tiegħi!?” qallu s-sid skantat.
“Hekk hu. Xi nofs siegħu ilu kont qed nitkellem ma’ Mr Baker u qalli li hu membru tal-klabb tal-wiżż.”
“Eh, issa qed nifhem. Imma dawk il-wiżż mhux tiegħi.”
“Tassew?! Mela ta’ min huma?”
“Fil-fatt xtrajt żewġ tużżani mingħand bejjiegħ f’Covent Garden.”(4)
“Iva?” wieġbu Holmes. “Naf xi wħud minnhom. Min hu?”
“Kunjomu Breckinridge.”
“Le ma nafux. Insomma, is-saħħa lilek u ġid lill-familja tiegħek. Il lejl it-tajjeb!”
“Issa mmorru għand Mr Breckinridge,” qalli Holmes. Kif ħriġna qfilna l-kowt għax kien hemm kesħa xxoqq il-għadam.
“Ftakar, Watson, dik li ħsibnieha xi ħaġa ordinarja bħal wiżża tista’ tkun il-kawża li bniedem jiġi kkundannat xi seba’ snin ħabs xogħol iebes jekk ma nurux li hu innoċenti. Jista’ jkun ukoll li l-istħarriġ tagħna juri li tassew hu ħati. Hu x’inhu l- każ għandu linja investigattiva li l-Pulizija qabżitilhom u b’ċikka ġiet f’idejna. Ejja nifluha sal-aħħar ħa naraw x’se jiġri. Mela wiċċna lejn in-Nofsinhar u quick march!”
Għaddejna mnn Holborn, inżilna Endell Street u għaddejna minn lokal b’bosta toroq imserrpin kollha gabubi tal-fqar mas-suq ta’ Covent Garden. L ikbar tilar fis- suq kellu tabella bl-isem ta’ Breckinridge. Il propjetarju kellu wiċċ tawwali intelliġenti u barbetti maqtugħin puliti. Kien qiegħed jgħin tifel iżarma.
“Il lejl it tajjeb. Il bard illejla,” qal Holmes.
Il bejjiegħ mejjel rasu b’sinjal ta’ tislima u ħares lejn sieħbi b’kurżità.
Qed nara li l-wiżż spiċċawlek,” kompla Holmes, jipponta lejn l-irħama fejn soltu jitpoġġew.
“Jekk trid nista’ nġiblek ħames mija għada filgħodu.”
“Għalxejn.”
“Ara, baqa’ ftit fuq dak it-tilar fejn hemm id-dawl tal-gass.”
“Imma rrikmandawni lilek.”
“Min kien?”
“Sid l-Alpha Inn.”
“Ah, iva. Bgħattlu xi żewġ tużżani.”
“U kienu ta’ kwalità mill-aqwa. Minn fejn xtrajthom?”
B’sorpriża din id domanda rrabjat sew lill-bejjiegħ.
“Ara, Sinjur,” qal lil Holmes b’rasu mgħollija u jdejh marbutin. “X’għandek f’moħħok? Għidli li għandek tgħidli ċar u tond.”
“Ċar u tond biżżejjed. Irrid inkun naf min biegħlek il-wiżż li bihom fornejt lill Alpha Inn.”
“Mela mhux ser ngħidlek. Tajjeb?”
“U iva, mhux xi kwistjoni importanti. Ma nafx għaliex għandek tkun daqshekk inkurlat fuq ċuċata bħal din.”
“Inkurlat! Forsi anki inti tkun inkurlat kieku tkun ifittat bħali. Meta nħallas flus tajba għal oġġett ta’ kwalità l-istorja suppost tieqaf hemm. Imma le, kulħadd jistaqsini “Fejn huma l wiżż?”, “Lil min begħt ‘il wiżż?”, “Kemm trid għall wiżż?” Meta jisma’ l-għaġeb li qed isir fuqhom dak li jkun jibda jaħseb li fid-dinja hawn biss dawn il wiżż.”
“Ara, jien m’għandi l-ebda rabta ma’ dawk li qed jistaqsu dwar il-wiżż,” qallu Holmes. “Jekk ma tgħidlix ma jkun ġara xejn, l-imħatra tintemm. Iżda jien dejjem lest inżomm kelmti fuq għasafar bħal dawn, tant li lgħabt ħames liri li l-wiżż li kellek ġew imrobbijin fil-kampanja.”
“Mela tiftha l-imħatra għaliex dawk l-għasafar trabbew fil-belt,” irrispondieh bil- herra.
“Mhux veru.”
“U jien qed ngħidlek li hekk hu.”
“Mhux qed nemmnek. Xorta nibqa’ ngħid li trabbew fil-kampanja.”
“Tippretendi li tifhem dwar dawn l-annimali daqsi li ili f’dan ix-xogħol minn ċkuniti? Qed ngħidlek li l-wiżż li marru l-Alpha Inn trabbew fil-belt.”
“M’int qatt ħa tipperswadini biex nemmen dan,” wieġbu Holmes.
“Lest li tagħmel imħatra?”
“Inkun biss qed noħodlok flusek għaliex żgur li dak li qed ngħid hu minnu. Iżda ħa nilgħab lira miegħek biex nagħtik lezzjoni biex ma tkunx rasek iebsa.”
Il-bejjiegħ tbissem qares minn taħt. “Newwilli l-kotba, Bill,” għajjat lit tifel.
It tifel ġab ktieb żgħir u rqiq, u ieħor ikbar bil qoxra ta’ wara mtebbgħa u poġġiehom taħt lampa.
“Issa, Sur prużuntuż,” qallu l bejjiegħ, “kont mingħalija li l-wiżż spiċċawli iżda jidher li baqagħli waħda fil ħanut. Qed tarah dan il-ktieb ċkejken?”
“Allura?” wieġbu Holmes.
Carb 05Dan fih il lista tan nies li nixtri mingħandhom. Qiegħed tarah? Mela, hawn fuq din il-paġna hawn dawk tal-kampanja u n-numru wara isimhom jikkorrispondi man-numru tal-akkont tagħhom li hemm fir-reġistru l-kbir. Issa, qed tara li fil paġna l-oħra kollox hu miktub bil-linka ħamra. Din hija l-lista tan nies li jbigħuli l- wiżż u li joqogħdu fil belt. Issa ħares lejn it tielet isem u aqrahuli.”
“Mrs Oakshott, 117, Brixton Road – 249,” qara Holmes.
“Tajjeb ħafna. Issa sibha fir-reġistru.”
Holmes qaleb il-paġna, “Hawn aħna, Mrs Oakschott, 117, Briston Road, tforni bajd u tjur.”
“Mela issa x’kienet l-aħħar nota?”
“22 ta’ Diċembru – żewġ tużżani wiżż għall prezz ta’ 7s 6d”
“Sewwa qed tgħid. Issa aqra x’hemm taħt.”
“Mibjugħin lil Mr Windigate tal-Alpha Inn għall-prezz ta’ 12s ”
“X’ħa tgħid issa?”
Sherlock Holmes deher irrabjat sew. Waddab il-lira fuq l-irħama, dar bl-arja ddiżgustata u ma lissinx kelma. Ftit jardi bogħod waqaf taħt lampa u beda jidħak bla-ħoss kif soltu jagħmel.
“Meta tilmaħ raġel b’barbetti maqtugħin b’dak il-mod u biċċa gazzetta roża(8) ħierġa mill-but ibqa’ żgur li mħatra jidħol għaliha dejjem,” qalli. “Nazzarda ngħid li kieku offrejtlu 100 lira zgur ma kienx jagħtini daqshekk tagħrif daqs kemm irnexxieli nikseb bis-saħħa ta’ mħatra. Watson, naħseb li qed noqorbu lejn it tmiem ta’ dan il-misteru. Kulma baqa’ hu li naraw jekk immorux għand Mrs. Oakshott illejla jew nistennew s’għada. Minn dak li qalilna dak il-bniedem żorr jidher li hemm oħrajn inkwetati b’din l-biċċa, u jien suppost …”
F’daqqa waħda l-kliem ta’ Holmes twaqqaf ħesrem b’għajat u storbju minn fejn konna għadna kif ħallejna. Hekk kif ħarisna lura rajna raġel qsajjar b’wiċċ ta’ far fin-nofs tad dawl tal-lampa. Breckinridge kien mal-bieb tal-gabbana jxejjer il- ponnijiet lejh waqt li hu beda jitbaxxa u jimxi lura.
“Issa xbajt minnek u l-wiżż tiegħek,” beda jgħajjat Breckinridge. “Għaliex ma tmurx għand boxxla xjaten int u l-għasafar tiegħek. Ara x’ħa ngħidlek, jekk ħa tkompli tiffittani bil-paroli vojt tiegħek inkeskislek il-kelb. Ġib lil Mrs Oakshot hawn u nkellem lilha. Fuq kollox, inti x’għandek x’taqsam f’dan kollu? Il-wiżż mingħandek xtrajthom?”
“Iżda waħda minnhom kienet tiegħi,” karab ir raġel ma fih xejn.
“Mela allura mur staqsi għaliha lil Mrs Oakshott.”
“Hi qaltli biex nistaqsi lilek.”
“Ara, jekk trid staqsi lir-Re tal-Proosja (ried jghid Prussja) jien ma jimpurtanix. Issa xbajt sal-ponta ta’ mnieħri. Itlaqli ’l-barra minn hawn. Il-bejjiegħ beda se jħebb għalih u r-raġel lebbet lejn it-toroq mudlama.”
“Ejja, Watson, din tista’ tiffrankalna li mmorru sa Brixton Street,” lissen Homes b’leħen baxx. “Ejja naraw x’naqbu nagħmlu b’dan it-tali.”
Imxejna bejn grupp ta’ nies li kienu qed jitlajjaw ħdejn il-gabbani li kienu għadhom mixgħulin. Sieħbi ħaffef il-pass u malajr qabad lil dak ir-raġel qisu pespus minn spallejh. Dan dar f’daqqa u fid-dawl wiċċu tilef kull lewn u sar abjad karti.”
“Min intom? Xi tridu?” staqsa b’leħen imriegħed.
“Skużani,” qallu Holmes b’leħen ħlejju, “iżda ma stajtx ma nismax dak li bdejt tistaqsi lil dak il-bejjiegħ. Naħseb nista’ nkun ta’ għajnuna għalik.”
“Int … int min int? Kif tista’ tkun taf fuq din l-affari?”
“Jisimni Sherlock Holmes. Xogħli hu li nkun naf dak li oħrajn ma jafux.”
“Imma ma tista’ tkun taf xejn dwar dan.”
“Skużani iżda naf kollox. Int qed tipprova ssib ħjiel ta’ kunsinna wiżż li nbiegħu minn Mrs Oskshott ta’ Briston Road lil dak il-bejjiegħ bl-isem ta’ Breckinbridge, li min naħa tiegħu biegħhom lil Mr. Windigate tal-Alpha Inn, li mbagħad qassamhom lill membri tal-klabb tal wiżż li kien għaqqad, u lil Mr Henry Baker  wieħed mill membri.”
Carb 06“Inti l-bniedem li tant xtaqt insir naf,” beda jgħajjat ir-raġel qsajjar b’idejh ’il-barra u subgħajh jirtogħdu. “Ma nistax infissirlek kemm jien inkwetat b’din il- biċċa.”
Holmes waqqaf brum li kien għaddej. “F’dak il-każ aħjar nitkellmu fl-appartament komdu tiegħi milli f’dan is-suq kollu riħ,” qallu Holmes b’ton ħelu. “Iżda qabel ma nkomplu, għidli, lil min għandi l- pjaċir li qed ngħin?”
Għal sekonda waħda qisu beda jlaqlaq. “Jisimni John Robinson,” irrispondieh mingħajr ma ħares f’għajnejn Holmes.
“Le, le, irrid l-isem veru tiegħek,” qallu Holmes bi tbissima safja. “Inħossni skomdu ninnegozja ma’ xi ħadd li jagħtini isem b’ieħor.”
Kif sema’ dan wiċċu sar aħmar nar. “Insomma, ismi proprja hu James Ryder.”
“Hekk aħjar. U inti tassisti lill manager fil-Lukanda Cosmopolitan. Jekk jogħġbok idħol fil-brum u  ftit ieħor ngħidlek dak kollu li trid tkun taf.”
Beda jħares lejna bejn bil-biża’ u bejn bit-tama qisu xi ħadd mhux żgur jekk hux ser jirbaħ kemxa flus jew ħa jħabbat wiċċu ma’ għawġ kbir. Fl-aħħar daħal fil- brum u f’nofs siegħa konna lura fis-salott ta’ Baker Street. Waqt i- vjaġġ ma ntqal xejn iżda n-nifs mgħaġġel u rqiq, u l-ftuħ u l-għeluq tal-pali ta’ jdejh urew li seħibna kien maqbud f’morsa ta’ inkwiet kbir.
“Hawn aħna,” qal Holmes bid-daħka hekk kif dħalna fil-kamra. “In-nar imur tajjeb mal-istaġun, ma taħsibx? Mr Ryder, ikolli ngħid qed tħoss il-bard. Jekk jogħġbok poġġi bilqiegħda fuq dak is-siġġu tar-rattan. Skużani naqra ħalli nilbes il-papoċċ qabel ma nieħdu ħsieb dan is-saram tiegħek. Allura, issa trid tkun taf x’sar minn dawk il wiżż hux hekk?”
“Iva, Sinjur.”
“Jew, ikolli ngħid, x’sar minn dik il-wiżża. Għaliex naħseb li int moħħok f’għasfur wieħed partikolari, wiżża bajda bi strixxa sewda madwar denbha.”
Ryder beda jitriegħed bl-eċċitament li kellu fuqu. “Oh Sinjur,” beda jgħid b’leħen għoli, “tista’ tgħidli fejn marret il-wiżża?”
“Ġiet hawn.”
“Hawn?”
“Iva, nista’ ngħid li nzerta għasfur li mhux imdorrijin naraw. Ma neħodhiex bi kbira li għandek ġibda lejh. Temmen jekk ngħidlek li l-wiżża biedet bajda wara li kienet diġà mejta? L-isbaħ bajda li qatt rajt, kaħla, ċkejkna u brillanti. Qiegħda hawn fil-mużew tiegħi.”
Il-mistieden tagħna qam imxengel minn fuq is siġġu u żamm ma’ tarf tal-fuklar. Holmes fetaħ il-kaxxaforti u żamm il-karbunklu ikħal fil-għoli. Dan beda jleqq qisu stilla. In-naħat numerużi tiegħu bdew jarmu dija kiesħa. Ryder, b’wiċċ iċċassat u inkwetat, deher bejn ħaltejn jgħidx li hi tiegħu jew jiċħad li qatt raha.
“Wasalna fit-tmiem Ryder,” qallu Holmes. “Żomm sod għax inkella taqa’ fin-nar tal-fuklar. Għinu biex jerġa’ jpoġġi, Watson. M’għandux id-demm biex imur il- ħabs. Agħtih daqsxejn brandy. Ah issa jidher iżjed uman, tabilħaqq ħanex uman”
Għal mument beda jixxengel u kien ser jaqa’ iżda l-brandy raddlu ftit kulur f’ħaddejh u qagħad jiċċassa b’għajnejh imberrqin lejn min kien qed jixlih.
“Għandi kważi l-fatti kollha u l evidenza li qatt nista’ niġi bżonn. Fil-fatt ftit hemm x’tista’ tgħidli li ma nafx diġà. Fl istess ħin jista’ jkun hemm xi tentufa żgħira li għandi bżonn nifhem aħjar biex il każ ikun magħluq. Naħseb kont taf bid-djamant ikħal tal Kontessa Morcar?”
“Kienet Catherine Cusack li qaltli dwaru,” qal b’vuċi maqsuma.
“Qed nifhem, is seftura personali tal Kontessa. Naħseb li l-lixka li tista’ tistagħna f’ħakka t’għajn blajtha, kif belgħuha oħrajn jilħqilhom  bil-wisq aktar minnek. Iżda kont traskurat kif ippjanajt is-serqa. Imma jidhirli li mandankollu għandek ħila biex issir kriminal mill-aqwa. Kont taf li Horner il-plumber diġà kellu x’jaqsam f’każ ta’ serq u kont moħħok mistrieħ li s-suspett jaqa’ fuqu. X’għamilt wara? Bagħbast xi ħaġa fil-kamra tal Kontessa – int u l kompliċi tiegħek Cusack – u rranġajt biex jibagħtu għal Horner biex isewwi li għamilt. Kif dan telaq fittixt fil- kaxxetta tal ġojjelli, tajt l-alarm u rajt li dak ir raġel xortih ħażina jiġi arrestat. Imbagħad – ”
F’daqqa waħda Ryder intefa’ fuq it-tapit u qabad irkupptejn sieħbi. “F’ġieħ Alla, ħenn għalija!” werżaq. “Aħseb f’missieri! F’ommi! Dan kollu jaqsmilhom qalbhom. Carb 7Qatt ma żgarrajt qabel! U żgur ma nerġax. Naħliflek. Naħliflek fuq il-Bibbja. Jaħasra ddaħħalx qrati! Kristu, mhux il qrati!”
“Mur bilqiegħda fuq is-siġġu!” qallu Holmes bil herra. “Hu ħafif li titbaxxa u titmiegħek mal-art imma ftit ħsibt f’Horner li qiegħed fiċ-ċella intortament għal-serqa li ma kien jaf xejn dwaru.”
“Naħrab Mr. Holmes. Nitlaq mill-pajjiż. Imbagħad l-akkużi kontrih jaqgħu.”
“Issa naraw. Però qabel trid tgħidli x’ġara wara s- serqa, kif il ħaġra sabet ruħha fil-ħawsla ta’ wiżża u kif din sabet ruħha s suq għall-bejgħ? Għidilna s sewwa għaliex b’hekk biss jista’ jkollok xi tama ta’ ħelsien.”
Ryder xarrab xofftejh nixfin bil-sienu. “Ngħidlek kollox dak li ġara,” qallu.
“Meta Horner ġie arrestat ħsibt li l-aħjar pass kien li naħrab bil-ħaġra malajr kemm jista’ jkun. Ma kontx naf jekk il-Pulizija jiddeċidux ifittxu lili u f’kamarti. Ma kienx hemm post fil-lukanda fejn stajt inkun moħħi mistrieħ. Ħriġt bi skuża li kelli qadja u mort għand oħti. Oħti miżżewġa lil ċertu Oakshott u toqgħod fi Brixton Road fejn trabbi t tjur għas-suq. Ma’ kull min iltqajt fi triqti ħsibtu pulizija jew xi ditektiv. Minkejja l-fatt li kienet lejla kiesħa beda jxoqq l-għaraq għalija sakemm wasalt Brixton Road. Meta oħti ratni isfar mewt staqsietni x’kien ġarali. Għedtilha li kont inkwetat bis-serqa ta’ ħaġra prezzjuża mil-lukanda. Mort fil-bitħa ta’ wara d- dar, pejjipt il-pipa u qgħadt naħseb x’l-aħjar li nagħmel.
Darba kelli ħabib jismu Maudsley, li ħa t triq il-ħażina u għadda xi żmien maqful fil-ħabs ta’ Pentonville. Ġurnata waħda ltaqa’ miegħi u beda jgħidli x’jagħmlu l- ħallelin biex jeħilsu minn dak li jkunu serqu. Kont naf li ma jittradinix għaliex kont naf ċerti affarijiet dwaru u għalhekk iddeċidejt li mmur Kilburn fejn kien joqgħod u ngħidlu b’kollox. Hu seta’ jurini kif insarraf il-ħaġra fi flus. Iżda kif kont ser immur hemm mingħajr inkwiet? Ftakart kif kont imwerwer fit-triq mil-lukanda għal għand oħti. Kelli biża’ fuqi li ninqabad, niġi mfittex u jsibu l-ħaġra fil-but tas- sidrija. Kont qed inżomm mal-ħajt u nħares lejn il-wiżż li kien hemm madwari meta f’daqqa waħda ġieni ħsieb kif nista’ negħleb l-aqwa ditektiv li hawn.
Xi ġimgħat qabel oħti qaltli li bħala rigal tal-Milied stajt nieħu l-aħjar wiżża li kellha. Oħti kienet tal=kelma. Ħsibt li nieħu l-wiżża, nitfa’ l-ħaġra fiha u nerħilha lejn Kilburn. Fil-bitħa kien hemm kamra żgħira u ħadt wieħed mill-għasafar warajha. Għażilt wiżża kbira u sabiħa b’faxxa sewda ma’ denbha. Qbadtha, ftaħtilha l-munqar u daħħaltilha l-ħaġra fi griżmejha ’l-isfel kemm jista’ jkun. Il wiżża belgħatha u ħassejt il-ħaġra tgħaddi minn griżmejha għal ġol-ħawsla. Hekk kif il wiżża bdiet tferfer ġwenħajha u tissara biex teħles minn idejja ġiet oħti biex tara x’ġara. Kif dort biex inkellimha l-bhima ħarbet u lebbtet lejn sħabha.
“X’kont qed tagħmel b’dak l-għasfur, Jem?” staqsietni oħti.
“Int m’għedtlix li ser tagħtini wiżża bħala rigal tal-Milied. Kont qed inħoss l-aktar waħda smina.”
“Toqgħodx tinkwieta diġà erfajna waħda għalik. L-għasfur ta’ Jem ngħidulu. Hemm qiegħed arah, dak l-abjad kbir u smin. Hemm sitta u għoxrin minnhom. Wieħed għalik, ieħor għalina, u żewġ tużżani għas-suq.”
“Grazzi Maggie,” għedtilha. “Iżda jekk ma jimpurtax nixtieq dik li kienet f’idejja issa.”
“L-oħra tiżen mill anqas tliet libbri iżjed” qaltli “u simmennieha apposta għalik.”
“Ma ġara xejn, imma ħa nieħu l-oħra u ħa neħodha issa,” għedtilha.
“Agħmel li trid,” qaltli daqsxejn iffastidjata. “Liema waħda trid?”
“Dik il bajda bil-faxxa sewda ma’ denbha.”
“Kollox sew, oqtolha u ħudha miegħek.”
Insomma għamilt kif qaltli, Mr Holmes, u ġarrejt l-għasfur sa Kilburn. Iltqajt ma’ sieħbi u għedtlu x’kont għamilt għaliex kien bniedem li tista’ tgħid li trid quddiemu. Tant beda jidħak li kważi kien ser jifga’. Ġab sikkina u fetaħ il wiżża. Qalbi niżlet f’saqajja meta ma kien hemm l ebda ħjiel tal ħaġra. Indunajt li kont għamilt żball kbir. Ħallejt l-għasfur ma’ sieħbi, ħaffift lura għand oħti u kif wasalt ġrejt lejn il-bitħa. Iżda b’għaġeb kbir ma kienx hemm għasfur wieħed.
“Maggie, fejn huma l wiżż?” għajjatt.
“Marru għand tal-ħanut.”
“X’ħanut?”
“Berckinridge ta’ Covent Garden,” weġbitni.
“Jaqaw kien hemm oħra b’faxxa sewda fuq denbha bħalma għażilt jien?” staqsejtha.
“Iva Jem, kien hemm tnejn b’faxxa sewda fuq denbhom u lanqas jien ma kont nista’ nagħrafhom.”
Naturalement indunajt x’kien ġara u tlaqt niġri lejn dan Breckinridge. Iżda kien laħaq biegħhom kollha f’daqqa u ma ried jgħidli xejn dwar fejn marru. Intom stess smajtuh illejla. Dejjem hekk weġibni. Oħti taħseb li qed niġġennen u xi drabi anki jien naħseb hekk. U issa, issa mmarkajt lili nnifsi bit-tebgħa ta’ ħalliel mingħajr mank missejt l-għana li għalih begħt il-karattru tiegħi. Alla jgħinni, Alla jgħinni.”
Carb 8Beda jnewwaħ b’wiċċu mgħotti f’idejh. Kien hemm skiet twil, miksur biss bi lfiq u t taptip ta’ subgħajn Holmes ma’ tarf il mejda. Holmes qam u fetaħ il-bieb beraħ.
“Itlaq ’il-barra!” qallu bil-herra.
“X’inhu? Oh grazzi Sinjur, is-sema jgħinek.”
“Tgħidx kelma oħra. Itlaq ’il-barra.”
Ma kienx hemm bżonn aktar kliem. Lebbet ’il-barra bilġri u għamel salt storbju biex niżel it-taraġ. Il-bieb ta’ barra ngħalaq b’tisbita u smajnieh jiġri fit-triq.
“Wara kollox, Watson,” qalli Holmes hekk kif kebbes il-pipa tat-tafal, “ma nagħmilx parti mill-Pulizija u mhux ser noqgħod kull darba nirranġa l-iżbalji tagħhom. Kienet tkun ħaġ’oħra kieku Horner kellu xi theddida imma dan Ridley mhux ser jidher biex jixhed kontrih, u l każ jaqa’. Forsi jien stess qed nikser il-liġi imma jista’ jagħti l-każ li qed insalva ruħ. Seħibna li għadu kif telaq mhux ser jerġa’ jiżgarra. Beża’ wisq. Itfgħu l-ħabs issa u tagħmel minnu kriminal għal għomru. Fuq kollox dan hu l-istaġun tal-maħfra. Ix xorti bagħtitilna każ li hu fula f’qargħa u nħossni ferħan li rnexxielna nsibu tarf ta’ kollox. Issa jekk jogħġbok Dott. doqq il qanpiena ħa nibdew stħarriġ ieħor li wkoll għandu x’jaqsam ma’ għasfur

______________________________________________________

Noti tal-aħħar
1. Il-British Museum: Dan hu wieħed mill akbar mużewijiet fid-dinja. Fih hemm esebiti madwar tmien miljun biċċa xogħol mill-kontinenti kollha u jirrakkontaw l-iżvilupp tal-kultura umana mill-ewwel żminijiet tal-bniedem sal- ġurnata tal-lum. Il Mużew twaqqaf fl-1753 grazzi għall kollezzjoni tax-xjenzat Sir Han Sloane u nfetaħ għall-pubbliku fl 1759 f’Montegu House fid-distrett ta’ Bloomsbury. Sal-1997 il-British Museum kien iservi wkoll bħala l-librerija nazzjonali tal-Ingilterra. Din kienet famuża għaliex kienet ikkonċentrata madwar kamra għall-qari tonda. Fl 1997 il-librerija nġarret għal-bini ġdid fjamant ġewwa St Pancras.
2. Holborn: Zona fiċ ċentru ta’ Londra li tieħu isimha mit triq prinċipali li tgħaddi minnha, High Holborn. Din it triq tinsab qrib triq oħra li jisimha Gray’s Inn Road. F’din it-triq hemm post jismu Holborn Bar li fl-antik kienet waħda mill entraturi għas-City of London, id-distrett finanzjarju u ekonomiku ta’ din il belt.
3. Covent Garden: Distrett ta’ Londra famuż ħafna, li jinsab fil-Lvant estrem tal- Punent tal belt. Għandu pjazza famuża li tintuża bħala suq tal-ħxejjex, frott, u fjuri. Illum din il pjazza hija popolari ħafna mat-turisti li jmorru għax-xiri f’Londra. Mal-pjazza hemm ukoll it teatru tal-opra magħruf bl-isem ta’ Covent Garden.
4. Gazzetta Roża: Dak iż-żmien l-iktar gazzetta serja u popolari li kellha l-paġni roża kienet il-Financial Times. Bosta gazzetti li ma kellhomx x’jaqsmu ma’ ġrajjiet kurrenti jew politika kienu joħorġu bil-paġni roża. Fost dawn kien hemm il-gazzetti sportivi. Fost informazzjoni oħra dawn kienu jagħtu l-programmi tat-tiġrijiet taż- żwiemel u min huma l favoriti skont l-imħatri. Peress illi fl-Ingilterra l-imħatri huma popolari ħafna dawn il-gazzetti kellhom suq tajjeb

________________________________________________________

6 – Ir raġel b’farrett f’xofftu

Isa Whitney, ħu l-mejjet Elias Whitney, prinċipal tal-Kulleġġ tat-Teoloġija ta’ San Ġorġ, kellu l-vizzju tal-loppju. Dan il-vizzju qabdu meta kienu għadu student u qara l-ktieb ta’ De Quincey (1) fejn l-awtur jagħti tagħrif dwar il-ħolm li kellu u x’ħass meta xarrab it-tabakk bil-laudanum.(2) Isa daħħalha f’rasu li jagħmel bħall- awtur u fittex li jesperjenza l-effetti ta- loppju. Intebaħ tard wisq li l-vizzju faċli taqbdu iżda diffiċilissmu teħles minnu. Għal bosta snin kien skjav tad-droga, u l-familjari tiegħu u sħabu kienu jħarsu lejh b’biża’ u ħasra. Għadni nista’ narah b’dak il-wiċċ sfajjar ta’ bniedem marradi, il-kpiepel t’ għajnejh imbexqin bil- ħabbiet qishom ponot ta’ labra, imkebbeb fuq pultruna. Raġel nobbli, imfarrak u miġjub fix-xejn.
Lejl minnhom, f’Ġunju tal-1889, ċempel il-bieb. Kien il-ħin li soltu wieħed jibda jaħseb biex imur jorqod. Fil-fatt kont diġà bdejt nittewweb u nħares lejn l-arloġġ. Marti waqfet mix-xogħol tal-ħjata u ħarset lejja b’naqra diqa.
“Naħseb pazjent,” qaltli, “ser ikollok toħroġ.”
Lip 01Bdejt ingerger għax kont għadni ġej minn ġurnata xogħol li għejjietni.
Smajna l-bieb jinfetaħ, xi ftit kliem mgħaġġel, u passi ħfief. Il-bieb tal-kamra tagħna nfetaħ b’sabta u minnu daħlet mara liebsa l-iswed minn rasha sa saqajha. Saħansitra wiċċha kien mgħotti b’velu iswed.
“Skużawni jekk ġejt tard,” bdiet tgħidilna. Iżda f’daqqa waħda tilfet il-kontroll tagħha nnifisha u marret tiġri tgħannaq ’il marti u nfaqgħet tibki.
“Jaħasra qiegħda f’baħar inkwiet,” qaltilna bid-dmugħ f’għajnejha. “Kemm għandi bżonn l-għajnuna.”
“Ara,” lissnet marti hekk kif neħħitilha l-velu minn quddiem wiċċha, “ara Kate Whitney. Kif ħsadtni Kate! Ma kelli l-ebda idea li kont int meta dħalt.”
“Ma kontx naf x’ser naqbad nagħmel u għalhekk ġejt dritt għandek.”
Kienet xi ħaġa normali li dawk li jafu lil marti jfittxuha meta jkunu f’xi saram, qishom l-għasafar lejn fanal.
“Sewwa għamilt ġejt. Issa trid tieħu ftit inbid  bl-ilma, toqgħod komda u tgħidilna x’ġara? Jew trid li nibgħat lil John jorqod?”
“Le, le, għandi bżonn l-għajnuna u l-parir tat-Tabib. Ġejt minħabba Isa, ilu jumejn ma jiġi d-dar. Qed nibża’ li ġralu xi ħaġa.”
Ma kinitx l-ewwel darba li kellmitna dwar l-inkwiet ta’ żewġha, lili bħala tabib u lil marti bħala ħabiba antika sa minn żmien l-iskola. Għamilna ħilitna biex nikkalmawha u nserrħulha rasha. Staqsejnieha kinitx taf fejn kien jinsab u kemm kien possibbli li jien u marti nġibuh lura.
Deher li dan kien possibbli. Saret taf tajjeb li dan l-aħħar meta kien jinħakem mill- kilba għad-droga kien imur f’wieħed minn dawk il-postijiet tal-loppju minn fejn kien jixtrih u joqgħod ipejpu hemm stess. F’Londra hawn bosta minn dawn il- postijiet imsejħa għorna tal loppju,(3) li fil-biċċa l-kbira kienu f’idejn iċ-Ċiniżi. Ir- raġel tagħha kien qed imur ġewwa għorna fil-Lvant tal-belt. Kompliet tgħidilna li ma kienx idum aktar minn ġurnata f’wieħed minn dawn il postijiet u kien jiġi lura filgħaxija jitriegħed u mifluġ. Imma issa l-kilba għad-droga ilha fuqu tmienja u erbgħin siegħa u beżgħet li kien mixħut mhux f’sensih mal-agħar nies tal-port, ipejjep il-velenu jew rieqed xi mkien. Kienet ċerta li jinsab ħdejn il-pub Bar of Gold f’Upper Swandam Lane. Imma x’setgħet tagħmel? Kif setgħet mara żagħżugħa u tal-galbu tmur f’post bħal dak u tieħu lil żewġha lura minn fost dawk il-kriminali li kien hemm madwaru?
Ġieni ħsieb kif dan l-għawġ seta’ jispiċċa. Staqsejtha riditx li mmur magħha ħa nġibuh lura. Anzi, aħjar minn hekk, għaliex ma mmurx waħdi? Hi ma kellhiex għalxiex tiġi. Jien kont il-konsulent mediku ta’ Isa Whitney u bħala tali kelli ċerta influwenza fuqu. Fuq kollox jekk immur waħdi kont nħaffef aktar. Hi qablet u wegħedtha li jekk insibu fl-indirizz li tatni nibagħtu d-dar b’hamson f’inqas minn sagħtejn. F’għaxar minuti tlaqt il-pultruna u l kamra komda tas-salott u għaġġilt lejn il Lvant ta’ Londra ġo hamson fuq biċċa xogħol stramba. Hekk dehret dak il mument, għaliex il-ġejjieni kien se jurini kemm l-stramb jista’ jkun aktar stramb.
Fl-ewwel parti tal-avventura ma sibt l-ebda xkiel. Upper Swandam Lane hu sqaq li jqażżek, moħbi wara l-mollijiet għoljin man-naħa ta’ fuq tax-xmara fil-Lvant tal-London Bridge. Bejn ħanut tal-ħwejjeġ tal-baħrin u ħanut tal-ġinn, li tmur għalihom minn taraġ wieqaf li jagħti ’l-isfel għal wesgħa mudlama qisha d-dħul għal ġo xi għar, hawn sibt l-għorna tal-loppju li kont qed infittex. Għedt ’il-kuċċier biex jistenna, inżilt żewġ tarġiet, bin-nofs moħfi mikul bil passi ma jaqtgħu xejn ta’ riġlejn fis-sakra. B’riħet it-tnemnim ta’ lampa taż-żejt fuq il-bieb irnexxieli niftaħ. Dħalt f’kamra twila u dejqa, fgata bid-duħħan oħxon u kannella tal-loppju. Fuq kull naħa kien hemm kruċetti jew bunk beds fuq xulxin qisu taħt gverta ta’ bastiment mimli emigranti.
F’dak id-dlam bilkemm stajt nara lil dawk il-mimdudin, kollha f’qagħdiet strambiLip 02 u tal-ġenn. Spallejn milwija, irkupptejn mgħawġa, irjus mitfugħa lura u gdiedem jippuntaw ’il-fuq, filwaqt li ’l hinn u ’l hawn kien hemm għajn skura u skantata tħares lejja. Minn dawn id-dellijiet mudlama deher it-tnemnim ta’ ċrieki żgħar ta’ dawl, daqqa liemja u daqqa bilkemm jidhru skont il-ġamra tal-valenu tiela’ u nieżela fi skutelli tal-metall. Il-biċċa l-kbira kienu siekta, xi wħud gergru waħidhom waqt li oħrajn tkellmu bejniethom b’leħen baxx, stramb u monotonu. Kienu jitħaddtu bl-iskossi, daqqa kulħadd jitkellem f’daqqa u wara ftit skiet perfett. Kulħadd igedwed il-ħsibijiet tiegħu mingħajr ma jagħti kas x’inhu jgħid ta’ ħdejh. Kważi fit-tarf tal-kamra kien hemm braċier, jew aħjar kaldarun, bil-faħam jaqbad. Ħdejh kien hemm raġel twil bilqiegħda fuq banketta bi tliet saqajn iserraħ geddumu fuq il-ponnijiet ta’ jdejh u minkbejh fuq rkupptejh, iħares ċass lejn in- nar.
Hekk kif dħalt Malażjan isfar mewt ħaffef resaq lejja b’pipa u ammont ta’ droga, u stedinni noqgħod f’kuċċetta vojta.
“Grazzi, iżda ma ġejtx biex noqgħod,” għedtlu. “Hawn ħabib tiegħu, ċertu Mr. Isa Whitney, u nixtieq inkellmu.”
Fuq in-naħa tal-lemin tiegħi kien hemm ċaqliq u xi ħadd għajjat. Fid-dlam bilkemm stajt nara lil Whitney, isfar mewt, mifluġ u żmattat iċċassat lejja.
“Alla tiegħi! Watson int?!” qal. Kien fi stat tal-biki, b’ġismu jitriegħed bl-inkwiet u d-diqa li kellu. “Ħares Watson, x’ħin hu?”
“Kważi l-ħdax ta’ billejl.”
“Ta’ liema jum?”
“Il-Ġimgħa, 19 ta’ Ġunju.”
“X’waħda din! Ħsibt li kienu l-Erbgħa. U ejja! Illum l-Erbgħa, għaliex qed tbeżżagħni?” Tefa’ jdejh ma’ wiċċu u beda jnewwaħ.
“Isa, qed ngħidlek li llum il-Ġimgħa. Martek ilha jumejn tistenniek. Imissek tistħi!”
“Tabilħaqq imissni nistħi iżda tfixkilt, Watson, għaliex ili hawn ftit sigħat kemm pejjipt tlieta jew erba’ pipi, insejt kemm eżatt. Imma issa ħa niġi d-dar, miegħek ma rridx inbeżża’ lil Kate. Miskina Kate. Tini jdejk ħa nqum! Għandek karozzella?”
“Iva, għandi waħda qed tistenniena.”
“Mela ħa mmur biha. Imma żgur għandi nagħti xi ħaġa, Watson. Ma nħossnix f’sikkti. Ma nista’ nagħmel xejn waħdi.”
Għaddejt mill-passaġġ dejjaq bejn ir ringieli ta’ kruċetti, nżomm in-nifs biex ma niblax id-duħħan li jdardrek u narkotiku tad-droga. Bdejt infittex lil min jieħu ħsieb din ir rokna tal-infern. Hekk kif għaddejt minn ħdejn ir-raġel twil li kien bilqiegħda ħdejn il-braċier ħassejt lil xi ħadd jiġbidli l-qmis u b’leħen baxx ħafna qalli, “Għaddi minn ħdejja mbagħad ħares lura lejja.” Il-kliem smajtu sew u ħarist ’l isfel. Il-kliem seta’ ġie biss minn raġel xwejjaħ li kien biswiti, iżda issa kien mimdud, wisq probabbli mitluf minn sensih. Kien bniedem irqajjaq u mkemmex, mgħawweġ ganċ bl-età, b’pipa tal-loppju mdendla bejn irkupptejh qisha waqgħet minn idejh sforz it-telqa li kellu. Imxejt żewġ passi u ħarist lura. Kelli biċċa xogħol biex inżomm kontroll fuqi nnifsi u ma ngħajjatx bil-ħasda li ħadt. Hu dar biex ħadd ma jarah ħlief jien. L-irquqija tiegħu spiċċat u t-tikmix għeb. Dawk l-għajnejn bla ħajja reġgħu ħadu l-fjamma u qam bilqiegħda ħdejn in-nar jitbissem bil-ħasda kelli. Ma kien ħadd ħlief Sherlock Holmes! Għamilli mossa żgħira biex nersaq lejh u f’kemm ili ngħidlek dawwar wiċċu għal darb’oħra lejn dawk li kienu ħdejh u mill-ġdid ħa l-qagħda ta’ bniedem żmagat bla saħħa u jgedwed fil-vojt.
Lip 03“Holmes!” għedtlu bilkemm kemm ninstema’. Xi x-xjafek qed tagħmel f’dan il post misħut? “Kemm jista’ jkun żomm leħnek baxx,” irrispondieni, “għandi widnejja jisimgħu tajjeb ħafna. Issa jekk ikollok il-ġentilezza kbira u teħles minn dak il mingħu Skoċċiż tiegħek ikun gost kbir għalija li nitkellem naqra miegħek                     “Għandi karozzella tistenna barra.” “Mela agħmilli pjaċir u ibagħtu d-dar. Tista’ sserraħ rasek u tafdah għax jidher dgħajjef wisq biex jaqla’ l-inkwiet. U jkun aħjar li tibgħat ukoll nota lil martek biex ittarrfilha li qiegħed miegħi. Stennieni barra,f’ħames minuti nkun miegħek.”
Kien diffiċli għalija ngħid le għax xewqat ta’ Sherlock Holmes, dejjem preċiż u kien  jiftiehem tajjeb u jispjega b’sengħa kbira. Meta Whitney kien fil-karozzella ħassejt li kont wettaqt il-missjoni tiegħi u issa xejn ma kont nixtieq għajr li ningħaqad ma’ sieħbi f’waħda mill-avventuri strambi tiegħu. Fi ftit minuti ktibt in-nota, ħallast il- kont ta’ Whitney, daħħaltu fil-hamson u rajtu sejjer fid-dlam. Wara ftit ħarġet figura bla saħħa, li fil fatt kienet Sherlock Holmes, u jien bdejt miexi għal-għonq it- triq miegħu. Għal żewġ triqat zappap b’dahru mgħawweġ u sieq minnhom kemm kemm jirfes fuqha imma wara li ta daqqa ta’ għajn madwaru ddritta ruħu u nfaqa’ jidħak bil-qalb.
“Nissoponi Watson,” qalli, “li qed taħseb li żidt it-tipjip tal-loppju mal-injezzjonijiet tal- kokaina u d-dgħufijiet żgħar oħra li għandi. Tabilħaqq dejjem ċanfartni dwarhom u fissirtli l-opinjoni medika tiegħek dwar il-ħsara li jagħmlu lill bniedem dawn il-vizzji tiegħi.”
“Tassew li bqajt skantat narak hemm.”
“Imma mhux daqsi meta jien rajt lilek.”
“Ġejt insib ħabib.” “U jien insib għadu!”“Għadu?”
“Iva, wieħed mill-għedewwa naturali tiegħi, jew aħjar ngħid priża. Fil-qosor, Watson, ninsab fl-aqwa ta’ investigazzjoni mhux tas-soltu. Fittixt li nsib xi ħjiel fit- thewdin ta’ dawn is-sakranazzi. Kieku għarfuni ħajti ma kinitx tkun tiswa uqija loppju għaliex mhux l-ewwel darba li użajt dan il-post fl-istħarriġ tiegħi. Sid l- għorna hu Lascar minn x’imkien fl-Indja li xi ghaxar snin ilu ħarab min fuq il-bastiment li kien bahri fuqu u issa ghandu din l-għorna. Dan il-bicca drap ħazina u fergħ tax-xitan ħalef li jivvendika ruħu minni. Fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-post li ħallejna hemm bokkaport li jagħti għall-kantuniera tal-moll ta’ San Pawl. Kieku dak il-bokkaport seta’ jitkellem kien ikollu bosta stejjer kiefra u tal-waħx x’jirrakkonta x’għadda minnu fl-iljieli bla qamar.”
“X’trid tfisser? Katavri!?”
“Iva, Watson, katavri. Kieku kellna elf sterlina (€60.00) għal kull żvinturat li nqatel hemm ġew jien u int sinjuruni. Hemmhekk hu lok tal-biża’ u l-agħar nassa qattiela li hawn ma’ xatt ix-xmara. Nibża’ li Neville St. Clair daħal hemm u qatt ma ħareġ aktar. Iżda l-karozzella waslet!”
Tefa’ żewġ swaba’ bejn snienu u saffar. Dan is sinjal twieġeb b’tisfira oħra mill bogħod u wara smajna t tektik ta’ roti u n nagħal ta’ żiemel.
“Isa, Watson, ħaffef,” qalli Holmes.
Karettun għoli fil-pront ġie lejna mid-dlam sfiq maqtugħ biss minn żewġ linji ta’ dawl tal fanali tal-karrettun.
“Ġej miegħi, hux?”
“Jekk nista’ nkun ta’ għajnuna.”
“Ħabib li tista’ tafda fih hu dejjem ta’ fejda. U wieħed li jirrakkonta l-ġrajjiet tiegħek hu aktar. Il-kamra tiegħi hi f’The Ceddars u s sodda hija ta’ bi tnejn.”
“The Ceddars?”
“Iva qed noqgħod hemm sakemm nagħmel l-istħarriġ.”
“Fejn jinsab dan il-post?”
“Ħdejn Lee f’Kent.(4) Għandna vjaġġ ta’ seba’ mili quddiemna.”
“Iżda jien ma naf xejn.”
“Dażgur li ma taf xejn iżda dalwaqt ngħidlek. Itla’ ejja! Għaġġel ħa mmorru,Lip 04 Watson . Hawn nofs kuruna (€40.00) John. Għada fittixni għal xi l-ħdax. Ejja, tlaqna! Saħħa John, narak għada.”
“Għaddejna b’ħeffa minn toroq vojta, monotoni, u mudlama li ma jispiċċaw qatt. Twessgħu bil-mod sakemm għaddejna bejn il-balavostri tal-pont fuq xmara skura u maħmuġa bilkemm tiċċaqlaq. Kif ħallejna l-pont stajt nara ġungla wiesgħa ta’ briks u siment. Is-skiet kien miksur biss bil-passi tqal u regolari ta’ xi kuntistabbli waqt ir-ronda ta’ billejl jew il-kant u l għajat ta’ xi ċorma nies li sa dak il ħin kienu għadhom ma xebgħux jitbagħardu. Fis-sema rajt sħab ħafif, u xi stilel jiddu kemm kemm bejn sħaba u oħra. Holmes saq fis-skiet b’rasu baxxuta fuq sidru, b’dehra ta’ raġel medhi fi ħsibijietu. Jien poġġejt ħdejh kurjuż biex inkun naf xi ħaġa dwar din l-avventura ġdida, li milli jidher kienet qed tkun ta’ sfida għall-ħiliet tiegħu, imma peress li ma ridtx infixklu ma tkellimtx. Konna soqna bosta mili u dħalna f’tarf zona kollha vilel suburbani meta Holmes qisu qam, ħarrek lilu nnifsu, mattar spallejh, u kebbes il-pipa bl-arja ta’ wieħed kuntent bih innifsu u moħħu mistrieħ li qed jaqdi dmiru mill-aħjar.
“Għandek id-don kbir tas-skiet, Watson,” qalli. “Dan jagħmlek ħabib imprezzabbli. Fuq kelmti ngħidlek, kemm hu siewi li jkollok xi ħadd ma’ min titkellem, aktar u aktar meta l-ħsibijiet ma jkunux sbieħ. Kont qed naħseb x’ser naqbad ngħid illejla lil dik il mara żagħżugħa u tal-galbu meta tilqagħni fil-bieb.”
“Insejt li ma naf xejn fuq dan kollu li qed tgħidli?”
“Għandi biss ħin biex nagħtik il-fatti tal-każ qabel ma naslu Lee. Mill-ewwel impressjoni jidher li hu każ kważi tad-daħk, iżda minkejja dan ma nistax naqbad tarf. Hemm ħafna spag iżda ma nistax naqbad tarf wieħed. Ħa ngħidlek il-każ ċar u fil-qosor forsi tara xi xaqq dawl fejn għalija kollox hu dlam.”
“Mela ibda.
“Xi snin ilu – eżattament f’Mejju tal-1884 – ġewwa Lee wasal ġentlom bl-isem ta’ St. Clair, li deher li kellu ħafna flus. Ħa villa kbira, irranġaha sew, għamel xogħol fl- art ta’ madwarha, u beda jgħix ħajja komda. Maż-żmien għamel ħbieb man-nies tal-inħawi, fl-1887 iżżewweġ it-tifla ta’ wieħed li jagħmel il-birra u minn dan iż- żwieġ twieldu żewġt itfal. Xogħol m’għandux iżda għandu bosta interessi f’ħafna kumpaniji, u bħala drawwa filgħodu jitlaq minn Lee u jiġi lura għal xi l-ħamsa u kwart minn Cannon Street. St. Clair għandu 37 sena, ma jixrobx, jirrispetta u jħobb lil-martu, imġennen fuq uliedu, u hu miġjub ħafna mill-ġirien. Nista’ ngħidlek ukoll li sirt naf li għandu dejn li jammonta għal 88 lira sterlina (€5,500) iżda fil-Capital and Counties Bank għandu depożiti ta’ 220 lira sterlina (€13,500). Dan jixhed li m’għandux inkwiet finanzjarju.
Issa nhar it-Tnejn li għadda St. Clair telaq aktar kmieni mid-dar għaliex, kif qal lil martu, kellu jagħmel xi żewġ qadjiet u meta jiġi lura kien ser iġib ġugarell lit-tifel iż-żgħir. Għalkollox bla mistenni, ftit wara li telaq, martu rċiviet telegramma. Din għarrfitha li fl-uffiċċji tal-Aberdeen Shipping Company kien hemm jistennieha pakkett ta’ valur. Issa jekk int midħla ta’ Londra taf li l-uffiċċji ta’ din il-kumpanija jinsabu fi Fresno Street li tagħti lejn Upper Swandam Lane fejn sibtni. F’nofsinhar is-Sinjura St. Clair kielet xi ħaġa, u telqet lejn il Belt. Kif waslet għamlet xi xiri u marret lejn l-uffiċċji tal-kumpanija minn fejn ġabret il-pakkett. Preċiż fl-4.35pm kienet għaddejja minn Swandam Lane fi triqitha lejn l-istazzjon. Fhimtni s’issa?”
“Ċar daqs il kristall.”
“Tajjeb, mela ħa nkompli. Jekk tiftakar sew nhar it-Tnejn kien jum ta’ sħana taqli l- ankri, u s-Sinjura St. Clair imxiet bil-mod, tħares ’l hinn u ’l hawn biex forsi ssib xi karozzella għall-kiri għaliex l-inħawi fejn sabet ruħha ma tantx għoġbuha. F’daqqa waħda tisma’ għajta. Inħasdet waħda sew, hekk kif dawret wiċċha rat lil żewġha jħares ’l isfel lejha minn tieqa tat-tieni sular, u kif setgħet tifhem beda jagħmlilha s- sinjal biex tmur ħdejh. It-tieqa kienet miftuħa u hi żgura li rat wiċċu, li skond hi kien mifxul sew. Hu beda jxejrilha bla sabar qisu wieħed mitluf. F’daqqa waħda għeb mit-tieqa qisu miġbud lura minn forza ta’ saħħa kbira. Punt stramb li ġibdilha l-attenzjoni kien li għalkemm kien liebes kowt skur bħal dak li ħareġ bih mid-dar, la kien liebes għonq u lanqas ingravata.
Lip 05Hi soda fil-fehma tagħha li żewġha kien ġralu xi ħaġa. Marret tiġri lejn id-dar li ratu fiha u niżlet it-taraġ. Dik id-dar ma kinitx għajr dik l-għorna tal-loppju fejn sibtni llejla. Hi daħlet tiġri ġewwa u għamlet ħilitha titla’ t-taraġ li jagħti għall- ewwel sular. Fin-naħa ta’ isfel tat-taraġ iltaqgħet ma’ dak il-brigant ta’ Lascar li kellimtek dwaru. Dan l-indimunjat imbuttaha lura u megħjun minn Daniż fattiga tiegħu tefgħuha barra t-triq. Imbeżżgħa, ma tafx x’ser taqbad tagħmel u moħħha kollu ħsibijiet koroh ġriet lejn in-naħa ta’ isfel tal-isqaq. Kellha x-xorti tajba li fi Fresno Street tiltaqa’ ma’ numru ta’ pulizija u spettur kollha fi triqithom lejn ir- ronda rispettiva tagħhom. L-Ispettur u żewġ pulizija marru lura magħha u minkejja t-tfixkil ma jaqta’ xejn tas-sid huma rnexxielhom jidħlu fil-kamra fejn St. Clair deher l-aħħar. Ma kien hemm ebda ħjiel tiegħu. Fis-sular kollu ma kien hemm ħadd ħlief tallab magħtub li kellu dehra tal-biża’, li milli jidher kien jgħix hemm. Kemm dan it-tallab kif ukoll Lascar ħalfu bil-qawwa kollha li waranofsinhar ma kien hemm ħadd fil-kamra. Tant kienu sodi fiċ-ċaħda tagħhom li l-Ispettur ma kienx jaf x’ħa jaqbad jagħmel, u kien qisu ħa jaqbad jemmen li Mrs St. Clair kienet rat ħażin u qarrqet biha nnifsha. Imma f’daqqa waħda hi għajtet għajta, ħatfet kaxxa żgħira li kien hemm fuq il-mejda u qattgħetilha l-għatu. Minnha waqgħu salt blokki żgħar tal-injam li jilagħbu bihom it-tfal. Kien il-ġugarell li St. Clair kien wiegħed lit-tifel. Din is-sejba u l-ħasda li wera l-magħtub ġiegħlu lill-Ispettur jifhem li qagħda kienet imwiegħra. Saret tfittxija bl-akbar reqqa fil-kmamar, u kollox kien juri li kien sar xi delitt ħani. Il-kamra ta’ quddiem tintuża bħala salott, u minnha wieħed imur f’kamra tas-sodda żgħira li tħares lejn in naħa ta’ wara ta’ wieħed mill-mollijiet. Bejn it-tieqa tal-kamra tas-sodda u l-moll hemm triq dejqa ħafna li meta l-livell tal-baħar jew il-marea tkun baxxa din tkun niexfa, iżda meta l-livell ikun għoli tkun mgħarrqa f’madwar erba’ piedi u nofs ilma. It-tieqa tal- kamra tas-sodda hi wiesgħa u tinfetaħ minn taħt. Meta flewha aktar bir-reqqa sabu sinjali ta’ demm fuq il-ħoġor tagħha, u bosta qtar mal-art. Moħbijin wara purtiera kien hemm il-ħwejjeġ kollha ta’ St. Clair barra l-kowt. Iż-żraben, il kalzetti, u l-arloġġ kollha kienu hemm. Fuq il-ħwejjeġ ma kienx hemm xhieda li twettqet xi ħruxija fuq Mr Neville St. Clair. Kif dehru l-affarijiet hu ħareġ mit-tieqa għaliex ma sabu l-ebda ħjiel ta’ ħruġ ieħor. Il-marki tad demm fuq ħoġor it-tieqa ftit setgħu jagħtu tama li salva lilu nnifsu bl-għawm għaliex fil ħin tat-traġedja l- baħar kien fl-ogħla livell tiegħu.
Issa niġu għal dak il-brikkun li jidher li huwa mdaħħal sew f’din il-biċċa. Lascar hu magħruf bħala bniedem b’karriera twila u mill agħar fid-dinja tal kriminalità, iżda skont kif qalet Mrs St. Clair hu kien isfel fil-bidu tat-taraġ ftit sekondi biss wara li żewġha deher mit-tieqa, u allura qajla seta’ jkun li ħa sehem fid-delitt. Hu ddefenda ruħu billi saħaq li ma kien jaf xejn u li ma kellu ebda idea ta’ x’jagħmel Hugh Boone, li kien joqgħod hemm. Kif tista’ taħseb ma kienx jaf jispjega għaliex il ħwejjeġ ta’ St. Clair instabu hemm.
Dak li kellu xi jgħid Lascar. Issa niġu għal dak il-mingħul ta’ magħtub li jgħix fit- tieni sular ta’ dik il-bejta tal-loppju u li żgur hu l-aħħar bniedem li ra lil St. Clair ħaj. Jismu Hugh Boone u għandu wiċċ jkexkxek. Min hu midħla ta’ Londra jafu sew. Boone hu tallab professjonali iżda biex idur mar-regolamenti tal-Pulizija jagħmilha li għandu negozju żgħir ta’ bejgħ tas-sulfarini tax-xemgħa. Xi ftit bogħod minn Threadneedle Street, fuq in-naħa tax-xellug, forsi stajt tara rokna żgħira fil-ħajt. Kuljum jintefa’ hemm, isallab saqajh, u jibda jbigħ is-sulfarini li jkunu f’ħoġru. Peress li d-dehra tiegħu hi waħda li ġġiblek ħniena, xita ta’ karità tinżel fil-beritta maħmuġa li jkollu quddiemu. Rajt lil dan ir raġel kemm il-darba iżda qatt ma daħalli f’moħħi li ħa nsir nafu b’mod professjonali. Ngħid is-sewwa kont mistagħġeb kemm ikollu ħsad abbundanti f’ħin daqshekk qasir. Trid tifhem li d-dehra tiegħu tolqot tant li ħadd ma għandu l-qalb jgħaddi minn ħdejh u ma jagħtix kasu. Għandu xagħru ġinġer fuq wiċċ bajdani sfigurat b’farrett terribbli li jiġbidlu xofftu ta’ fuq lejn imnieħru bħal geddum ta’ buldog. Għandu par għajnejn skuri li qishom qed iħarsu ġewwa ruħek, il-lewn tagħhom ma jaqbel xejn ma’ dak ta’ xagħru. B’riħet dan hu jidher ħafna aktar mil-bqija tat-tallaba l-oħra. Hu għandu moħħu tajjeb dejjem lest b’risposta meta xi ħadd jipprova jgħaddih biż- żmien. Issa nafu li dan kien qed joqgħod fuq dik l-għorna tal-loppju u li hu kien l- aħħar bniedem li ra ħaj ’il-ġentlom li qed infittxu.”
“Imma bniedem magħtub,” għedtlu, “x’seta’ jagħmel waħdu kontra bniedem fl-aqwa ta’ saħħtu?”
“Hu magħtub fis-sens li jzappap iżda fi ħwejjeġ oħra jidher bniedem f’saħħtu u jieħu ħsieb tiegħu nnifsu. Bla dubju, Watson, l-esperjenza medika tiegħek tgħidlek li jekk id jew sieq tkun dgħajfa, din tiġi kompensata b’saħħa kbira fl-oħra.”
“Jekk jogħġbok kompli għidli.”
“Mrs. St. Clair ħassha ħażin kif rat id-demm fuq il-ħoġor tat-tieqa u l-pulizija ħaduha d-dar għaliex hemmhekk kienet qed tfixklilhom l-istħarriġ. L-Ispettur Burton ħa l-każ f’idejh u reġa’ fittex fil-post b’reqqa kbira, iżda xorta ma sab xejn li seta’ jitfa’ dawl fuq dak li ġara. Żbaljaw meta ma arrestawx lil Boone fil-pront u b’hekk tawh ftit minuti fejn seta’ jitkellem ma’ sieħbu l-lascar. L-għelt malajr irranġawh għaliex inqabad u ġie mfittex iżda ma sabu xejn fuqu li seta’ jinkriminah. Tabilħaqq kien hemm xi marki tad-demm fuq il-komma tal-qmis iżda wrihom sebgħu fejn jitpoġġa ċ-ċurkett u qal li meta qata’ difru mess il-laħam u għalhekk kellu d-demm fuq il-qmis. Hu kompla jfiehem li d-demm fuq il-ħoġor tat- tieqa hu ta’ sebgħu wkoll għax mar fit-tieqa. Għal darba oħra ċaħad bil-qawwa li qatt ra lil Mr. Neville St. Clair u ħalef li l-ħwejjeġ tiegħu fil-kamra huma misteru għalih daqs kemm huma għall-Pulizija. Boone saħaq li Mrs. St. Clair, jew hija miġnuna jew kienet qed toħlom meta sostniet li rat lil żewġha fit-tieqa. Ħaduh l- għassa jipprotesta u għamel frattarija sħiħa sakemm qafluh. Fl-istess ħin l-Ispettur baqa’ fuq il-post bit-tama li l-lejl li kien riesaq iġib miegħu xi ħjiel ġdid.
Fil-fatt, għalkemm ma’ xatt ix-xmara ma sabux dak li beżgħu li ħa jsibu. Sabu l- kowt ta’ Neville St. Clair imma mhux lil Neville St. Clair. Il kowt instab hekk kif il- baħar reġa’ lura u l-art ixxuttat. U x’taħseb li sabu fil bwiet tal kowt?”
“M’għandix idea.”
Lip 06“Le, ma naħsibx li taqta’. Kull but tal kowt kien mimli soldi u nofs soldi – eżattament erba’ mija u għoxrin sold, u mitejn u sebgħin nofs sold (€140). Issa tifhem għaliex il-kowt tkaxkar mill-baħar. Iżda ġisem ta’ bniedem hu differenti. Bejn il-moll u d-dar hemm kurrent qawwi u allura jista’ jkun li l-kowt imtaqqal mill-muniti  baqa’ hemm, iżda l-ġisem mingħajr kowt inbela’ mix-xmara.”
“Imma kif fhimtek qabel, il-bqija ta’ ħwejġu kienu fil-kamra. Ġisem ikun liebes kowt biss?”
“Għandek raġun iżda din hija s-sensiela tal-fatti li jagħmlu storja plawsibbli. Ejja nissoponu li dan Boone waddab lil St. Clair mit-tieqa. Ħadd ma seta’ jara d-delitt isir. X’ħa jagħmel wara? Żgur li nduna li jrid jeħles mill-ħwejjeġ li jistgħu jinkriminawh. Mela, jaqbad il-kowt u kif ħa jwaddbu ’l-barra jinduna li dan hu ħafif wisq biex jegħreq. Għandu ftit ħin, bl-argument t’isfel meta Mrs. St. Clair għamlet ħilitha titla’ t taraġ, u forsi anki sar jaf minn Lascar li l-Pulizija kienu ftit bogħod mid-dar. Ma hemmx sekonda x’jitlef. Imur jiġri lejn xi ħażna sigrieta ta’ flus li kien ġemma’ mill-qligħ tax-xogħol tiegħu ta’ tallab. Jaqbad kemm jista’ jkun munuti u jimla l-bwiet tal-kowt ta’ St. Clair. B’hekk ikun żgur li dan jegħreq u jitfgħu ’l barra. Kien se jagħmel hekk bil-ħwejjeġ l-oħra wkoll kieku ma semax in- nies telgħin jiġru t-taraġ u kellu ħin biss jagħlaq it-tieqa hekk kif dehru l Pulizija.”
“Ċertament tagħmel sens.”
“Tajjeb, mela ejja ngħidu li sar hekk fin-nuqqas ta’ verżjoni oħra li tagħmel aktar sens. Boone, kif għedtlek, ġie arrestat u meħud l-għassa iżda ma kien hemm xejn x’juri li fl-imgħoddi tiegħu kien ħati ta’ xi reat. Għal snin kulħadd kien jafu bħala tallab professjonali iżda ħajtu kienet tidher kwieta u bla ħtija. Din hija l-qagħda s’issa. Dawn huma l punti  mħawwda li rridu nagħtu sens loġiku. Neville St. Clair x’kien qed jagħmel f’dik l-għorna tal-loppju? X’sar minnu meta kien hemm? Fejn jinsab issa? Hugh Boone x’kellu x’jaqsam mal-għejbien tiegħu? B’xorti ħażina dawn il-mistoqsijiet għad m’għandhomx tweġiba. Ngħidlek is sewwa fl-esperjenza tiegħi qatt ma niftakar każ li għall-ewwel deher daqshekk ħafif u issa qed joħloqli tant taħwid.”
Waqt li Sherlock Holmes qagħad jispjegali d-dettalji ta’ dan il każ uniku konna għadna nduru mat-truf ta’ Londra sakemm ħallejna l aħħar djar warajna u sibna ruħna fil-kampanja. Kif spiċċa jitkellem għaddejna minn żewġ irħula fejn wieħed seta’ jara dawl inemnem f’xi twieqi.
“Ninsabu fil-limiti ta’ Lee,” qalli Holmes. “Biex wasalna hawn għaddejna minn tliet reġjuni, bdejna f’Middlesex,(5) imbagħad għaddejna minn parti ta’ Surrey,(6) u issa qegħdin Kent. Qed tarah dak id-dawl qalb is siġar? Dak hu The Cedars u biswit il-lampa hemm mara ħerqana li diġà semgħet l-ħoss taż-żiemel tagħna.”
“Imma għaliex mhux qed tistħarreġ il-każ minn Baker Street?”
“Għaliex għandi bżonn nixtarr xi affarijiet fuq il post. Mrs. St. Clair ġentilment offrietli żewġ kmamar għall-użu personali tiegħi. Tista’ sserraħ rasek li ħa tilqgħek bi pjaċir. Nobgħod niltaqa’ magħha, Watson, meta m’għandi xejn x’ngħidilha fuq żewġha.”
Waqafna quddiem il-faċċata ta’ villa kbira mdawra b’medda wiesgħa ta’ art propjetà ta’ St. Clair. Tifel li jieħu ħsieb iż-żwiemel ħareġ jiġri mill-istalla. Jien inżilt u segwejt lil Holmes f’mogħdija miksija biż-żrar li tagħti għall villa. Kif konna qrib, il-bieb infetaħ beraħ u ħarġet mara żgħira xagħarha isfar liebsa xi ħaġa tax- xifon. Il-figura tagħha kienet qed tgħatti d-dawl tal-intrata. Kellha id-waħda fuq il- bieb u l-oħra nofsha mtellgħa b’xeħta ta’ waħda ħerqana, suritha kemm kemm mgħawġa, rasha u wiċċha sporġuti ’l barra, b’xufftejn miftuħa u għajnejn inkwetati. Kollox wera li kienet f’tensjoni kbira tistenna xi aħbar.
“Allura?” qaltlu, “allura?”
Meta rat li konna tnejn, għajtet għajta ta’ tama li spiċċat f’karba meta rat lil-sieħbi jxengel rasu u jerfa’ spallejh.
“M’hemmx aħbarijiet tajbin?”
“Xejn.”
“Lanqas ħżiena?”
“Le.”
“Niżżu ħajr lil Alla għal dan. Naħseb tinsab għajjien, kellek ġurnata twila.”
“Dan hu l-ħabib tiegħi, Dr Watson. Kien ta’ għajnuna kbira għalija f’bosta każi u b’xorti tajba stajt inġibu miegħi biex jingħaqad miegħi fl-istħarriġ.”
“Qed nieħu pjaċir narak,” qaltli waqt li ħaditli b’idejja. “Naħseb li taħfirli jekk l- arranġamenti mhumiex kif tixtieqhom. Tifhem x’inkwiet għandna b’dak li ġaralna ħabta u sabta.”
“Sinjura,” għedtilha, “jien suldat antik u għaddejt minn bosta battalji. Imma anki li ma kontx nista’ nara li ma hemm bżonn l-ebda apoloġija min naħa tiegħek. Jekk nista’ nkun ta’ għajnuna għalik jew għal-sieħbi nkun tabilħaqq kuntent.”
“Issa Mr Sherlock Holmes,” qaltlu l mara kif dħalna fil-kamra tal-ikel u rajna l- mejda lesta b’ikla kiesħa. “Nixtieq nistaqsik xi żewġ domandi  ħfief li għalihom nitolbok tagħtini tweġiba diretta u bla tlaqliq.”
“Iva, għidli Sinjura.”
Lip 07Tħabbilx rasek li tweġġagħli qalbi, m’iniex isterika u lanqas waħda li għal kull ħaġa ta’ xejn iħossha ħażin. Nixtieq mingħajr kliem żejjed inkun naf sinċerament int x’taħseb.”
“Fuq liema punt?”
“Fil-qalb ta’ qalbek, taħseb li Neville għadu ħaj?”
Sherlock Holmes deher mifxul bid domanda.
“Tigdibx miegħi!” saħqet, dritta fuq it-tapit u tħares ħerqana lejh hekk kif kien bilqiegħda f’pultruna tal-qasab
“Mela, fis sewwa ngħidlek li ma naħsibx.”
“Taħseb li hu mejjet?”
“Hekk naħseb.”
“Inqatel?”
“Ma għedtx hekk iżda jista’ jkun.”
“U f’liema ġurnata tilef ħajtu?”
“Nhar it-Tnejn.”
“Mela, Mr Holmes, forsi tieħu paċenzja bija u tkun ġentili tgħidli kif illum irċevejt din l-ittra mingħandu?”
Lip 08Holmes tar minn fuq il-pultruna qisu ħa xi qatgħa.
“X’inhu?” għajjat.
“Iva llum,” qaltlu bi tbissima bl-ittra f’idha.
“Nista’ naraha?”
“Dażgur.”
Ħatafhielha minn idha, għamilha fuq il-mejda, ġab lampa u flieha sew. Jien qomt minn fuq is-siġġu u ħarist minn wara spallejh. L-envelop kien wieħed ordinarju, ta’ kwalità ħażina, bit-timbru postali ta’ Gravesend, bid-data ta’ dik il-ġurnata, jew aħjar tal-ġurnata ta’ qabel għaliex nofsillejl kien ilu li daqq. L-envelop bl-indirizz kien fih envelop iżgħar ġo fih.
“Il kaligrafija xejn mhi pulita,” lissen Holmes. “Żgur mhux kif jikteb żewġek Sinjura.”
“Le, tabilħaqq. Imma l ittra l-oħra fl-envelop hi tiegħu.”
“Ikolli ngħid li min kiteb l-indirizz fuq l-envelop kellu jmur jistaqsi x’kien l indirizz.”
“Kif tista’ tgħid dan?”
“Kif qed tara l-isem hu miktub tajjeb b’inka sewda li issa nixfet. Il-bqija tal-indirizz hu ta’ lewn jagħti fil-griż. Dan juri li hawn intużat il-kartaxuga. Kieku kollox inkiteb f’daqqa u tnixxef bix-xuga xejn ma kien ikun iswed. Min kiteb l ittra, l- ewwel kiteb l-isem imma għadda l-ħin qabel inkiteb l indirizz. Dan ifisser li min imposta l-ittra ma kienx jaf l-indirizz. Tabilħaqq ċuċata iżda kif dejjem ngħid ma hemm xejn iżjed ta’ ħtieġa minn ċuċati meta tkun qed tistħarreġ. Ejja naraw l-ittra issa, ħa nara l envelop iż żgħir bin nota.”
“Iva, kif għedtlek u magħha kien hemm iċ-ċurkett tas-siġill tiegħu.”
Holmes fela sew in-nota u staqsieha, “Tabilħaqq temmen li din hi l-kaligrafija ta’ żewġek?”
“Waħda minnhom,” wieġbet Mrs St. Clair.
“Waħda minnhom?” staqsieha Holmes mifxul bit-tweġiba.
“Iva, dik hija l-kaligrafija tiegħu meta jikteb bil-ħeffa. Xejn m’għandha x’taqsam mill-kaligrafija li mdorri jikteb iżda jien nagħrafhom it-tnejn sew.”
In-nota kienet tgħid hekk:
‘Għażiża tiegħi, tibża’ xejn, kollox ħa jintemm b’wiċċ il-ġid. Sar għelt kbir li ser jieħu naqra żmien biex jissewwa. Ħu paċenzja u stenna. Neville.’
Din kienet miktuba fuq flyleaf (7) vojta maqtugħa minn ktieb ta’ qies octavo(8) u mingħajr watermark.(9)
“Hum! Impustata llum fi Gravesend minn raġel bil-belem maħmuġ. U l-envelop ingħalaq bir-riq, u jekk mhux sejjer żmerċ minn xi ħadd li jomgħod it-tabakk. Sinjura m’għandek ebda dubju li din in nota kitibha żewġek?”
“Xejn. Dik in-nota kitibha Neville.”
“U ntbagħtet llum minn Gravesend. Mela, Mrs St. Clair, l-ajru qed jiċċara ħafna għalkemm ma rridx nazzarda ngħid li l-għawġ għadda.”
“Mela żgur għadu ħaj, Mr Holmes.”
“Jekk din in-nota mhiex qarrieqa, xogħol xi ħadd jilħaqlu ħafna biex ifixkilna. Fil fatt iċ-ċurkett ma jfisser xejn, seta’ ħadhulu xi ħadd.”
“Le, le, il-kaligrafija hija tiegħu,” kompliet tisħaq bil-qawwa Mrs St. Clair.
“Kollox sew, iżda n-nota setgħet inkitbet nhar it-Tnejn u mpustata llum.”
“Jista’ jkun,” għedt.
“F’dan il-każ setgħu nqalgħu ħafna affarijiet.”
“Taqtagħlix qalbi Mr Holmes. Naf ċerta li jinsab qawwi u sħiħ. Teżisti rabta kbira bejnietna li żgur inkun naf jekk jinqalagħlu xi ħaġa. Fl-aħħar jum li rajtu qata’ subgħajh. Jien kont fil kamra tal ikel, tlaqt kollox minn idi u ġrejt fuq żgura li kien ġralu xi ħaġa. Taħseb li nagħmel hekk għal tentufa bħal dik u ma nħossx li żewġi hu mejjet?”
“Rajt ħafna biex ma nagħrafx il-fatt li l-intuwizzjoni ta’ mara tista’ tkun aktar siewja mill-opinjonijiet ta’ ħassieb analitiku. U din l-ittra hija xhieda soda li ssaħħaħ dak li temmen int. Iżda jekk żewġek hu ħaj u kitiblek l-ittra għaliex qed jibqa’ mifrud minnek?”
“Ma nistax nimmaġina. Lanqas naħsibha ma rrid.”
“Nhar it-Tnejn ma qallek xejn qabel ma telaq?”
“Xejn”
“Inħsadt li rajtu fi Swandam Lane?”
“Ħafna.”
“It-tieqa kienet miftuħa?”
“Iva”
“Mela seta’ għajjatlek.”
“Iva, seta’.”
“Iżda kif nista’ nifhem, għajjat xi ħaġa li ma fissret xejn.”
“Iva.”
“Jista’ jkun li ħsibt li kienet xi għajta għall-għajnuna?”
“Iva, beda jxejjer idejh.”
“Imma setgħet kienet għajta ta’ skantament. Forsi baqa’ miblugħ bid-dehra tiegħek mhux mistennija u tefa’ jdejh fuq rasu.”
“Għandu mnejn.”
“U inti ħsibt li ġie miġbud lura?”
“F’daqqa waħda ma deherx aktar.”
“Seta’ qabeż lura. Int ma rajt lil ħadd fil-kamra?”
“Le, imma dak il-bniedem tal-waħx stqarr li hu kien hemm u Lascar kien isfel fil- bidu tat-taraġ.”
“Sewwa qed tgħid. Ir-raġel tiegħek, skond kemm stajt tara int, ħareġ mid-dar bil- ħwejjeġ normali?”
“Iżda bla għonq u ingravata. Niftakar sew li rajtlu għonqu mikxuf.”
“Qatt tkellem fuq Swandam Lane?”
“Qatt.”
“Qatt wera xi sinjali li jieħu l-loppju?”
“Le, le, xejn minn dan.”
“Grazzi Mrs. St. Clair. Dawk huma l-punti ewlenin li akkost ta’ kollox ridt inkun naf sew. Issa bil-permess tiegħek nitrejqu ftit u wara nirtiraw għall-lejl. Għada għandna ġurnata xogħol mhux ħażin.”
Kellna sodda ta’ bi tnejn kbira u komda, u malajr dħalt taħt il-lożor. Kont għajjienLip 09 wara dak kollu li għaddejt minnu dik il-lejla. Mill banda l oħra Sherlock Holmes kien bniedem li meta jkollu quddiemu xi saram iebes li ma jkunx għadu sablu rkaptu, seta’ jibqa’ mqajjem mingħajr mistrieħ għal ġranet sħaħ, saħansitra ġimgħa sħiħa. Moħħu jkun medhi mhux fuq l-irqad iżda li jgħarbel il fatti li jaf u jħares lejn il-każ minn xejriet differenti sakemm isib xi tarf jew ikun ċert miegħu nnifsu li t-tagħrif li għandu hux biżżejjed jew le. Mill-ewwel indunajt li Holmes kien ser jgħaddi lejl imqajjem. Neħħa l-kowt u l-ġlekk, libes dressing gown kaħla u dar mal-kamra jiġbor l-imħaded minn fuq is sodda u s-sufan. B’dawn għamel qisu divan orjentali u ntefa’ fuqu b’saqajh imsallbin bil-borża tat-tabakk u kaxxa sulfarini quddiemu. Fid-dawl baxx tal-lampa rajtu bil-pipa f’ħalqu, għajnejh iħarsu ċassi lejn rokna fis-saqaf, bid-duħħan kaħlani jdur miegħu, sieket, mingħajr ma jiċċaqlaq bid-dawl jiddi fuq il-fattizzi Rumani tiegħu. Għajnejja marru bija u qomt maħsud b’għajta. Rajt id-dawl tax-xemx sajfija jiddi fl-appartament. Holmes kien għandu bil-pipa f’ħalqu u d-duħħan li mela l kamra bil-foga kien qed  iserrep mal-kamra. Mit tabakk li kellu l-jum ta’ qabel ma kien baqa’ xejn.
“Qomt Watson?” staqsieni.
“Iva,” irrispondejtu.
“Għandek aptit immorru dawra dalgħodu.”
“Mela le.”
“Mela ilbes. Ħadd fid-dar għadu ma qam, iżda naf fejn jorqod it-tifel li jieħu ħsieb l istalla u malajr ikollna l-karettun lest.”
Beda jidħak u meta tkellem għajnejh bdew ileqqu u deher bniedem differenti mill- ħassieb inkwetat tal-lejl ta’ qabel. Waqt li kont qed nilbes tajt daqqa ta’ għajn lejn l- arloġġ. Mhux ta’ b’xejn kulħadd kien għadu rieqed. Kienu biss l-erbgħa u ħamsa u għoxrin minuta. Bilkemm kont lest meta Holmes ġie lura u tarrafli li t-tifel kien qed jarma ż żiemel.
“Irrid nara kemm hi tajba t-teorija li għandi,” qalli waqt li libes iż żarbun. “Ikolli ngħid, Watson, li int qiegħed quddiem wieħed mill ikbar ċwieċ li hawn fl Ewropa. Jistħoqqli niġi mogħti bis-sieq minn hawn sa Charing Cross.(10) Fl-istess ħin naħseb li sibt iċ-ċavetta li tiftaħ beraħ din it taħbila tal-moħħ.”
“U fejn hi din iċ-ċavetta?” staqsejtu bi tbissima.
“Fil-kamra tal banju,” weġibni. “Iva, mhux qed niġbidlek saqajk,” tenna meta rani li ma kontx qed nemmnu. “Għadni kemm kont hemm u ħadtha, u issa qiegħda fil bagalja tal-ġilda. Ejja, sieħbi, ħa naraw jekk din iċ-ċavetta taqbilx mas-serratura.”
Inżilna isfel fis-skiet u ħriġna barra fid-dawl tax xemx. Kien hemm iż-żiemel u l- karettun jistennewna mat-tifel tal-istalla li kien nofsu liebes. Tlajna niġru fuq il- karettun u tlaqna sparati lejn Londra. Aħna u sejrin rajna karettuni oħra bil-ħaxix u frott bħalna fi triqithom lejn il-metropoli. Iżda l-vilel fuq kull naħa tat-triq kienu siekta u bla ħajja qishom xi belt f’ħolma.
“Il każ kellu xejriet mhux tas-soltu,” qalli Holmes, jixpruna ż-żiemel għall-gallopp. “Ngħid is-sewwa kont għama daqs talpa.(11) Imma aħjar titgħallem tard milli qatt.”
F’Lee, fit-twieqi rajt li dawk li qamu kmieni kienu għandhom bi ngħas. Soqna lejn in-naħa ta’ Surrey, inżilna lejn il pont ta’ Waterloo, qsamna x-xmara, dorna bil- ħeffa lejn il-lemin u dħalna f’Wellington Street. Hekk kif ħriġna minnha sibna ruħna f’Bow Street.(12) Sherlock Holmes kien magħruf sew mal-Pulizija, u żewġ kuntistabbli li kienu mal-bieb sellmulu. Wieħed żamm iż żiemel u l ieħor uriena t triq.
“Min hu għassa?” staqsa Holmes.
“L Ispettur Bradstreet, Sir.”
“Hawn hu. Kif int?”
Uffiċjal twil u qawwi niżel il-passaġġ magħmul minn ċangaturi żgħar tal-ġebel, b’beritta bil-pizz u ġlekk.
“Għandi bżonn inkellmek Bradstreet.”
“Mela le, Mr Holmes. Għaddu fl uffiċċju tiegħi.”
L-uffiċċju kien kemxejn żgħir u fuq l-iskrivanija kien hemm reġistru kbir u telefon imdendel mal-ħajt. L-Ispettur poġġa wara l-iskrivanija.
“Kif nista’ ngħinek Mr Holmes?”
“Ġejt dwar dak it-tallab Boone, dak li ġie mixli li kellu x’jaqsam mal-għejbien ta’ Mr Neville St. Clair li joqgħod Lee.”
“Iva ġabuh hawn u żammewh għal aktar stħarriġ.”
“Hekk smajt. Għadu hawn?”
“Fiċ-ċella.”
“Kif qed iġib ruħu?”
“Kwiet għax ma jaqlax inkwiet. Iżda kemm hu maħmuġ ħej!”
“Maħmuġ?”
“Ħafna. Ikollna biċċa xogħol biex inġegħluh jaħsel idejh u wiċċu, u iswed daqs landier. Meta l-każ jinqata’ l ewwel ma nagħmlu hu nagħtuh bajnu kif imiss. Naħseb kieku tarah taqbel miegħi li għandu bżonn wieħed mill-aktar fis.”
“Nixtieq ħafna narah,” qallu Holmes.
“Trid tarah? Mela le, nista’ naqdik mingħajr xkiel. Ejja miegħi. Tista’ tħalli l-bagalja hawn.”
“Jekk ma jimpurtax neħodha miegħi.”
“Tajjeb ħafna. Għaddi minn hawn jekk jogħġbok.”
Għaddiena minn kuritur, fetaħ bieb, inżilna garigor u sibna ruħna f’passaġġ imbajjad b’ringiela bibien fuq kull-naħa.
“Iċ ċella ta’ Boone hija t tielet waħda fuq il-lemin,” qalilna l-Ispettur.
“Hawn hi ċ-ċella tiegħu!”
Malajr fetaħ it tieqa żgħira li jkollhom il bibien taċ ċelel u ta daqqa ta’ għajn ġewwa.
“Rieqed,” qallu lil Holmes, “tista’ tarah sew.”
Lip 10It-tnejn ħarisna mit-tieqa tal-bieb. Il-priġunier kien mimdud wiċċu lejna, rieqed fil fond, jieħu n-nifs bil-mod imma u fil-fond. Kien raġel ta’ tul medju, liebes zmattat bħat-tallab li kien, bi qmis kulurita ħierġa ’l barra minn fetqa li kellu fil- ġlekk imċerċer li kien liebes. Kif qal l-Ispettur kien maħmuġ ħafna iżda l-ħmieġ li kellu ma setax jogħstor l-kruha ta’ wiċċu. Kellu farrett minn xi ferita antika li minn għajnu kien jasal sa geddumu. Il-farrett kien jiġbed xofftu ta’ fuq lejn imnieħru, u   b’hekk kellu tliet sinniet dejjem jidhru tant li wiċċu kellu dehra ta’ rabja, qisu xi kelb qed jheżżeż snienu. Xagħru ġinġer kien imħabbel u twil u għattielu ġbinu u għajnejh.
“Ara x’għaxqa Mr Holmes,” qal Bradstreet bi tbissima.
“Tabilħaqq għandu bżonn ħasla,” qallu Holmes. “Issoponejt li kien ħa jkollu bżonn għarka sew, u ħadt il-libertà li nġib l-għodda miegħi.”
Fetaħ il-bagalja u waqt li tkellem, b’sorpriża kbira tagħna, ħareġ sponża kbira tal- banju.
“Tħobb tiċċajta,” qallu l Ispettur.
“Lanqas xejn, issa jekk ikollok il-ġentilezza li tiftaħ il-bieb bil-kwiet kemm jista’ jkun malajr nagħmlu jidher ferm aħjar u aktar rispettabbli,” irrispondieh Holmes.
“Għaliex le?” qal l-Ispettur. “Raġel f’dik is sura ma tantx jagħti isem tajjeb lil ċella ta’ Bow Street, hux veru?”
Daħħal iċ-ċavetta fis-serratura, fetaħ il-bieb bil-mod u dħalna nkiss inkiss fiċ-ċella. Dak il-ħin il-priġunier dar iżda xorta kien għadu rieqed fil-fond. Holmes tbaxxa ħdejn il-buqar tal-ilma, xarrab l-isponża, u beda jogħrok wiċċ il-priġunier bis saħħa.
“Nixtieq nintroduċilkom,” għajjat Holmes waqt li kompla jogħrok, “lil Mr Neville St. Clair minn Kent”.
F’ħajti qatt ma rajt dehra bħal dik. Il-wiċċ ta’ dak ir raġel taħt l-isponża beda jitqaxxar qisu l-qoxra ta’ siġra. Spiċċa l-kulur kannella maħmuġ! Telaq dak il- farrett terribbli li qasamlu wiċċu fi tnejn! Ma rajtx aktar dik ix-xoffa mgħollija ’l- fuq li kienet tagħtih dik id-dehra ta’ korla! Mossa waħda ta’ Holmes u x xagħar imħabbel u ġinġer inqala’. Hemm, bilqiegħda fuq is-sodda, kien hemm raġel mibdul b’xagħar iswed u ġilda lixxa, b’wiċċ ta’ dwejjaq abjad karti, jogħrok għajnejh, iħares madwaru mħawwad nofsu bi ngħas. Imbagħad kif intebaħ li nkixef werżaq twerżiqa u ntefa’ fuq is-sodda wiċċu mal-imħadda.
“Il-marelli u l-kobob!” għajjat l Ispettur, “tabilħaqq hu r raġel mitluf. Qed nagħrfu mir-ritratt.”
Il priġunier dar b’arja ta’ wieħed li jiġi jaqa’ u jqum minn kollox u li ħalla ruħu f’idejn id-destin. “Mela hekk għandu jkun,” qalilna. “U jekk jogħġbok, Spettur, Lip 11b’liema reat jien mixli?”
“Li qtilt lil Mr Neville St. Clair?! U ejja ma tistax tkun akkużat b’dan … jew forsi b’attentat ta’ suwiċidju?” qallu l Ispettur bi tbissima. “Insomma, ili sebgħa u għoxrin sena fis-servizz iżda qatt ma nzertajt każ bħal dan. Mhux biss rari iżda uniku.”
“Mela jekk jiena Mr Neville St. Clair, hu ovvju li ma wettaqt l-ebda reat u allura kont qiegħed arrestat kontra l liġi.”
“Tassew li ma sar l-ebda reat u twettaq żball kbir,” qal Holmes. “Kont tagħmel ħafna aħjar kieku fdajt lil-martek.”
“Mhux marti iżda t-tfal,” karab il-priġunier. “Fuq ġurament ma ridtx li t-tfal ikunu jistħu jgħidu min hu missierhom. Alla ħanin! Kif ħa joħroġ kollox fil-beraħ! X’ħa naqbad nagħmel?”
Sherlock Holmes poġġa ħdejh u taptaplu fuq spalltu.
“Jekk tħalli f’idejn il-qorti forsi jitranġa kollox,” qallu. “Tassew li ma tkunx tista’ teħles milli jsir jaf ċikku l-poplu imma min naħa l-oħra jekk jirnexxielek iġġiegħel lill-Pulizija jemmnu li qed tgħid is sewwa ma hemm ebda każ kontrik. Ma narax għaliex id-dettalji tal-każ għandhom isibu ruħhom fil gazzetti. L Ispettur Bradstreet żgur li jieħu nota ta’ dak li tgħidilna u jgħaddihom lill-awtoritajiet kompetenti. Il-każ b’hekk ma jasal qatt biex jinstema’ f’qorti.”
“Alla jbierkek!” għajjat eċitat. “Kont lest li nsofri kull kastig, saħansitra l-mewt, milli nħalli s-sigriet miżerabbli tiegħi jkun tebgħa fuq uliedi.”
“Intom tal-ewwel li ħa tisimgħu l-ġrajja tiegħi. Missieri kien għalliem f’Chesterfield minn fejn ħadt edukazzjoni mill aqwa. F’żgħożiti vvjaġġajt ħafna u fl-aħħar sirt korrispondent ta’ ġurnal ta’ filgħaxija f’Londra. Darba minnhom l-editur xtaqni li nagħmel sensiela ta’ artikli fuq it-tallaba ġewwa l-metropoli. Minn hemm bdew l- avventuri tiegħi. Kien biss bħala tallab dilettant li stajt niġbor il-fatti għall-artikli li kont qed nikteb. Minħabba l-fatt illi kont attur dilettant tgħallimt is-sigrieti tal- irtokk, tant li l-ħila tiegħi saret magħrufa sew fil kmamar  l-ħodor.(13) Dan kien ta’ għajnuna għalija, żbajt wiċċi u għamiltu wieħed ikrah u fl istess ħin li jġib ħniena. Għamilt farrett u għawwiġt naħa waħda ta’ xoffti bis-saħħa ta’ naqra kolla lewn il- laħam. Ilbist parrokka tax-xagħar ġinġer u ħwejjeġ ta’ tallab, u bdejt inpoġġi fl- iżjed parti attiva u movimentata tal-Belt, suppost inbiegħ is-sulfarini iżda fil fatt bħala tallab. Għal seba’ sigħat sħaħ kont fuq xogħli. Meta filgħaxija mort lura d dar bla ħsieb sibt li kont ġbart sitta u għoxrin xelin, u erba’ soldi. (€80.55)
Ktibt l-artikli li kelli nikteb u kollox spiċċa hemm. Xi ftit taż-żmien wara dħalt garanti(14) għal xi dejn li kellu ħabib tiegħi u wara ftit irċevejt mandat(15) ta’ ħamsa u għoxrin lira sterlina (€1,200). Ma kontx naf x’ser naqbad nagħmel biex inġib dawk il-flus imma malajr ġietni idea. Tlabt lil min kellu jieħu l-flus jistenna ħmistax-il ġurnata u ħadt ftit ġranet frank mix-xogħol. Dan iż-żmien għaddejtu nittallab liebes ta’ tallab bil farrett b’kollox. F’għaxart ijiem kelli flus biżżejjed biex iħallas id dejn.
Lip 12Bdejt naħseb  kemm naħdem iebes għal żewġ liri fil-ġimgħa, meta stajt naqla’ daqshekk f’ġurnata waħda billi nċappas wiċċi bi ftit żebgħa, inpoġġi mal-art bil- beritta quddiemi u ma nagħmel xejn. Kien hemm taqbida kbira fil-kuxjenza tiegħi bejn is-sens ta’ dinjita u flus sakemm dawn tal-aħħar rebħu. Tlaqt ix-xogħol ta’ korrispondent u poġġejt jum wara l-ieħor f’dik ir-rokna li fiha bdejt. Kont inġib ħniena b’dak il wiċċ terribbli u nimla l-bwiet bis-soldi. Bniedem wieħed biss kien jaf is-sigriet tiegħi.  Dan hu Lascar li jieħu ħsieb dik l-għorna tal-loppju li kont nuża ġewwa Swandami. Kont inħallsu tajjeb ħafna biex nuża l-kmamar ta’ fuq. Bil-flus li kont nagħtih kont naf li s-sigriet tiegħi kien fiż-żgur. Kull filgħodu kont nidħol pulit, nagħmel l-irtokk, inbiddel u noħroġ tallab, u filgħaxija viċeversa.
Insomma fi żmien qasir sibt li kont qed inġemma’ somom kbar ta’ flus. Mhux qed ngħid li kull tallab fit-toroq ta’ Londra seta’ jaqla’ seba’ mitt lira fis sena li hu inqas mill medja li naqla jien’ – iżda jien kelli bosta vantaġġi fil-ħila tal-irtokk u kapaċi   nitkellem u nagħti risposti f’waqthom, li tjiebu aktar ma prattikajthom. Bis-saħħa ta’ hekk sirt karattru magħruf f’Londra u kuljum nixxiegħa ta’ soldi u xi fidda ’l hinn u ’l hawn kienet tinżel fuqi. Kont immur ħażin meta ma kontx niġbor żewġ liri.
Hekk kif bdejt nistagħna sirt aktar ambizzjuż. Xtrajt dar fil-kampanja u fl-aħħar iżżewwiġt mingħajr ħadd ma ta kas tal-ħidma tiegħi. Marti l-għażiża kienet taf li kelli xi negozju fis-City imma ma kinitx taf x’kien.
It-Tnejn li għadda kont spiċċajt u kont qed nilbes fil-kamra fuq l-għorna meta ħarist barra t tieqa, u rajt b’biża’ kbir u skantament lil marti fit-triq b’għajnejha jħarsu ċassi lejja. Għajjat għajta bil-qatgħa li ħadt u għollejt idejja biex ngħatti wiċċi. Tlaqt niġri lejn sieħbi l-Lascar nitolbu bil-ħerqa biex ma jħalli lil ħadd jitla’ fil-kamra. Smajt leħinha isfel iżda kont moħħi mistrieħ li ma setgħetx titla’ fuq. Malajr malajr inżajt il-ħwejjeġ, ilbist dawk ta’ tallab, u erġajt inżbajt u lbist il- parrokka. Anki l-għajnejn ta’ marti ma setgħux jagħrfu lil żewġha mgħammar hekk. Ġie f’rasi li seta’ jkun hemm tfittxija tal-kamra u li l-ħwejjeġ kienu ħa jikxfuni. Ftaħt it-tieqa bis saħħa tant li għamilt qatgħa żgħira f’subgħajja u qbadt il- kowt li kien tqil bil muniti li kont tfajt minn borża tal-ġilda fejn kont inżomm il- qligħ. Tfajt il-kowt bil-muniti barra t-tieqa u ma deherx aktar fl-ilma tat-Thames. Kont nitfa’ wkoll il-ħwejjeġ l-oħra iżda dak il ħin il-Pulizija kienu telgħin jiġru t- taraġ. Serraħt naqra rasi meta minflok għarfuni bħala Neville St. Clair arrestawni bħala l-qattiel tiegħu.
Ma nafx li hemm iżjed xi ngħid. Kelli fehma soda li nżomm il-kostum u l-irtokk fit- tul kemm jista’ jkun u għalhekk ridt li wiċċi jibqa’ maħmuġ. Kont naf li marti kienet ser tinkwieta u għalhekk neħħejt iċ-ċurkett. Meta ħadd ma kien qed iħares tajtu lil Lascar, flimkien ma’ nota miktuba malajr malajr biex ngħidilha li ma kellha xejn x’tinkwieta.”
“Dik in-nota waslet għandha lbieraħ,” qallu Holmes.
“Alla ħanin! X’ġimgħa għaddiet miskina.”
“Il-Pulizija kien qed jgħassu lil Lascar,” qallu l Ispettur Bradstreet, “u nista’ nifhem li dak li jkun jista’ jsibha diffiċli jimposta ittra mingħajr ħadd ma jarah. Ikolli ngħid għaddieha lil xi baħri klijent tiegħu, li nesieha għal xi jiem.”
“Hekk hu, sewwa qed tgħid Spettur,” qallu Holmes. “Ibqa’ ċert li hekk ġara. Allura qatt ma ħarrkuk għax tallab?”
“Bosta drabi, imma x’kienet multa għalija?”
“Imma issa kollox irid jieqaf hawn,” qallu Bradstreet. “Jekk il Pulizija ħa jżommu kollox kwiet, Hugh Boone irid joħroġ mix xena għal dejjem.”
“Ħlift dan bl-aktar ġurament solenni li bniedem jista’ jieħu.”
“F’dak il-każ naħseb li għandu mnejn li min naħa tagħna kollox jibqa’ kwiet. Iżda jekk naqbduk darb’oħra kollox ikollu joħroġ fil-beraħ. Mr Holmes, ninsabu grati lejk li sibtilna tarf din il-biċċa. Nixtieq inkun naf kif wasalt biex indunajt b’kollox.”
“Għamilt dan,” qallu sieħbi “billi poġġejt fuq ħames imħaded u pejjipt pipa b’daqs uqija tabakk pur. Watson, naħseb jekk insuqu lejn Baker Street inkunu fil-ħin għall kolazzjon.”

——————————————————————————————————–

Noti ta’ l-aħħar
1. De Quincey: Thomas Penson De Quincy (1785 – 1859). Kien traduttur u kittieb ta’ essays. L-aktar xogħol famuż tiegħu hu ‘Confessions of an English Opium Eater’ miktub fl-1821. Ħafna huma tal-fehma li b’dan ix xogħol hu daħħal it-tema tal- vizzju tal-droga fil-letteratura tal Punent.
2. Laudanum: Hi taħlita ta’ 10% trab tal-loppju daqs 1% morfina. Ta’ kulur aħmar jagħti fil-kannella. Fih l-alkaloids tal-loppju bħall-morfina u l-codeine. Peress illi fil-laudanum il-konċentrazzjoni tal-morfina hija għolja, din is-sustanza titqies bħala narkotiku qawwi, li traqqad il-moħħ u bqija tal-ġisem. Fl-imgħoddi kien jintuża biex suppost ifejjaq numru ta’ mard iżda l-użu prinċipali tiegħu kien biex itaffi l-uġigħ u jikkalma s-sogħla. Sa kmieni fis-seklu 20 il-laudanum kien jinbiegħ mingħajr riċetta tat-tabib u kien jinsab f’ħafna mediċini. Illum il- laudanum hu meqjus bħala sustanza li tista’ twassal għal-dipendenza (addiction) u vizzju bħad-drogi oħra. Konsegwentament madwar id-dinja il-laudanum hu strettament ikkontrollat.
3. Għorna tal-Loppju: Bl-Ingliż Opium Den. Post minn fejn wieħed jixtri u joqgħod ipejjep il-loppju. Dawn id-djar kienu mxerrdin mad-dinja kollha fosthom fiċ-Ċina, fix-Xlokk tal-Asja, fl-Amerika ta’ Fuq, u fl-Ewropa l-aktar Franza u l- Ingilterra. Dawn il-postijiet tal-loppju kienu jitmexxew miċ-Ċiniżi (min dak il-pajjiz kien jiġi l-aktar loppju. Post ieħor min fejn kien jiġi l-loppju kien l-Indja). Dawn li jmexxu l- għorni kellhom bosta tipi ta’ għodda biex jippreparaw  il-loppju. għat- tipjip. Kellhom pipi speċjali u lampi biex il-loppju jkun jista’ jitpejjep. Min kien imur fihom kien jimtedd biex iżomm il-pipa twila u l-lampa li kienet issaħħan il-loppju li kien isir duħħan u jkun jista’ jitpejjep minn bokkin twil. Ħafna jaħsbu li Londra kienet ċentru tat-teħid tal-loppju, speċjalment il-parti tal Lvant li kienet l- aktar parti fqira ta’ dik il-belt, kollha slums u miżerja. F’din il parti kienu jgħixu komunitajiet Ċiniżi. Din ir-reputazzjoni hi frott tal-kittieba Ingliżi li fis-seklu 17 u 18 pinġew il-Lvant ta’ Londra mimli għorniet tal loppju u nies fqar jew mill-agħar. .
4. Lascar: Bahri jew suldati li origina mill-Indja u nħawi tal-madwar. Il-kelma tfisser kamp militar-. Mis-seklu sittax sas-seklu għoxrin kienu jigu impjegati fuq bastiementi Ewropej. Il-kelma lascar originat mill-Portugiz li kellhom il-kelma lascarim li kienet appuntu tfisser xi Indjan li hu bahri jew suldat. Aktar ‘l-quddiem lascar bdiet tfisser ukoll qaddej Indjan.
5. Kent: Reġjun fix-Xlokk tal-Ingilterra. Kent għandu fruntiera nominali a’ Pas de Calais fi Franza għaliex iċ-Channel Tunnel jibda minn Kent u jasal Calais. Dan ir- reġjun imiss ukoll ma’ dak ta’ Essex fejn ix-xmara Thames tmiss mal-Atlantiku. Kent imiss ukoll ma’ Greater London fuq in naħa tal-Majjistral u l-Lvant ta’ Sussex. Peress illi wieħed jista’ jqis lil Kent bħala l-fruntiera bejn l-Ingilterra u l-Ewropa, dan ir reġjun fi żmien ta’ gwerra dejjem sab ruħu fil-qalba ta’ azzjonijiet militari.
6. Middlesex: Hu reġjun storiku fix-Xlokk tal-Ingilterra li jagħmel parti mill-hekk imsejħa Greater London, li hija l-parti ċentrali ta’ Londra fejn hemm il-parti amministrattiva u ċerimonjali tal-Belt. Fl antik, Middlesex kienet tinkludi x-xmara Thames li taqsam Londra fi-tnejn. Il-parti tat Thames li tgħaddi minn Middlesex hi 4.8km fil-Lvant u 27km fil-Punent ta’ Londra. Minn Middlesex jgħaddu wkoll ix-xmajjar Colne u Lea, li flimkien ma’ sensiela ta’ għoljiet jiffurmaw il-limiti ta’ dan ir-reġjun. L-art hija ċatta bil-parti ta’ fuq tafal u dik ta’ isfel żrar.
7. Surrey: Reġjun ieħor fix-Xlokk tal Ingilterra li jmiss ukoll ma’ Greater London min naħa tat-Tramuntana u n naħa tal-Majjistral.
8. Flyleaf: Paġna vojta li tiġi wara l qoxra tal-ktieb jew qabel il-qoxra ta’ wara.
9. Octavo : Il-qies tal-karta ta’ ktieb. Din bejn wieħed u ieħor hija 25.5cm tul u 20.32cm wisa’.
10. Watermark: Din tista’ tkun disinn jew sinjal fil-karta. Biex din tidher il-karta triq tiġi mpoġġija qrib id-dawl. Jekk il-karta tkun fuq xi mejda jew xi mkien fejn ma hemmx dawl qawwi l-watermark ma tidhirx.
11. Charing Cross: Wieħed mill-akbar u l-aktar stazzjonijiet famużi tal-ferrovija  f’Londra. Jinsab fiċ-ċentru ta’ Londra ftit ’l-isfel minn Trafalgar Square.
12. Talpa: Bl-Ingliż mole. Annimal żgħir li jgħix taħt l-art. Maż-żmien, peress illi ma jużax il-vista, sar ma jarax.
13. Bow Street: Għandha konnessjoni mat-twaqqif tal-ewwel Korp organizzat tal-Pulizija ġewwa Londra. Dan appuntu twaqqaf f’Bow Street fl-1749. Għall-ewwel il Korp kien jgħodd sitt membri biss. Beda f’Bow Street għaliex kien hemm uffiċċju tal-maġistrat li  kellu nies impjegati miegħu biex iżommu l-ordni. Dawn kienu jgħidulhom Bow Street runners. Ma kinux jieħdu pjaċir b’dan il- laqam. Il-pulizija ta’ Bow Street intemmu għall-ħabta tal-1830 meta twaqqfet il- Metropolitan Division, magħrufa aħjar bħala Scotland Yard.
14. Il-kamra l ħadra: Dik il kamra jew spazju f’teatru fejn joqogħdu jistennew l atturi qabel jidħlu fix xena. Din isservi ta’ salott mhux biss għal dawk li qed jistennew iżda anki għal dawk li jkunu lesti minn fuq il-palk. Waqt l -ispettaklu dawk fil-kamra l-ħadra joqogħdu jpaċpċu, u jkun hemm min jagħmel l -irtokk. Jgħidulha l-kamra l-ħadra għaliex jingħad li fl-imgħoddi dawn il-kmamar kienu jinżebgħu ħodor. Dan mhux il-każ fiż-żmien tal-lum.
15. Tagħmel garanti: Meta xi ħadd jissellef xi flus dak li jkun irid ikollu xi ħaġa biex jagħmilha garanzija f’każ li dan ma jasalx biex iħallas dak li jkun issellef. Din tista’ tkun propjetà jew somma flus li tammonta għal aktar mill-flus mislufa. Il-propjetà jew il-flus jiġu  ipotekati u min jissellef il-flus ma jkunx jista’ jmisshom. F’ċerti każi meta min jissellef ma jkollux propjetà jew flus bħala garanzija, jidħol xi ħadd biex jagħmillu garanti. Min jagħmel garanti jrid jagħti l-kelma tiegħu li jekk min issellef ma jasalx biex iħallas, il garanti lest iħallashom hu minfloku.
16. Mandat: Dokument li joħroġ mill qorti, li bih jiġi ordnat l-arrest ta’ xi ħadd jew is-sekwestru (toħodlu) ta’ xi propjetà jew flus, u ordnijiet varji li dak li jkun irid jibqa’ jew jiġi arrestat

_________________________________________________________

5 – Il-ħames żrieragħ tal-larinġ

Meta nagħti daqqa ta’ għajn lejn in-noti tal-ġrajjiet ta’ Sherlock Holmes bejn it-’82 u d-90 insib li għandi ħafna li jġiegħlu lil dak li jkun jaħseb, u oħrajn li ma tifhimhomx malajr. Insibha bi tqila liema nagħżel u liema nwarrab Xi wħud diġà huma magħrufin mal-pubbliku b’riħet il-ġurnali. Hemm oħrajn bla sugu għax fihom sieħbi ma kellux fejn juri t-talenti kbar tiegħu, u l-għan ewlieni għaliex nikteb dawn il-ġrajjiet hu sewwasew biex nuri l-ħila investigattiva tiegħu. Hemm okkażjonijiet meta l-ħila ġiet sfdata sew  tiegħu fl istħarriġ ġiet sfdata sew. Dawn għalkemm bħala stejjer kellhom bidu, kienu nieqsa minn tmiem. Hemm każi li kienu bla konklużjoni u fl aħħar is-soluzzjoni ma kinitx frott ta’ ħsieb loġiku iżda ta’ tbassir jew spekulazzjoni. Fost dawn hemm każ li tant għandu xejriet straordinarji u t-tmiem tiegħu tant hu tal-għaġeb li qed tiġini l-ħajra nirrakkontah minkejja l-fatt li fih hemm tliet traċċi li jidher li qatt ħadd mhu ħa jirnexxielu jifhimhom għalkollox.
Għandi noti oħra ta’ numru ta’ każi li seħħew fis sena 1887, uħud ta’ interess u oħrajn inqas. Fost dawn il-każi li ġew f’idejja hemm il-każ tas-Soċjetà Amatorjali tat-Tallaba li kienet tiltaqa’ taħt maħżen f’kantina b’saqaf forma ta’ troll u li fiha kienu jagħmlu riċevimenti lussużi. Każ ieħor kien l-għejbien tal bastiment Ingliż Sophy Anderson, jew l-avventura stramba ta’ Grace Patterson fuq il-gżira Uffa, u fl aħħar hemm l-avvelenament ta’ Camberwell. F’dan il-każ, kif wieħed jista’ jiftakar, Holmes solva kollox bil ħabel tal-arloġġ tal-mejjet meta wera li l-arloġġ kien ingħata l-ħabel sagħtejn qabel id-delitt, li kien ifisser li l-vittma kien fis-sodda dak il-ħin. Din kienet sejba importanti ħafna biex jissolva l-każ. Dawn kollha għad nagħti aktar ħjiel tagħhom fil-ġejjieni. Iżda dawn il-każi m’għadhomx punti li jiddistingwuhom u strambi daqs din is-sensiela ta’ ġrajjiet li ħa nirrakkontalkom.
Kienu l-aħħar ġranet ta’ Settembru, u l-irwiefen ekwatorjali bdew jonfħu b’saħħa tal-għaġeb. Dakinhar ir-riħ venven il-jum kollu u t-tektik tax-xita fuq it-twieqi ma qata’ xejn. Tant in-natura wriet il-qilla tagħha li anki aħna fil-qalb kbira u materjalista ta’ Londra kellna bilfors ninsew għal-ftit id-drawwiet tal-ħajja ta’ kuljum u nieqfu biex nisimgħu t twerżiq tal-elementi naturali lejn l umanità, mill iżbarri taċ ċiviltà, qishom bhejjem feroċi ġewwa gaġġa. Kif dalam il-maltempata kompliet ikkargat ruħha aktar u r-riħ fiċ-ċumnija beda jwerżaq qisu xi tarbija. Sherlock Holmes qagħad bil-buli ħdejn il-fuklar ipoġġi n-noti tal-indiċi tad-delitti f’ordni. Jien kont in-naħa l-oħra mitluf fi storja sabiħa tal-baħar ta’ Clark Russell,(1) sakemm it-tvenvin tar-riefnu mwaħħad mal-kliem u t-traxxix tax-xita bdejt nistħajlu bħala l-ħoss tal-mewġ tal-baħar. Kont qed ngħaddi xi jiem għand Sherlock Holmes għaliex marti marret iżżur lil zijitha.
“Ikolli ngħid smajt il qanpiena,” għedt lil Holmes, “żgur li kienet il-qanpiena. Min jista’ jkun dan il-ħin? Forsi xi ħbieb tiegħek?”
“M’għandix ħbieb ħlief lilek,” weġibni. “Ma tantx inħajjar nies jiġu jżuruni.”
“Mela xi klijent?”
“Jekk hu hekk dan hu xi każ serju. F’jum bħal dan u f’dan il-ħin xejn inqas minn xi ħaġa ta’ għawġ kbir iġġiegħel bniedem joħroġ barra f’temp ta’ din ix-xorta. Imma iżjed naħseb li hija xi ħabiba ta’ Mrs Hudson.”
Holmes ħaseb ħażin għaliex smajna lil xi ħadd tiela’ t-taraġ u jħabbat il-bieb. Holmes ġebbed idu biex idawwar il-lampa lejn il-pultruna vojta fejn kien ser ipoġġi min ġie jżurna.
“Għaddi,” qallu Holmes.
Daħal żagħżugħ ta’ xi tnejn u għoxrin sena, li tani ħjiel ta’ wieħed li jieħu ħsieb sew 5pips 01id-dehra u l-indafa tiegħu. Kien liebes b’mod pulit. L-imġiba tiegħu kienet xhieda ta’ edukazzjoni u ħlewwa. L-umbrella mxarrba għasra li kellu f’idejh u l-inċirata tleqq li kien liebes urew li kellu jgħaddi minn temp qalil biex jasal għandna. Waqt li ħares lejn id dawl tal-lampa ndunajt li kien inkwetat, wiċċu pallidu, u għajnejh tqal qishom ta’ xi ħadd li hu maħkum minn inkwiet kbir.
“Ikolli nitlobkom skuża,” qalilna waqt li poġġa l-pince-nez fuq imnieħru. “Nispera li ma ġejtx ħin ħażin. Jiddispjaċini li ġibt sinjali tal-maltemp u xita f’din il kamra komda tagħkom.”
“Agħtini l-inċirata u-l umbrella,” qallu Holmes. “Nistgħu ndendluhom mal-ganċ u malajr jinxfu. Qed nifhem li ġejt mil-lbiċ tal-pajjiż.”
“Iva, minn Horsham.”
“Dik it-taħlita ta’ tafal u ġibs li qed nara fuq il-ponot taż żarbun tiegħek hija xhieda ta’ dan.”
“Ġejt għal parir …”
“Dak nista’ nagħtihulek mingħajr ebda problema.”
“… u għajnuna.”
“Dik hi daqsxejn problematika.”
“Smajt bik, Mr Holmes, mill-Maġġur Prendergast kif ħlistu mill-iskandlu tat- Tankerville Club.”
“U dażgur. Ġie mixli b’mod falz li qarraq waqt logħba karti.”
“Qalli li tista’ ssib tarf ta’ kollox.”
“Qallek hekk, eh?”
“Li qatt ma fallejt jew tlift.”
“Fil-fatt ġejt milgħub erba’ darbiet – tliet darbiet minn irġiel u darba minn mara.”
“Imma dawn ma jfissru xejn man-numru ta’ suċċessi li kellek.”
“Hu fatt li kważi dejjem ilħaqt l-għanijiet tiegħi.”
“Mela tista’ tilħqu miegħi ukoll.”
“Jekk jogħġbok ressaq il-pultruna ħdejn in nar u agħmilli pjaċir agħtini ħjiel ta’ x’ġabek hawn.”
“Mhijiex xi ħaġa tas-soltu.”
“Ħadd ma jiġi għandi bi ħwejjeġ tas-soltu. Jien l-aħħar qorti tal-appell.”
“Iżda fl-istess ħin ma nafx kemm bl-esperjenza kollha tiegħek qattx smajt b’sensiela ta’ ġrajjiet ta’ għawġ, misterjużi u bla tifsira li ġraw lill familja tiegħi.”
“Qed tqajjem fija interess kbir,” qallu Holmes. “Jekk jogħġbok spjega l-fatti ewlenin mill bidu, u wara nagħmillek xi domandi dwar punti li nħoss li huma ta’ siwi.”
“Jisimni John Openshaw iżda jien personalment, sakemm nista’ nifhem, m’għandi x’naqsam xejn ma’ din l affari kerha. Hu fatt li għandu x’jaqsam mal-wirt tal familja tiegħi. Biex nagħtik il-fatti sew irrid immur lura mill bidu nett.
Trid tkun taf li n-nannu tiegħi kellu żewġ subien – iz-ziju Elias u missieri Joseph. Missieri kellu fabbrika żgħira f’Coventry,(2) li żviluppa meta ġie vvintat il-bicycle.  Hu kellu l-brevett(3) ta’ tajer li ma jittaqqabx. Dan kien suċċess kbir tant li ftit wara biegħ in-negozju u rtira b’kapital kbir. Iz-ziju Elias emigra lejn l-Amerika meta kien għadu żgħir u beda jkabbar it-tajjar fi Florida fejn, milli stajna nkunu nafu, kien sejjer tajjeb ħafna. Dak iż-żmien faqqgħet il gwerra ċivili Amerikana(4) fejn iġġieled taħt Jackson,(5) wara taħt Hood,(6) u laħaq kurunell. Meta l-Ġeneral Lee(7) ffirma l-armistizju, iz-ziju mar lura fil-pjantaġġun(8) u baqa’ hemm għal xi erba’ snin. Bejn l 1869 u l 1870 reġa’ ġie lura l-Ewropa u xtara biċċa art żgħira f’Sussex(9) ħdejn Horsham. Fl-Amerika għamel fortuna kbira u telaq minn hemm għaliex kien jobgħod lis-suwed u l-politika Repubblikana li tagħtihom il-vot. Kien bniedem mhux tas-soltu, vjolenti, jitlagħlu f’ħakka ta’ għajn, u meta jirrabja jidgħi u juża kliem li ma jixraq lil ħadd. Meta jkun kalm imma kien bniedem fabbli. Kemm dam jgħix qrib Horsham ma nafx li qatt mar darba f’dik il-belt. Madwar id- dar kellu ġnien u xi tliet għelieqi fejn kien imur jeżerċita ruħu, iżda spiss ma kienx joħroġ minn kamartu għal ġimgħat sħaħ. Kien jixrob ħafna brandi u jpejjep għadd kbir ta’ sigaretti. Ma riedx jara nies u lanqas ħbieb, saħansitra lanqas lil ħuh.
Jien biss ma kontx indejqu għax ħa grazzja miegħi. Kont għadni tfajjel ta’ xi tnax-il sena meta rani l-ewwel darba. Kienet is sena 1878 u kien ilu l-Ingilterra xi tmienja jew disa’ snin. Talab bil-ħrara lil missieri biex iħallini mmur ngħix miegħu. Għal bniedem tax-xejra tiegħu kien iġib ruħu tajjeb miegħi. Meta ma kienx ikun fis-sakra kien l-għors tiegħu jilgħab iċ-ċess miegħi. Kont nidher għalih jien mal- qaddejja u n-nies li nixtru mingħandhom. Tista’ tgħid li meta kelli sittax it-tmexxija tad-dar kienet f’idejja. Iċ ċwievet tad-dar kienu kollha għandi u fid-dar kont immur fejn irrid u nagħmel li rrid sakemm nindokra l-privatezza tiegħu. Kien hemm eċċezzjoni waħda. Kellu kamra tal-imbarazz fil-kmamar tal-bejt li kienet dejjem magħluqa u ma kien iħalli lil ħadd jidħol fiha. Bil-kurżità ta’ tfajjel li kont darba ħarist mit-toqba taċ-ċavetta, iżda kulma stajt nara kienu bagolli kbar u soror bl-affarijiet li wieħed jistenna li jsib f’attiku kamra tal-bejt)
Jum minnhom f’Marzu tal-1883 kien hemm ittra b’bolla ta’ art barranija fuq il- 5pips 05mejda quddiem il-platt tal Kurunell. Ma kienx soltu għalih jirċievi ittri għaliex kien iħallas il-kontijiet bi flus kontanti u ħbieb ma kellux. “Mill Indja!” qal meta ħa l- envelop f’idu, “bil marka postali ta’ Pondicherry! X’tista’ tkun?” Ħaffef biex jiftaħ l- envelop u minnu waqgħu fil-platt ħames żrieragħ ta’ larinġa. Bdejt nidħak, imma d-daħka malajr għebet minn xufftejja meta rajt wiċċ iz-ziju. Ħalqu nfetaħ, għajnejh qabżu ’l barra, lewnu sar griż, u ċċassa lejn l-envelop, waqt li idu li kienet qed iżżommu bdiet titriegħed. “K.K.K.” għajjat imbagħad, “Alla tiegħi, Alla tiegħi, dnubieti laħquni.”
“Xi nqala’ zi?” staqsejtu.
“Mewt!” qalli. Qam minn fuq il-mejda u ngħalaq f’kamartu u ħallieni mwerwer b’qalbi tħabbat sitta sitta. Ħadt l-envelop, u fin-naħa ta’ ġewwa li tagħlaq l- envelope ftit ’il fuq mill-kolla, rajt l-ittra K miktuba tliet darbiet b’inka ħamra.  Ma kien hemm xejn aktar ħlief il-ħames żrieragħ nexfin tal-larinġ. Għaliex dan il-biża’ kollu? Ħallejt il-mejda tal-kolazzjon u ltqajt miegħu nieżel it-taraġ b’ċavetta qadima u msadda ta’ waħda mill-kmamar tal-attiku. F’idu l-oħra kellu kaxxa żgħira tal-bronż qisha waħda minn dawk fejn inżommu l-flus.
“Jistgħu jagħmlu li jridu iżda xorta waħda negħlibhom,” qal dan b’dagħwa. “Għid lil Mary li llum irrid in-nar f’kamarti, u ibgħat lil xi ħadd għal Fordham, l-avukat ta’ Horsham.”
Għamilt kif amar u meta wasal l Avukat ġejt mitlub nitla’ fil-kamra taz-ziju. In-nar kien qed jaqbad liemi u fil-fuklar-rajt ħafna rmied iswed fin ta’ karti maħruqin, u l- kaxxa tal-bronż vojta ħdejn l-irmied. Meta ħarist lejn il- kaxxa nħsadt meta fuq l- għatu tagħha rajt K.K.K., l istess ittri li kont rajt fuq l-envelop.”
“John, nixtieq li tkun xhud tat-testment tiegħi,” qalli z ziju. “Ħa nħalli l-patrimonju kollu tiegħi, bil-vantaġġi u l-iżvantaġġi, lil ħija li huu missierek, fejn bla dubju xi darba ħa jsir tiegħek. Jekk tista’ tgawdih fil-mistrieħ-tal moħħ tajjeb ħafna! Jekk issib li ma tistax, ħu l-parir tiegħi u ħallih lill aktar għadu ħajjien li għandek. Jisgħobbija li qed nagħtik xafra li taqta’ minn żewġ naħat iżda ma nafx ngħid x’ħa jsir minn issa ’l-quddiem. Ġentilment iffirma fejn ħa jurik Mr Fordham.
Iffirmajt kif qalli u l-Avukat telaq bit-testment. Tista’ tobsor li din il-ġrajja stramba baqgħet iddur f’moħħi. Qgħaqt nhewden u nifli l-qagħda iżda xejn ma seta’ jagħmel sens. Tabilħaqq xejn ma ġara li fixkel il-lant tas-soltu ta’ ħajjitna imma fl- istess ħin stajt nara bidla fiz ziju. Beda jixrob iżjed minn qatt qabel u nqata’ aktar min-nies. Ħafna mill-jum kien jgħaddih f’kamartu bil-bieb magħluq minn ġewwa. Xi drabi, f’dagħdigħa ta’ sokor kien iħalli l-kamra, joħroġ jiġri mid-dar b’revolver f’idu, iqatta’ u jkisser kulma jara fil-ġnien, iwerżaq li hu ma jibża’ minn ħadd u la bniedem u lanqas xitan ma kienu ser jagħlquh bħal xi nagħġa f’magħlaq tal- bhejjem. Meta dawn il-battikati jintemmu kien jerġa’ lura lejn kamartu f’dagħdigħa sħiħa ma jafx x’qed jagħmel u jagħlaq il bieb bi-stanga. Ħadd ma seta’ jifhem l-għeruq tat-terrur li kien hemm f’ruħu. F’ħinjiet bħal dawn kont narah wiċċu għarqan xraba anki fl-aktar ġranet kesħin.
5pips 02Insomma, ejja niġu għat-tmiem tal-affari biex ma nkomplix nabbuża minn sabrek Mr Holmes. Lejl minnhom f’sakra ma jarax art għamel waħda mix xenati tiegħu, telaq ’il- barra u ma ġiex lura. Ma tantx ħadnieha bi kbira għax mhux l-ewwel darba għamel hekk. Is-soltu jien u xi qaddejja rġiel konna noħorġu nfittxuh u  nsibuh mixħut nofsu bla sens fil-ġnien.  Iżda din id-darba ma domniex infittxu għax sibnieh mejjet wiċċu ’l isfel f’għadira żgħira bi ftit ilma aħdar mill-ħaxix li kellna fit-tarf tal-ġnien. Ma kienx hemm sinjali ta’ kefrija fuqu u l-ilma tal-għadira kien biss żewġ piedi fond. Fl-inkjesta tal-Koroner, il-ġurija, wara li-qieset li kulħadd kien jafu bħala bniedem eċċentriku, ħarġet verdett ta’ suwiċidju. Imma jien, li naf kemm kien jitwerwer bl-idea stess ta’ mewt, kelli biċċa xogħol biex inġiegħel lili nnifsi nemmen li hu għamel ħiltu biex jiltaqa’ magħha. Il każ għadda u missieri ħa l-pussess tal propjetà u xi erbatax il elf lira (€850,000) li z ziju kellu fil bank.”
“Mument wieħed,” waqqfu Holmes. “It-tagħrif li għadek kif għaddejtli hu tassew straordinarju. Jekk jogħġbok agħtini d-data ta’ meta rċieva l-ittra u d-data tas- suwiċidju.”
“L- ittra waslet fl 10 ta’ Marzu 1883. Mewtu seħħet seba’ ġimgħat wara, fil-lejl tat 2 ta’ Mejju.”
“Grazzi ħafna. Jekk jogħġbok kompli.”
“Meta missieri ħa l-propjetà f’idejh tlabtu biex jara sew il-kamra tal-attiku li z-ziju dejjem kien iżomm magħluqa. Sibna l kaxxa tal-bronż, issa vojta. Fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-għatu kien hemm karta inkullata bl-ittri K.K.K., u taħthom kien hemm miktub ‘Ittri, messaġġi, riċevuti, u reġistru’. Issoponejna li l karti li ħaraq iz-ziju kellhom x’jaqsmu ma’ affarijiet ta’ din ix xorta. Mill bqija ma kien hemm xejn importanti, ħlief karti mxerrdin u pitazzi bin-noti dwar ħajtu fl Amerika. Xi wħud minnhom kienu dwar il-gwerra u huma xhieda li qeda dmiru sew, u kellu l-fama ta’ suldat qalbieni. Oħrajn kienu dwar iż-żmien tal-bini mill-ġdid tal-Istati tan- Nofsinhar u dwar il politika. Milli jidher kien wieħed minn dawk li oppona li politikani tal-Amerika ta’ Fuq li jintbagħtu jamministraw l-Amerika tan-Nofsinhar.
Missieri ġie joqgħod Horsham fil-bidu tal ’84. Erbat ijiem wara l-ewwel tas-sena smajt lil missieri jgħajjat għajta hekk kif konna qed nieħdu l-kolazzjon. Rajtu qisu wieħed skantat b’envelop f’id u ħames żerrigħat tal-larinġ fl-oħra. Dejjem kien ħa biż-żufjett l-istorja taz-ziju u ż żerriegħa tal-larinġ iżda issa deher imħawwad u mbeżża’.”
“Dan xi mniefaħ ifisser John?” beda jlaqlaq. Qalbi saret ċomb u għedtlu, “huma l- 5pips 03K.K.K.”
Ħares fl-envelop. “Sewwa qed tgħid,” qalli, “ara l-ittri hawn huma. Imma x’hemm miktub ’il-fuq minnhom?”
“Poġġi l-karti fuq l-arloġġ tax xemx,” qrajt minn wara spallejh.
“X’karti? X’arloġġ tax-xemx?” staqsieni.
“L arloġġ tax-xemx li hemm fil-ġnien. M’hemmx ieħor,” weġibtu. “Imma l-karti jridu jkunu dawk li qered iz-ziju.”
“U mur ’l-hemm!” qalli b’ċertu arja. “Qed ngħixu f’art ċivilizzata u ma jistax ikun li jkollna dawn iċ-ċuċati. Minn fejn ġejja din l-ittra?”
Rajt it-timbru postali u għedtlu li kienet ġiet minn Dundee.
“Din xi ċajta vojta,” qalli, “jien x’għandi x’naqsam ma’ arloġġi tax-xemx u karti? Mhux ser nagħti kas dawn l-affarijiet ta’ bluha.”
“Li kont minnek żgur inkellem ’il-Pulizija,” għedtlu.
Hu ħa t-twissija tiegħi biż-żufjett. M’għamel xejn minn dan.
5pips 04“Għallinqas ħallini mmur jien.”
“Le, mhux ser inħallik. Ma rridx nagħmel paniku fuq ix xejn.”
Ma stajtx nirraġuna miegħu għax kien raġel stinat. Madankollu bdejt ngħix b’moħħi jberren li kien riesaq l-għawġ.
Tlett ijiem wara li waslet l-ittra missieri telaq mid-dar biex iżur ħabib antik tiegħu, il-Maġġur Freebody, li għandu taħt idejh waħda mill-fortizzi li hemm fuq – għolja Ports Down. Ħadt gost li mar għaliex ħassejt li iżjed ma jitbiegħed mid-dar aktar ikun bogħod mill-periklu, imma b’xorti ħażina mort imqarraq. Jumejn wara li telaq irċevejt telegramma mingħand il-Maġġur li talabni biex mingħajr dewmien immur għandu. Missieri kien waqa’ f’waħda minn dawk il-fosos tal-ġibs li hemm bosta minnhom f’dawk l inħawi. Missieri kien mitluf minn sensih b’ferita kbira f’rasu. 5pips 06Mort bilġri iżda ma lħaqtux għaliex miet mingħajr ma reġa’ ġie f’sensih. Milli jidher waqt l-għabex kien sejjer lura minn Fareham, u peress illi ma kienx jaf l- inħawi, u il-fossa tal-ġibs ma kellha l-ebda ċint ta’ protezzjoni, il-ġurija tal inkjesta malajr qatgħetha li l-mewt kienet kawża ta’ aċċident. Flejt bir-reqqa kull aspett li għandu x’jaqsam mal-mewt ta’ missieri iżda ma stajt nsib xejn li seta’ jagħti ħjiel li missieri nqatel. La kien hemm sinjali tas-saqajn, la vjolenza, u lanqas serq, u ħadd ma jiftakar li ra frustieri fl-inħawi. Madankollu nista’ ngħid li mhux kuntent b’dan, u moħħi ma jistax isib serħan. Anzi ninsab sod fil-fehma tiegħi li sar xi komplott infami biex joqtlu ’l missieri.
F’dan iż-żmien ta’ saram u biża’ ħadt f’idejja l-wirt li ħalla missieri. Għandu mnejn tistaqsini għaliex ma begħetx kollox u ħlist minn dan l-inkwiet. Ngħidlek is-sewwa kont tal-fehma li dan it-twegħir tagħna kien b’xi mod jew ieħor konsegwenza ta’ xi inċident li seħħ fil-ħajja taz ziju. Kont żgur li noqgħod fejn noqgħod u mmur fejn immur it-theddida tal-periklu kienet xorta ser issus warajja u rasi qatt ma kienet ser tkun mistrieħa.
Missieri miet f’Jannar tal-’85 jiġifieri sentejn u tmien xhur ilu. Matul daż-żmien għext ferħan f’Horsham, tant li bdejt nittama li forsi dan il-magħmul intemm. Sfortunatament serraħt rasi kmieni wisq għaliex ilbieraħ filgħodu d-daqqa ġiet bl- istess mod li waslet għand missieri.”
Iż-żagħżugħ ħareġ mis-sidrija envelop mgħaffeġ, mar lejn il-mejda, qalbu u minnu ħarġu ħames żerrigħat nexfin tal-larinġ.
Hu kompla, “Dan hu l-envelop, it-timbru postali hu Londra, diviżjoni tal-Lvant. Fl- envelop hemm l-istess ittra u messaġġ bħalma kien irċieva missieri, ‘K.K.K.’, u ‘Poġġi l-karti fuq l-arloġġ tax-xemx’.”
“X’għamilt?” staqsieh Holmes.
“Xejn.”
“Xejn?”
“Biex ngħidlek is sewwa – poġġa wiċċu f’idejh bojod – ħassejt li ma stajt nagħmel xejn. Issa naf kif iħossu l-imsejken fenek meta jara s-serp jitmiegħek lejh. Qisni ninsab maħkum minn ħażen bla tmiem li ma nistax niqaflu. Li m’għandix futur għax id-destin qed iqarribni lejn il-‘mewt!”
“Isa, isa!” għajjat Holmes, “Trid iġġib ruħek ta’ raġel għax kollox isirlek suf. L enerġija biss tista’ ssalvak. Mhux il-waqt li taqta’ qalbek.”
“Mort għand il-Pulizija.”
“U x’ġara?”
“Ħadu l istorja tiegħi biċ-ċajt. Ikolli ngħid li l-Ispettur daħħalha f’rasu li l ittri huma ta’ xi ħadd li jrid jgħaddina biż żmien u l-mewt ta’ missieri u z-ziju huma biss aċċidenti kif kien il verdett tal-ġurija fl-inkjesta, u ma kellhom x’jaqsmu xejn mat- twissijiet fl ittri.”
Holmes xengel rasu u għolla l-ponnijiet fl-arja, “Ma nistax nemmen x’tip ta’ imbeċilli hu dan l-Ispettur li kellimt!” għajjat.
“Però tawni permess nieħu pulizija biex jibqa’ miegħi d-dar.”
“Illejla ġie miegħek?”
“Le, l-ordni li tawh hi li jrid jibqa’ d dar tiegħi.”
Holmes reġa’ telagħlu u beda jgħajjat, “X’injoranza ta’ nies!”
“Għaliex ġejt għandi?” staqsieh, “U fuq kollox għaliex ma ġejtx mill-ewwel?”
“Ma nafx. Kien propju llum li tkellimt mal-Maġġur Prendergast dwar is-saram li ninsab fih u kien hu li tani l-parir niġi għandek.”
“Diġà għaddew jumejn mindu ħadt l-ittra. Missna għamilna xi ħaġa qabel. Nissoponi li m’għandekx aktar x’tgħidilna ħlief dik li wrejtna. Ma hemmx xi dettall partikolari li jista’ jgħinna?”
“Hemm xi ħaġa,” qal John Openshaw. Fittex fil-but tal-kowt u ħareġ biċċa karta ta’ kulur ikħal mitfi u poġġieha fuq il-mejda. “Niftakar li dakinhar li z-ziju ħaraq il- karti osservajt li d-dahar tal-pitazz mhux maħruq  kien ta’ dan il kulur. Sibt din il- paġna f’kamartu u naħseb li hija waħda mill-karti li forsi waqgħet minn xi pitazz u ma nħarqitx. Barra li jissemmew iż żrieragħ ma nafx kemm tista’ tkun ta’ għajnuna. Ikolli ngħid li din hi paġna mid-djarju privat taz-ziju. Il-kaligrafija hija żgur tiegħu.”
Holmes ressaq il-lampa u t tnejn li aħna flejnieha. Dehret li kienet maqtugħha minn xi pitazz bid-data ta’ Marzu 1869 u fiha kellu dawn in noti.
L-Erbgħa: Hudson ġie. L-istess pjattaforma.
Is-Sebgħa: Poġġi ż-żrieragħ fuq McCauley, Paramore, u John Swain ta’ St. Augustine.
Id-Disgħa: McCauley inħeles.
L-Għaxra: John Swain inħeles.
It-Tnax: Żorna lil Paramore. Kollox sew.
“Grazzi,” qallu Holmes, waqt li tewa l-karta u tahielu lura. “Issa taħt l-ebda ċirkostanza ma nistgħu nitilfu aktar ħin. Lanqas għandna żmien niddiskutu dak li għedtli. Trid tmur f’darek u tieħu azzjoni.”
“Xi tridni nagħmel?”
“Ħaġa waħda biss. U trid tagħmilha mill-aktar fis. Trid tpoġġi l-biċċa karta li wrejtna fil-kaxxa tal-bronż li għadek kif semmejt. Fiha trid ukoll tagħmel nota fejn tgħid li l-bqija tal-karti nħarqu minn zijuk u baqa’ dik biss. Trid tikteb b’fehma qawwija biex huma jemmnuk. Meta tlesti poġġi l-kaxxa fuq l-arloġġ tax xemx kif qalulek. Qed tifhem?”
“Perfettament.”
“Taħsibx f’xi tpattija jew għemil ta’ din ix xorta. Dik nistgħu noħduha bis-saħħa tal- liġi iżda l-ewwel irridu ninsġu l-għanqbuta tagħna. Tagħhom hija lesta. L- ewwel pass hu li niskansaw l għawġ li jinsab qrib u li qed jheddek. It tieni pass hu li niċċaraw il-misteru u naraw li l-ħatja jieħdu dak li ħaqqhom.”
“Grazzi ħafna,” qallu ż żagħżugħ waqt li qam u libes l-inċirata. “Tajtni tama ġdida. Serraħ rasek li ħa nagħmel dak li għedtli.”
“Titlifx sekonda, u fuq kollox f’din il-ħabta fejn xortik tidher li telqitek hu ħsieb tiegħek innifsek. M’għandi l-ebda dubju li tinsab mhedded minn periklu reali u fil- qrib. Kif sejjer lura?”
“Bit-tren mill istazzjon ta’ Waterloo.”(10)
“Għadhom ma daqqux id-disgħa. It-toroq għadhom miżgħuda bin-nies, għalhekk naħseb li mhux ħa jkun hemm sogru. Iżda fl-istess ħin ma tistax tħares lilek innifsek iżżejjed.”
“Ninsab armat.”
“Tajjeb, tajjeb. Għada nibda nieħu ħsieb il-każ tiegħek.”
“Mela narak f’Horsham?”
“Le, il-enigma tinsab ġewwa Londra u hawn irridu nfittxuha.”
“Mela nerġa’ ngħaddi xi jumejn oħra biex ngħidlek dwar il-kaxxa u l-karti. U tħabbilx rasek ħa nagħmel dak li għedtli sa l-anqas dettal.”
Ħadna b’idejn xulxin u telaq. Barra, ir-riħ kien għadu jwerżaq u x-xita kompliet ittektkek fuq it-twieqi. Din l istorja stramba u selvaġġa qisha twasslet minn dawn l- elementi infurjati – ittajret fuqna bħall-ħaxix tal-baħar f’tempesta – u issa reġgħet lura ma’ dawk l-elementi li ġabuha.
Sherlock Holmes qagħad għal xi ħin sieket b’rasu baxxuta u għajnejh iħarsu fissi lejn il-ġmamar ħomor tan-nar. Xegħel il-pipa, u wara reġa’ ntefa’ lura fuq il pultruna jħares ’il-fuq lejn is-sħab ikħal tad-duħħan.
5pips 07Fl aħħar qalli, “Watson, ara kemm kellna każi qatt ma kellna każ daqshekk partikolari.”
“Forsi ‘The Sign of Four’.”
“Iva tassew forsi dak. Fl-istess ħin inħoss li dan John Openshaw qiegħed f’periklu iżjed serju mill-familja Sholto.”
“Imma,” staqsejtu, “għandek xi idea x’inhu dan il-periklu?”
“Ma hemm l-ebda dubju dwar in-natura tiegħu.”
“Mela x’inhu? Min hu dan K.K.K.? U għaliex qed isus wara din il-familja żvinturata?”
Sherlock Holmes għalaq għajnejh u poġġa minkbejh fuq il ġnub tal-pultruna waqt li qal, “Il ħassieb razzjonali ideali, meta jiġi muri fatt fix-xejriet kollha tiegħu, ikun jista’ jistħarreġ mhux biss is sensiela ta’ ġrajjiet li wasslu għalih iżda wkoll x’jista’ jiġri fil-ġejjieni bħalma Cuvier(11) jista’ jagħti tagħrif dwar annimal sħiħ minn għadma waħda. L-osservatur, li jifhem sew ir-rabta bejn sensiela ta’ inċidenti, suppost ikollu l-ħila li jagħti tifsira ċara ta’ dawk l-affarijiet li ġraw u ser jiġru. Sa issa l-użu tal-moħħ biss mhux qed jagħtina t tweġibiet li rridu. Din il-kobba mħabbla nistgħu nsibu tarfha bl-għajnuna ta’ studju u tagħrif li jitfa’ aktar dawl dwar dak li jkun għaddej. Mela mar-raġunar irridu nżidu l-informazzjoni. Biex dan il-metodu jirnexxi hu meħtieġ li min qed jirraġuna juża wkoll fatti u informazzjoni li jkollu f’idejh. Dan jimplika minnu nnifsu, kif diġà rajna, ġabra kemm jista’ jkun kbira ta’ għerf u tagħrif. Fiż-żmien fejn għandek l-edukazzjoni ħielsa u l enċiklopediji hu impossibbli li tkun taf kollox. Biex l-għerf ikun ta’ għajnuna wieħed irid iżomm dak biss siewi għall-bżonnijiet tiegħu tax-xogħol jew professjoni. Jien hekk għamilt, tgħallimt dak l għerf li nħoss li hu ta’ ħtieġa għalija fil-qasam tiegħi tal-istħarriġ. Issa dan l-għerf ħa niġi bżonnu f’dan il-każ. Jekk niftakar sew darba minnhom, fiż-żmien bikri tal-ħbiberija tagħna, int iddeskrivejt sa fejn għandi ħila nasal b’mod preċiż ħafna.”
Bi tbissima għedtlu, “Kien dokument mhux tas-soltu. Il-filosofija, l-astronomija, u l-politika kollha kienu mmarkati zero. Niftakar il-botanika hekk u hekk, ġeoloġija profonda ħafna fejn jidħlu tbajja’ ta’ tajn f’kull reġjun ħamsin fil-mija mill belt, fil- kimika eċċentriku, fl-anatomija mhux sistematiku, fil-letteratura sensazzjonali, fl-arkivjar tad-delitti uniku, vjolinist goff, fl-użu tax-xabla adegwat, avukat tajjeb, u javvelena lilu nnifsu bil-kokaina u t-tabakk. Dawk kienu l-punti prinċipali tal- analiżi tiegħi.”
Holmes tbissem u qalli, “Sewwa, u ntenni l-istess ħaġa li għedtlek dakinhar. Il- bniedem irid iżomm il-kamra żgħira fl-attiku li għandu f’moħħu mgħammra bil- ħtiġijiet kollha li hu ħa juża. Dak kollu li hu żejjed jista’ jpoġġih fil-kamra tal- imbarazz fejn ikun jista’ jilħqu jekk jiġi bżonnu. Issa ġentilment newwilli l-ittra K tal-enċiklopedija Amerikana li qiegħda fuq l-ixkaffa ħdejk. Grazzi. Ejja niflu sew iċ- ċirkostanzi u naraw x’nistgħu nisiltu minnhom. L-ewwel nett nistgħu nibdew billi nissoponu li l Kurunell Openshaw kellu xi raġuni serja ħafna li ġegħlitu jitlaq mill- Amerika. Nies tal-età tiegħu ma jbiddlux id-drawwiet tagħhom, u jħallu minn jeddhom il-klima sabiħa ta’ Florida għal ħajja-solitarja f’komunità provinċjali fl- Ingilterra. L-imħabba kbira tiegħu għas-solitudni fl-Ingilterra tagħti wieħed x’jfhem li hu ħalla l-Amerika għax-kien qed jibża’ minn xi ħaġa jew xi ħadd. Issa minn xiex kien qed jibża’ nistgħu biss naslu biex insibu tweġiba mill-ittri li rċieva, li tant ġabu għawġ lilu u lil dawk li ġew warajh. Ħadt nota tat-timbri postali tal- ittri?”
“L-ewwel waħda ġiet minn Pondicherry, it-tieni minn Dundee, u t-tielet minn Londra.”
“Mil-Lvant ta’ Londra. X’nindunaw minn dan?”
“Dawn huma kollha portijiet. Il-kittieb tal-ittri kien fuq bastiment.”
“Eċċellenti Watson. Diġà għandna l-ewwel tarf. Wisq probabbli, anzi ngħid fiċ- ċert, li l-kittieb tal ittri kien abbord bastiment. Issa ejja naraw daqsxejn punt ieħor. Fil-każ ta’ Pondicherry bejn it-theddida u t-twettiq tad-delitt għaddew seba’ ġimgħat. Meta l-ittra ġiet minn Dundee għaddew biss xi tlieta jew erbat ijiem. X’taħseb dwar dan?”
“Li l-vjaġġ kien itwal.”
“Imma anki l-ittra għamlet vjaġġ twil biex waslet.”
“Ma-nistax nifhem il-punt tiegħek.”
“Tal-anqas wieħed jista’ jaħseb li l-bastiment li r-raġel jew irġiel qed jivvjaġġaw fuqu hu wieħed bil-qlugħ. Jidher li huma dejjem jibagħtu t-theddida tagħhom qabel ma jibdew il-missjoni tagħhom. Ara ftit, meta l-ittra bit-theddida telqet minn Dundee d-delitt sar ftit wara. Kieku ġew minn Pondicherry fuq bastiment tal isteam kienu jaslu kważi mal-ittra. Iżda ma kienx il-każ għax għaddew seba’ ġimgħat. Naħseb li dawn is-seba’ ġimgħat huma d-differenza bejn il posta bil- baħar li wasslet l-ittra, u l-iskuna li biha wasal il-kittieb.”
“Possibbli,” għedtlu.
“Ngħid li għandu mnejn hu hekk. Issa qed tara l-bżonn ta’ għaġla kbira f’dan il-każ u għaliex xprunajt lil Openshaw biex joqgħod attent? Id-daqqa dejjem taqa’ meta min bagħat l-ittri jkun wasal fil-post. Issa l-aħħar waħda ġejja minn Londra u għalhekk ma nistgħux inserrħu rasna li l-għedewwa tagħna ħa jdumu jiem biex jaslu. Ma neħodhiex bi kbira li diġà jinsabu hawn”
“Alla ħanin,” għajjat, “x’tista’ tfisser din il-persekuzzjoni ma tispiċċa qatt fuq din il- familja?”
“Il-karti li Openshaw kellu fuqu jidher li huma ta’ siwi għall-persuna jew persuni li issa qegħdin fuq l-iskuna. Naħseb li hu ċar li hemm iżjed minn wieħed. Bniedem waħdu ma jistax joqtol tnejn min-nies b’tali mod li jqarraq bil-Koroner kull darba. Bilfors kien hemm numru mhux ħażin li ħadu sehem. Nies riżoluti u lesti għal- kollox. Huma jridu l-karti tagħhom akkost ta’ kollox qegħdin għand min qegħdin. Mela jekk dawn huma s-sisien ta’ kif qed naħsbu, l-ittri K.K.K. ma jibqgħux l- inizjali ta’ xi ħadd iżda simbolu ta’ għaqda.”
“Imma x’għaqda?” staqsejtu.
“Allura qatt … ?” staqsieni Holmes jiġġebbed ’il barra u jbaxxi leħnu “… qatt ma smajt bil-Ku Klux Klan?”
“Le, qatt.”
Holmes dawwar il-paġni tal-ktieb li kien fuq irkupptejh. “Hawn aħna,” qalli, “Ku Klux Klan. L-isem ġej mix-xebh tal-ħoss ta’ sparatura tal-ixkubetta. Din l-għaqda faħxija twaqqfet minn ekssuldati tal-Konfederazzjoni tal-Istati tal Amerika tan- Nofsinhar li kienu tilfu l-gwerra ċivili mal-Unjonisti tal-Amerika tat-Tramuntana. Malajr twaqqfu fergħat f’bosta stati tan-naħa ta’ Isfel tal-Amerika bħal-Tennesse, Louisiana, Karolina ta’ Fuq u dik ta’ Isfel, Georgia, u Florida. L-għaqda kienet tuża s-setgħa tagħha għal għanijiet politiċi, primarjament biex titterrorizza n-nies suwed li issa kellhom il-vot. Kienu wkoll joqtlu u jkeċċu lil dawk li fl-għaqda juru xi oppożizzjoni. Qabel jibdew l-atti vjolenti tagħhom kienu jibagħtu lil min ikun immarkat twissija taħt xi forma stramba, ngħidu aħna xi fergħa ta’ siġra tal-ballut, f’xi nħawi żrieragħ tal-bettieħ jew larinġ bħal fil-każ tagħna. Meta l-vittma jirċievi din it-twissija, jew jiċħad kollox u jerġa’ jmur fi ħdan l-għaqda jew inkella jkollu jaħrab mill-pajjiż. Min kien qalbieni biżżejjed u ma jċedix kien imut għal-għarrieda b’mod mhux tas-soltu. Tant hija għaqda perfetta, b’metodi sistematiċi għall-aħħar, li ma hemmx każ wieħed ta’ xi ħadd li sfidaha u ma sofriex il-konsegwenzi. L-atti vjolenti tagħha qatt ma taw ħjiel ta’ xi suspett lejha. Għal xi snin l-għaqda mxiet sew ’il quddiem minkejja kull sforz tal-Gvern Amerikan u tal-komunità tan nies tan- Nofsinhar. Fl-aħħar, fis sena 1869, l-għaqda sfaxxat f’ħakka ta’ għajn għalkemm kien hemm xi attentati mferrxin biex terġa’ tingħaqad.”
“Tista’ tosserva,” qalli Holmes waqt li poġġa l-volum mal art, “li t-tkissir għall- għarrieda tal-għaqda jaħbat mal-għejbien ta’ Openshaw mill-Amerika bil-karti b’kollox. Din setgħu kienu l-kawża u l-effett. Ma neħodhiex bi kbira li hu u l-familja tiegħu għandhom iħufu warajhom nies li ma jiqfux qabel jilħqu l-għan aħħari tagħhom. Dan ir-reġistru u d-djarju jistgħu jikxfu l-ewwel nies tal-Amerika ta’ Isfel li daħlu fl-għaqda, u hemm oħrajn li mhux ser jorqdu sew sakemm id- djarju jkun f’idejhom.”
“Mela l-paġna li rajna…”
“Hi kif stajna nissoponu. Jekk niftakar sew kienet tgħid ‘Ibgħat iż żrieragħ lil A.B.Ċ’, li tfisser ibagħtilhom it-twissija tal-għaqda, imbagħad tliet kitbiet wara xulxin. A u B inħelsu jew telqu mill-pajjiż, u fl-aħħar marru jżuru lil Ċ. Wisq nibża’ b’riżultat ikrah għal Ċ. Mela Dott., ejja nippruvaw indawlu ftit din il-ġrajja mudlama. Naħseb li l-unika opportunità li Openshaw għandu biex ma jiġrilu xejn hi li jagħmel dak li għedtlu. M’hemmx x’tgħid u tagħmel iżjed illejla. Mela newwilli l-vjolin, u ejja nippruvaw ninsew dan it temp miżerabbli, u aktar u aktar id- drawwiet miżerabbli ta’ ħutna l-bnedmin.”
Filgħodu l-maltemp kien għadda u x-xemx bdiet tiddi liemja taħt velu rqiq ta’ sħab li kien qed jgħatti l-belt. Holmes kien diġà qed jieħu l-kolazzjon meta dħalt.
“Skużani li ma stennejtekx,” qalli, “iżda llum ħa jkolli x’nagħmel bil-każ ta’ Openshaw.”
“X’passi ħa tieħu?”
“Jiddependi ħafna minn x’ħa joħroġ mill-ewwel stħarriġ. Wara kollox naħseb li ħa 5pips 08jkolli mmur għand Openshaw.”
“Hemm sejjer l-ewwel?”
“Le, ħa nibda mis-City. Doqq il qanpiena u l-qaddejja ġġiblek il-kafè.”
Waqt li kont nistenna l-kafè ftaħt il-gazzetta u tajtha daqqa ta’ għajn. Għajnejja marru fuq titlu li kessaħli qalbi.
“Holmes,” għajjatt, “qiegħed tard wisq.”
“Ah!” qalli waqt li poġġa l-kikkra fuq il-mejda. “Kont qed nibża’ li jiġri dan. Għidli l- fatti.” Tkellem b’mod kalm iżda nnutajt li ħassha sew.
Għajnejja raw l-isem ta’ Openshaw fit-titlu li kien igħid ‘Traġedja ħdejn Waterloo Bridge’. Skont dak li hawn miktub, ‘Bejn id-disgħa u l-għaxra ta’ filgħaxija l- Kuntistabbli Cook tad-Diviżjoni H kien xogħol fuq Waterloo Bridge u sema’ lil xi ħadd jgħajjat għall-ajjut u xi ħaġa jew xi ħadd jaqa’ fl-ilma. B’xorti ħażina kien lejl ta’ maltemp u mudlam ħafna. Minkejja l-għajnuna ta’ bosta li kienu għaddejjin minn hemm kien impossibbli li min waqa’ fl-ilma jiġi salvat. Taw l-allarm u bl- għajnuna tat-taqsima tal-Pulizija tax-xmara l-ġisem ittella’ mill-ilma. Kien ta’ ġentlom żagħżugħ bl-isem ta’ John Openshaw li joqgħod viċin Horsham. Milli jidher saru jafu dan kollu għax kien miktub fuq envelop li sabulu fil-but ta’ ġewwa tal-inċirata. Wieħed jista’ jissoponi li kien mgħaġġel biex jilħaq l-aħħar tren mill- istazzjon ta’ Waterloo, u bl-għaġġla li kellu u d-dlam ċappa ta’ dak il-ħin ħa żball fit-triq u minflok baqa’ sejjer dritt wasal fit-tarf ta’ xi moll fejn jitrakkaw id-dgħajjes, tgerbeb it-taraġ u baqa’ nieżel  fl-ilma. Il ġisem ma kellu ebda sinjali ta’ vjolenza u ma hemm l-ebda dubju li l-mejjet kien vittma ta’ aċċident sfortunat. Dan li ġara għandu jiġbed l-attenzjoni tal awtoritajiet dwar il-kondizzjonjiet tal-mollijiet tad-dgħajjes li jinnavigaw ix-xmara.’
Waqa’ skiet perfett għal ftit minuti. Lil Holmes qatt ma rajtu kiebi u xxokkjat daqshekk.
“Dan kollu jweġġagħli d-dinjità tiegħi, Watson,” qalli fl aħħar. “Tabilħaqq dak li qed inħoss f’qalbi hu patetiku, iżda xorta hu tebgħa fuq l-unur tiegħi. Issa din il- biċċa xogħol saret personali u jekk Alla jagħtini s-saħħa naqbad lil dawn il-qattiela. Għajb għalija li żagħżugħ jiġi għandi għall-għajnuna u jien nibagħtu għall-mewt!”
Qam minn fuq il-pultruna u beda jdur madwar il-kamra bi’freneżija fuqu. Ħaddejh sofor ħmaru u beda jiftaħ u jagħlaq idejh xhieda tan-nervożiżmu li kellu.
“Tabilħaqq huma xjaten jilħqilhom,” għajjat fl-aħħar. “Kif setgħu nasbuh biex imur hemm isfel? Ma kinitx triqtu lejn l-istazzjon. Indubbjament il-pont kien iffullat wara lejla bħal dik u għalhekk il-qattiela ma setgħux jagħmlu xejn hemm. Insomma, Watson, fl-aħħar naraw min ħa jispiċċa minn fuq. Jien sejjer.”
“Għand il Pulizija?”
“Le, jien ħa nkun il-pulizija tiegħi nnifsi. Meta ninseġ l-għanqbuta l-Pulizija jkunu jistgħu jieħdu d-dubbien, iżda mhux qabel.”
Min-naħa tiegħi kelli ġurnata xogħol mhux ħażin u mort lura tard f’Baker Street. Holmes kien għadu ma deherx. Kienu kważi l-għaxra meta daħal. Deher sfajjar u għajjien. Mar lejn il-mejda, qatta’ biċċa ħobż, kielha, u xorob ftit ilma.
“Għandek il-ġuħ,” irrimarkajtlu.
“Mejjet bil-ġuħ. Insejt li ma ħadt xejn wara l-kolazzjon.”
“Xejn?”
“Lanqas loqma. Ma kellix ħin naħseb fuq ikel.”
“Allura, għandek xi ħjiel?”
“Qegħdin fil-pala ta’ idi. Openshaw iż-żgħir mhux ser idum biex jieħu l-ġustizzja li jistħoqqlu għall-mewt infami li sofra. Ejja, Watson, nitfgħulhom il-marka tagħna!”
“Xi trid tgħid?”
Ħa-larinġa mill armarju, u wara li qattagħha f’biċċiet u għasarha, tefa’ ż żerrigħat fuq il-mejda. Ħa ħamsa u poġġihom f’envelop. Fuq il-parti ta’ ġewwa li tagħlaq l- envelop kiteb ‘S.H. għal J.C.’, issiġilla l envelop u indirizzaha lil Captain James Calhoun, Barque Lone Star, Savanah, Georgia.
“Din ħa tkun tistennieh meta jidħol il-port,” qalli bid daħka. “Tista’ tħallih xi lejl jew tnejn imqajjem. Żgur li ħa jsibha bħala l-aħbar tat-tmiem tiegħu kif ġralu Openshaw qablu.”
“U min hu dan Captain Colhoun?”
“Il kap tagħhom. L-oħrajn naqbadhom ukoll iżda dan l-ewwel.”
“Kif irnexxielek issibu?”
Minn butu ħareġ folja karta mdaqqsa kollha ismijiet u dati.
“Għaddejt il-jum kollu neżamina r reġistru tal Lloyds(12) fl-arkivji biex insib kull bastiment li daħal fil-port ta’ Pondicherry bejn Jannar u Frar tas sena 1883. Kien hemm sitta u tletin bastiment ta’ tunnellaġġ(13) medju li daħlu f’dak il-port matul dawn ix-xahrejn. Wieħed, li kien jismu Lone Star, mill-ewwel ġibidli l-attenzjoni għaliex il-permessi tan-navigazzjoni ħarġu minn Londra iżda l-isem tal-bastiment hu reġistrat l-Amerika.”
“Jekk mhux sejjer żball Texas.”
“Għadni mhux ċert liema stat hu iżda mija fil-mija li l-isem tal-bastiment hu ta’ oriġini Amerikana.”
“Allura issa?”
“Fittixt fir-reġistru tal-port ta’ Dundee u sibt li l-iskuna Lone Star kienet hemm fix- xahar ta’ Jannar tal ’85. Id dubju tiegħi issa sar fatt ta’ min jorbot fuqu. Fl-aħħar staqsejt dwar bastimenti li bħalissa jinsabu fil-port ta’ Londra.”
“Iva?”
“Il Lone Star waslet il-ġimgħa l oħra. Mort fil-baċir Albert u qaluli li salpat lejn in naħa ta’ isfel tax-xmara lesta biex tmur lura lejn Savannah. Bgħatt telegramma Gravesend(14) u sirt naf li kienet għaddiet minn hemm ftit tal-ħin ilu. Peress illi r- riħ kien il-Lvant żgur li issa kienet ħa tgħaddi minn The Goodwins(15) u allura ma kinitx bogħod mill-gżira ta’ Wight.”
“X’ħa tagħmel issa?”
“Kollha huma f’idejja. Sirt naf li tliet Amerikani biss hemm abbord, Captian Colhoun u tnejn kompliċi miegħu. Il bqija taċ-ċorma huma Finlandiżi u Ġermaniżi. Naf ukoll li lbieraħ billejl it tlieta li huma ma kinux fuq l-iskuna. Sirt naf dan mingħand burdnar li kien qed jgħabbi l merkanzija fuq il bastiment. Sakemm l- iskuna tasal Savannah il bastiment bil posta jkun wassal din l ittra, u permezz ta’ telegramma l-Pulizija ta’ Savannah ħa jkunu diġà jafu li dawn it-tlieta huma mfittxijin fuq akkuża ta’ omiċidju.”
Imma anki l-aħjar pjanijiet jistgħu jfallu. Il-qattiela ta’ John Openshaw qatt ma rċevew iż żrieragħtal larinġ li kienu juruhom li kien hemm xi ħadd astuż aktar minnhom li kien qed jimxi wara l-passi tagħhom. Dik is sena l-irwiefen ekwatorjali damu ħafna u kienu ta’ qawwa mhux tas-soltu. Stennejna l-aħbar ta-Lone Star iżda qatt ma waslet. Fl-aħħar smajna li xi mkien fl-Atlantiku sabu parti mill-arblu ta’ bastiment titbandal mal-mewġ bl-ittri L.S. minquxin fuqha. Dak hu kollu li qatt ser inkunu nafu dwar id destin tal-Lone Star.

_________________________________________________________

Noti ta’ l-ahhar
1. Clark Russell: Kittieb Ingliż (1844 – 1911) magħruf l-aktar għall-istejjer li kiteb dwar il-ħajja fuq il-baħar. Ta’ 13-il sena daħal fil-flotta merkantili Ingliża fejn dam tmien snin. Din l-esperjenza pprovdietlu materjal għall-kitba tiegħu u għarrqitlu ħajtu. Mill esperjenza tiegħu fuq il baħar hu ħadem biex il-Gvern jgħaddi liġijiet biex iħarsu ’l-baħħara li kienu trattati ħażin mill-kaptani u s-sidien tal-bastimenti. Bis saħħa tiegħu għaddew bosta liġijiet li pproteġew u taw drittijiet lill-baħħara.
2. Coventry: Belt metropolitana fil Punent tan Nofs tal Ingilterra, magħrufa aħjar bħala Midlands. Hija l għaxar l ikbar belt tal Ingilterra u t tlettax l ikbar belt fir Renju Unit. Tinsab 153km mill Punent taċ Ċentru ta’ Londra. Għandha popolazzjoni ta’ bejn wieħed u ieħor daqs ta’ Malta.
3. Brevett: Bl Ingliż patent. Meta xi ħadd jivvinta xi ħaġa l ewwel ħaġa li jagħmel hu li jagħmilha brevett. Dan hu qisu ċertifikat maħruġ mill Gvern li jgħid li dak l oġġett ġie vvintat minn persuna partikolari. Dan ikun ifisser li ħadd ma jista’ jikkopja l invenzjoni, u biex xi ħadd jagħmel hekk irid jitlob permess li għalih irid iħallas il flus.
4. Il gwerra ċivili Amerikana: Fl 1861 laħaq President tal-Amerika Abraham Lincoln. Fost ir-riformi kbar li kellu f’moħħu kien hemm dik li jagħti l-ħelsien lill-iskjavi suwed. Dak iż-żmien eluf ta’ Afrikani kienu jinġiebu ‘l-Amerika bħala skjavi biex jaħdmu fil-pjantaġġuni tat-tajjar u t-tabakk fl-istati ta’ Isfel tal- Amerika. Dawn l-iskjavi kienu trattati agħar mill-annimali.
Meta Lincoln ried jgħaddi l-liġi li tagħti l-ħelsien lill-iskjavi seba’ stati tan-naħa ta’ Isfel iddikjaraw li nqatgħu mill-Istati Uniti tal-Amerika u waqqfu l- Konfederazzjoni tal-Istati tal-Amerika ta’ Isfel indipendenti mill-Istati Uniti. B’hekk faqqgħet il-gwerra mdemmija bejn il Konfederazzjoni tal-Istati ta’ Isfel tal- Amerika u l-Unjoni tal-Istati tal-Amerika ta’ Fuq, li kienu jappoġġjaw lill-President Lincoln. Il-gwerra bdiet fl 1861 u ntemmet fl-1865. Il-Konfederazzjoni tal-Istati ta’ Isfel ġiet megħluba u fit-13 ta’ Diċembru 1865 l-iskjavitù fl-Amerika ġie abolit. Konsegwenza ta’ din il-gwerra ċivili, il-President Lincoln ġie assassinat fil-15 ta’ April 1865.
5. Jackson: Thomas Jonathan Jackson (1824 – 1863). Kien magħruf l-aktar bħala Stonewall Jackson. Kien wieħed mill-aktar ġenerali famużi tal- Konfederazzjoni tal-Istati ta’ Isfel fil-gwerra ċivili Amerikana. Miet mewta sfortunata għaliex indarab minn suldati tal-armata tiegħu stess. Kellhom jaqtghulu idu u miet kawża ta’ komplikazzjonijiet ta’ din l-amputazzjoni.
6. Hood: John Bell Hood (1831 – 1879). Ġeneral ieħor tal-armata tal Konfederazzjoni tal-Istati ta’ Isfel. Hu kellu reputazzjoni ta’ qlubija u aggressività. Ħafna drabi ma kienx jagħti kas tal-konsegwenzi ta’ għemilu.
7. Lee : Robert Edward Lee (1807 – 1870). Il Ġeneral li mexxa l-armata tal- Konfederazzjoni tal-Istat ta’ Virġinja ta’ Fuq. Hu l-aktar ġeneral famuż tal-gwerra ċivili. Barra suldat espert kien ukoll inġinier militari mill-aqwa. Hawn min jikkritika t-tattika aggressiva tiegħu li skont ċerti storiċi kkawżat numru għoli ta’ vittmi għalxejn.
8. Pjantaġġun: Meded kbar ta’ art li fihom kienu jkabbru tajjar, tabakk, kafè, zokkor, qamħ, u ross fost l-oħrajn. Għal dawn il-pjantaġġuni kellhom bżonn ta’ bosta ħaddiema. Fi żmien iż-żrigħ u l-ħsad kienu jġibu eluf ta’ nies mill-Afrika biex jagħmlu dan ix xogħol taħt kundizzjonijiet ta’ skjavitù.
9. Sussex: Reġjun antik li jinsab fil-kosta tax-Xlokk tal-Ingilterra. Forsi l-iktar belt magħrufa f’dan ir-reġjun hija Brighton and Hove, belt ħdejn il-baħar u post popolari ħafna mal-Ingliżi għall-vaganzi.
10. Waterloo: Waħda mill aktar battalji famużi fl-istorja Ewropeja li temmet l- era ta’ Napuljun. Din seħħet fit-18 ta’ Ġunju 1815 bejn l-armata Franċiża ta’ Napuljun u l-armata  Ingliżi taħt il-Ġeneral Wellington u l-armata Prussjana taħt il- Ġeneral Blucher f’post bl-isem ta’ Waterloo fil-Belġju. Wara din id-disfatta Napuljun ġie eżiljat fil-gżira ta’ Sant’Elena fejn miet fil-5 ta’ Mejju 1821.
11. Cuvier: Jean Léopold Nicolas Frédéric Cuvier (1769 – 1832), magħruf aktar bħala Georges Cuvier. Naturalista u zuologu Franċiż importanti ħafna fil-qasam tar-riċerka tax-xjenza naturali fis-seklu 18. Kien strumentali biex stabbilixxa l- istudju tal-anatomija u l-palejontoloġija (studju tal-annimali preistoriċi) komparata billi kkompara annimali ħajjin ma’ fossili.
12. Reġistru ta’ Lloyds: Fis seklu 19 ir-Reġistru ta’ Lloyds kienet organizzazzjoni marittima li tippubblika reġistru bil-lista tal-bastimenti tal-baħar madwar id-dinja. Din il-lista kienet tagħti informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal- bastiment. Dan biex min jassigura l-bastiment jew jikrih ikollu idea tal-qagħda tal- bastiment. Il-bastiment kien jingħata żewġ marki, waħda dwar il-kundizzjoni tal- istruttura tiegħi u marka oħra ghat-tagħmir tiegħu, bħal arbli, ħbula u affarijiet oħra. L-ogħla marka tal-istruttura kienet A u dik tat-tagħmir kienet 1. Minn hawn ħarġet l espressjoni A1.
13. Tunnellaġġ: Il kobor ta’ bastiment jitkejjel bit-tunnellati, għalhekk ngħidu tunnellaġġ.
14. Gravesend: Komunità lokali fil-Majjistral tar-reġjun ta’ Kent. Tinsab fit-tarf ta’ isfel tax-xmara Thames hekk kif din tiżbokka fl-Oċean Atlantiku.
15. Goodwins: L isem proprju hu The Goodwin Sands. Sikka ramel twila 10km li tinsab fil-kanal Ingliż 10km mill-kosta tar-reġjun ta’ Kent. Din is-sikka tikkonsisti f’firxa ta’ ramel ħoxna 25m li tistrieħ fuq sodda tal-ġibs.

_________________________________________________________

4 – Misteru f’wied Boscombe

Kont qed nieħu l-kolazzjon ma’ marti meta s seftura ġabitli telegramma. Kienet mingħand Sherlock Holmes li fiha kitibli dan li ġej:
“Għandek xi jumejn fejn m’għandekx x’tagħmel? Għadha kemm waslitli telegramma mil-l Lvant tal Ingilterra dwar it traġedja tal-Wied ta’ Boscombe. Barra li nieħu gost ħafna fil-kumpanija tiegħek, tkun ta’ għajnuna kbira jekk tiġi miegħi, l-arja u l-veduti huma perfetti. Nitlaq minn Paddington fil-ħdax u kwart.”
“Xi tgħid għażiż tiegħi?” qaltli marti. “Sejjer?”
“Ngħidlek is-sew ma nafx x’naqbad nagħmel. Bħalissa għandi lista twila ta’ pazjenti.”
“U iva, Anstruther jista’ jibdlek. Dan l-aħħar dhert daqsxejn isfar, naħseb bidla fl- arja tkun ta’ ġid. U naf kemm tkun għal qalbek fil-każi ma’ Sherlock Holmes.”
“Inkun aktar ferħan kieku ma kontx meta nara x’ħadt minħabba waħda minnhom,” weġibtha. “Insomma, jekk ħa mmur aħjar nippakkja xi ħaġa għaliex f’nofs siegħa rrid nitlaq.”
Fiż-żmien li għaddejt ġewwa kamp fl-Afganistan drajt inlesti malajr biex insiefer. Il bżonnijiet tiegħi kienu ftit u f’inqas minn-nofs siegħa kont bil-bagoll sejjer lejn l- istazzjon ta’ Paddington f’karozzella bir-roti jtektku fuq iċ ċangaturi żgħar tat- toroq ta’ Londra. Sherlock Holmes kien tiela’ u nieżel fuq il-pjattaforma tal- ferrovija. Is sura twila u magħluba tiegħu dehret aktar twila u magħluba bil-kappa twila griża li kien liebes u l-kappell ulster f’rasu.
“Hu ta’ faraġ kbir għalija li ġejt, Watson,” qalli. “Il-każ jieħu xejra oħra meta jkolliBoscombe 01 lil xi ħadd miegħi li nkun li nista’ nafda u jgħinni nbiddel il-fehmiet tiegħi. L- għanjuna li nsib fil-lokal ma tkun tiswa xejn għax tkun imxaqilba lejn xi naħa. Sib żewġ postijiet fil-kantuniera sakemm immur għall-biljetti.”
Kellna kompartament kollu għalina, li mtela bil-gazzetti li kien ġab miegħu Holmes. Hu beda jfittex, jaqbad waħda, jaqra, u xi kultant jikteb xi nota jew joqgħod jixtarrha. Dan sakemm għaddejna Reading, imbagħad għamilhom kollha f’kobba u tefagħhom fuq l-ixkaffa ta’ fuq rasu.
“Qrajt xi ħaġa fuq il-każ?” staqsieni.
“Lanqas xejn. Ili ġranet ma nara gazzetta.”
“Il gazzetti ta’ Londra ma tantx kellhom rapporti tajbin. Kont qed nara fil-gazzetti ta’ dan dawn in-naħat biex inkun naf sew ix-xejriet kollha tal każ. Milli nista’ nifhem hu wieħed minn dawk il-każi li mal-ewwel daqqa ta’ għajn jidher li dak li jkun jista’ jifhem bla tbatija iżda wara jintebaħ li hu iebes biex isib tarf it-taħbila.”
“Hu daqsxejn ambigwu.” rrimarkajt.
“Tabilħaqq hekk hu. Bħal dejjem dak li jolqtok fil-każ huma l-aktar  affarijiet ħfief. Iżjed ma delitt ikun komuni u m’għandux elementi barra min normal issib li hu aktar diffiċli biex issiblu rkaptu. Issa f’dan il-każ hemm akkuża gravi kontra l-iben tar-raġel maqtul u kif inhuma l-affarijiet issa tista’ hija akkuża li għandha bosta elementi ta’ provi.
“Mela hu każ ta’ qtil?”

“Iva, hekk qed jgħidu. Imma mhu ħa nieħu xejn bħala ċert sakemm ma jkollix l-opportunita li nara l affarijiet jien. Issa fi ftit kliem nispjegalek il-ġrajja sa fejn nafha jien.”
“Il wied ta’ Boscombe hu distrett rurali mhux ’il-bogħod minn Ross ġewwa Herefordshire.(1) L-ikbar proprjetà ta’ dawk l-inħawi hija ta’ Mr John Turner li għamel il-fortuna tiegħu l-Awstralja, ġie l-Ingilterra lura xi ftit snin ilu. Hu kera r- razzett bl-isem ta’ Hartherley Farm lil ċertu Mr. Charles McCarthy li wkoll ġie lura mill-Awstralja. It-tnejn kienu jafu lil xulxin hemmhekk. Kien naturali li meta ġew lura jgħixu hawn bdew jagħmluha ma’ xulxin. Minkejja li Turner kien aktar għani minn McCarthy, l-inkwielin tiegħu, kienu ħbieb ħafna u qiesu lil xulxin indaqs. Ta’ spiss kienu jkunu flimkien. McCarthy, il-mejjet, għandu iben, żagħżugħ ta’ 18-il sena u Turner għandu bint tal-istess età. It-tnejn huma romol u milli jidher ma kinux jersqu wisq lejn il familji ta’ dawn l-inħawi. Kienu jgħaddu ħajja irtirata. McCarthy u ibnu kellhom in-namra tat-tiġrijiet taż-żwiemel u spiss kienu jmorru jaraw it-tiġrijiet. McCarthy kellu żewġ qaddejja – raġel u tifla. Min naħa tiegħu Turner għandu nofs tużżana jaħdmu miegħu. Dan hu kulma sirt naf dwar iż-żewġ familji.
Issa ejja niġu għal dak li seħħ. Fit-3 ta’ Ġunju, jiġifieri nhar it-Tnejn li għadda, McCarthy ħalla d-dar tiegħu f’ Hartherley Farm għal xi t tlieta ta’ waranofsinhar u mexa lejn Boscombe Pool, li hija għadira żgħira ffurmata minn nixxiegħa li titwessa fi triqtha ’l isfel lejn il wied ta’ Boscombe. Filgħodu ħareġ u mar Ross ma’ lavrant tiegħu. Hu qal lir-raġel biex iħaffef għaliex fit-tlieta kellu kellu jiltaqa’ ma’ xi  ħadd. Waqt dak l-appuntament inqatel.
Minn Hatherley Farm għall-għadira ta’ Boscombe hemm xi kwart ta’ mil. Tnejn min-nies raw lil McCarthy, waħda kienet mara xwejħa li isimha ma ssemmiex, u l- ieħor William Crowder l għassies tal-kaċċa (2) li jaħdem ma’ Mr Turner. Dawn iż- żewġ xhieda stqarrew li raw lil Mr McCarthy miexi waħdu. L-għassies tal-kaċċa żied li wara ftit minuti li ra lil Mr McCarthy ra ‘l ibnu James McCarthy għaddej mill-istess naħa bi xkubetta taħt abtu. Sa fejn nista’ nifhem kien jidher li ibnu kien miexi wara missieru. Kollox intesa sakemm filgħaxija sar jaf b’dak li ġara.
Wara li l-għassies tal-kaċċa ma rahomx aktar lemħuhom nies oħra. L-għadira ta’ Boscombe 02Boscombe hija mdawra b’masġar sfiq bis-siġar u t-tarf tal-għadira hu mdawwar bil-ħaxix u l-qasab. Tifla ta’ erbatax il-sena, Patience Moran, li hija bint il-purtinar li joqgħod fid-dwejra biswit il-grada tad-dħul tad-dar ta’ Mr Turner, kienet fil- masġar taqta’ l-fjuri. Hi qalet li meta kienet f’xifer l-għadira rat lil Mr McCarthy u lil ibnu, li dehru li kien qed ikollhom xi jgħidu b’herra kbira. Semgħet lil McCarthy ix-xiħ jgħid kliem iebes ħafna lil ibnu u rat lil dan tal-aħħar jerfa’ jdejh qisu ħa jagħti xi daqqa lil missieru. Quddiem din ix-xena t tifla beżgħet u telqet tiġri tgħid b’kollox lil ommha. It tifla għarrfitha li kienet għada kif ħalliet liż-żewġ McCarthies jitlewmu ħdejn l għadira ta’ Boscombe u beżgħet li setgħu jiġu fl-idejn. Bilkemm kienet spiċċat tgħid dan lil ommha li ma jidħolx jiġri McCarthy iż-żgħir biex jgħidilhom li kien għadu kif sab ’il missieru mejjet fil-masġar. Hu talab l-għajnuna tal purtinar. Kellu dagħdigħa kbira fuqu. La kellu xkubetta u lanqas kappell. Idu l leminija u l komma tal qmis kienu mċappsin b’demm frisk. Meta xi nies marru warajh huma sabu l-ġisem bla ħajja ta’ missieru mimdud fuq il ħaxix ħdejn l- għadira. L-iskutella ta’ rasu kienet mifqugħa b’bosta daqqiet ta’ xi arma tqila u ppuntata. Kien jidher ċar li l-ġrieħi setgħu ġew ikkaġunati mill-manku tal-injam tal ixkubetta ta’ ibnu li nstabet qalb il-ħaxix ftit passi bogħod mill-katavru.
Meta l-biċċa ħadet din ix-xeħta ż-żagħżugħ ġie arrestat minnufih. Nhar it-Tlieta saret l-inkjesta ġudizzjarja u ġie mixli bil qtil-volontarju ta’ missieru. L-għada ttieħed Ross quddiem il-maġistrati li rreferewh għall-Qorti tas Sisa(3) li kien imiss. Dawn huma l-ġrajjiet tal-każ li nstemgħu quddiem il-Koroner(4) tal Qorti tal- Pulizija.”
“Ma nistax naħseb f’każ aktar ċar.”

jidher imwiegħer ħafna għall-ġuvnott. Ma neħodhiex bi kbira li hu tabilħaqq il- ħati. Fl istess ħin ħafna nies tal-post, fosthom Miss Turner, jemmnu fl-innoċenza tiegħu. Fil -att qabbdu lil Lestrade, li naħseb tiftakar mill-każ ‘A study in Scarlet’ biex jist ħareġ il-każ fl-interess tal-mixli. Lestrade jinsab imħawwad u allura għadda l-każ lili. Huwa għalhekk li qegħdin inħaffu lejn il-Lvant bil-ħamsin mil fis- siegħa minflok qed nieħdu l-kolazzjon bil-kwiet id-dar.”
“Kontra qalbi ngħidlek,” għedtlu, “li dak li ġara jitkellem waħdu. Ma tantx hemm bżonn ħafna taħbil il-moħħ biex tinduna x’ġara. Ma naħsibx li ħa taqla’ ħafna tifħir minn dan il-każ.”
“Dak li hu evidenti hu l aktar li jfixkel u jħawwad ‘il-moħħ,” weġibni jidħak. “BarraBoscombe 06 minn hekk nistgħu ninzertaw xi fatti ta’ siwi li għal Lestrade ma jfissru xejn. Tafni biżżejjed u taf li mhux qed niftaħar b’rixi meta ngħid li ħa nibni l-każ madwar l- innoċenza jew il ħtija tal ġuvnott b’għodda li Lestrade la jaf juża u lanqas jifhem. Nieħdu eżempju, hekk, kif ġie ġie. Naf fiż-żgur li t-tieqa tal kamra tas-sodda tiegħek tinfetaħ min naħa tal-lemin iżda fl-istess ħin ma nafx jekk Lestrade kienx jinnota dan il-fatt li jidher mill bogħod.”
“Kif ix xjafek…!?”
“Ħabib għażiż tiegħi, nafek tajjeb. Naf il-fittaġni militari dwar l-ordni u l-ndafa tiegħek. Issa kull filgħodu tqaxxar il-leħja u f’dan l-istaġun tqaxxarha fid-dawl tax- xemx. Nara illi t-tqaxxir tal-leħja tiegħek qed imur lura iżjed ma tersaq fuq in-naħa tax-xellug sakemm isir tassew ta’ kafkaf meta tiġi biex iddur max-xedaq. Dan juri biċ-ċar li d-dawl fuq dik in naħa mhux tajjeb daqs l-oħra. Ma nistax inġib quddiem għajnejja raġel bid-drawwiet tiegħek iħares fil-mera b’dawl tas soltu u jkun għal- qalb b’dehra bħal dik. Dan biex nurik b’mod ħafif  l-effett ta’ osservazzjoni li minnha toħroġ konklużjoni. Dan hu kif naħdem jien u possibbilment jista’ jkun ta’ għajnuna fil-każ li għandna quddiemna. Kien hemm żewġ punti żgħar li tqajmu fl- inkjesta tal-Pulizija li ta’ min jixtarrhom sew.”
“X’inhuma dawn il-punti?”
“Milli jidher l-arrest ma sarx immedjatament iżda kif McCarthy ġie lura lejn Hatherley Farm. Meta l-Ispettur infurmah li kien ħa jarrestah McCarthy qal li ma kienx qed je]odha bi kbira għax hekk kien jistħoqqlu. Tista’ taħseb li bi stqarrija bħal-dik il ġurija tal-inkjesta ma kellhiex dubji dwar il ħtija tiegħu.”
“Ma kienet xejn inqas minn ammissjoni tad-delitt,” għedtlu.
“U din l ammissjoni ma biddilhiex u qatt ma saħaq fuq l-innoċenza tiegħu.”
“Dak li lissen isir aktar suspettuż meta tqis li hu qalu wara serje ta’ fatti li diġà kienu juru li hu wettaq id delitt,” komplejt jien.
“Ara jien naraha xort’oħra,” weġibni Holmes. “Dan hu l-aqwa xaqq ta’ dawl f’dan is- sħab iswed. Jista’ jkun ħati kemm trid iżda ma jistax ikun daqshekk bla ras li ma jindunax li l-qagħda hija kontrih. Kieku ma kienx qed jistenna l-arrest tiegħu jew għamel tabirruħu li ħa għalih, kont ninduna li hemm il-qerq. Għaliex f’qagħda bħal din li wieħed jinħasad jew jirrabja mhumiex rispons naturali. Madankollu tista’ tidher l aħjar tweġiba għal min irid iqarraq. Li jbaxxi rasu għal kollox b’mod miftuħ u onest juri li, jew li hu bla ħtija jew min naħa l-oħra li hu raġel sod u li jaf irażżan lilu nnifsu.
Li qal li qed jieħu dak li jistħoqqlu ma tantx ħalla effett fuqi. Mhux daqshekk kontra n-natura jekk int iżżomm f’moħħok li hu kien ħdejn il-ġisem mejjet ta’ missieru. Fuq kollox irridu nżommu f’moħħna li dakinhar hu nesa d-dmirijiet ta’ iben lejn missieru u qallu kliem iebes. Saħansitra kien ser jerfa’ jdejh fuqu, u dan skond ix xhieda tat-tifla. Kliemu tista’ tieħdu  bħala qrara li biha hu kien qed iċanfar lilu nnifsu u qed iħoss indiema għal għemilu. Dawn huma sinjali ta’ moħħ luċidu li għandu l-ħila jirraġuna bis-sens u mhux ta’ xi ħadd li hu ħati ta’ delitt serju.”

Jien xengilt rasi u għedtlu, “Ħafna ħadu l-forka għal ħafna inqas provi minn dawn. Hu x’jgħid fuq dak li ġara?”
“Jiddispjaċini li ma qed jgħid xejn li jqawwi qalb lil min irid jgħinu. Għalkemm hemm punti li jġegħluk taħseb. Issibhom hawn u tista’ taqrahom int stess.”
Tani kopja tal-gazzetta ta’ Herefordshire u wrieni l-paragrafu li kellu x-xhieda tal- imsejken ġuvni. Poġġejt komdu u bdejt naqra:
Mr. James McCarthy, l uniku iben tal-mejjet, ġie mgħajjat u hu ta x-xhieda tiegħu quddiem il-Koroner hekk:
Kont tlett ijiem nieqes mid-dar għax mort Bristol. Ġejt lura nhar it-Tnejn li għadda filgħodu, it-tlieta tax-xahar. Missieri ma kienx id-dar u l-qaddejja qaltli li kien mar Ross ma’ John Cobb, li joħodlu ħsieb iż-żwiemel. Wara ftit smajt ir-roti tal- karozzella ż-żgħira fil-bitħa. Mit-tieqa rajt lil missieri jinżel malajr mill-karozzella u joħroġ mill-bitħa, iżda ma nafx lejn liema naħa rħielha. Ħadt l-ixkubetta u mxejt lejn l-għadira ta’ Boscombe bil-ħsieb li nżur bejta fniek li kienet fuq ix-xaqliba l- oħra tal-għadira. Fi triqti rajt lil William Crowder, l-għassies ta- kaċċa, kif xehed hu stess. Imma kien żbaljat meta ħaseb li kont qed nimxi wara missieri. Ma kontx naf min kien hemm quddiemi. Meta kont xi mitt jarda bogħod mill-għadira smajt lil xi ħadd jgħajjat ‘Cooee!’ Is-soltu dan hu sinjal bejni u missieri. Ħaffift ’il-quddiem u sibtu bilwieqfa quddiem l-għadira. Deher skantat ħafna li rani u staqsieni b’mod żorr x’kont qed nagħmel hemm. Bdejna nargumentaw u malajr wasalna għal kliem iebes u bilkemm ma ġejniex fl-idejn. Missieri kellu natural vjolenti. Meta rajt li r-rabja tiegħu kienet saret inkontrollabbli tlaqtu u mort lura lejn Hatherley Farm. Ma mxejtx iżjed minn mija u ħamsin jarda meta minn warajja smajt għajta tal-biża’ li ġegħlitni mmur lura. Sibt lil missieri qed imut fuq il-ħaxix b’ġerħa terribbli f’rasu. Tlaqt l-ixkubetta u żammejtu f’idejja iżda miet kważi mill- ewwel. Bqajt għarkupptejja ħdejh għal ftit minuti u mbagħad tlaqt biex nitlob l-għajnuna fid-dwejra tal purtinar ta’ Mr Turner li kienet l-aktar dar qrib. Meta mort lura ħadd ma kien hemm ma’ missieri u m’għandi l-ebda idea kif ġarrab dawk il-ġrieħi f’rasu. Ma kienx xi bniedem miġjub, b’bixra bierda u mġiba iebsa. Iżda sa fejn naf jien ma kellux xi għedewwa partikolari. Ma naf xejn iżjed fuq il-każ.
“Missierek qal xi ħaġa qabel ma miet?”
“Gedwed xi ftit kliem iżda kulma stajt nifhem kienet il-kelma ‘rat’.”
“X’fhimt b’dik il-kelma?”
“Għalija ma fissret xejn. Ħsibt li kien qed jiddillirja.”
“Fuqiex tlewwimtu int u missierek?”
“Nagħżel li ma nweġibx.”
“Jiddispjaċini li ħa jkolli nisħaq li twieġeb.”
“Hu impossibbli li-nagħtik dan it-tagħrif. Imma nista’ nserraħlek rasek li t-tilwima tagħna ma kellha x’taqsam xejn mat-traġedja li seħħet wara.”
“Dak għall Qorti li tiddeċidih. Irrid ngħidlek li jekk tiċħad li twieġeb dan jista’ jagħmel ħafna ħsara lill-każ tiegħek fil-proċeduri li ġejjin.”
“Imma jien xorta jkolli nirrifjuta.”
“Nifhem li l-għajta ‘Cooee’ kienet sinjal komuni bejnietkom.”

“Iva kienet.”
“Mela kif tfiehem li missierek għajjat dan is-sinjal qabel ma kien jaf li int kont ġejt lura minn Bristol?”
“(imħawwad għall-aħħar) Ma nafx.”
“Rajt xi ħaġa li qanqlitlek xi ħsieb ħażin meta kont sejjer lura, smajt l-għajta, mort u sibt lil missierek midrub għall-mewt?”
“Xejn li jiftiehem.”
“Xi trid tgħid b’dan?”
“Kont imfixkel u mbegħren waqt li ġrejt lejn il ftuħ tal-masġar. Ma ħsibt fuq xejn ħlief missieri. Iżda fl-istess ħin, waqt li ġrejt lejn missieri mingħalija rajt xi ħaġa mal-art fuq ix-xellug tiegħi. Dehret li kienet xi ħaġa ta’ kulur griż, forsi xi tip ta’ kowt jew kappa ta’ drapp iċċangjat. Meta qomt minn ħdejn missieri mort infittixha iżda ma kinitx hemm.”
“Trid tgħid li għebet qabel ma mort għall-għajnuna?”
“Iva, ma kinitx hemm.”
“U ma tafx tgħid x’kienet?”
“Le, imma ħassejt li kien hemm xi ħaġa.”
“Kemm kienet bogħod mill-mejjet?”
“Bejn wieħed u ieħor xi tnax-il jarda”
“U mit-tarf tal bosk?”
“Naħseb l-istess.”
“Mela tneħħiet meta int kont xi tnax il-jarda bogħod?”
“Iva, iżda kont b’dahri lejha.”
Hawn ġie fi tmiemu l-eżami tax-xhud.
“Qed nara,” għedt lil Holmes, “li l-Koroner għalaq bi kliem ftit iebes fuq iż- żagħżugħ McCarthy. Hu ġibidlu l-attenzjoni, u bir-raġun, għat-taħwida li missieru għamillu s sinjal qabel ma kien jaf li ġie lura minn Bristol. Widdbu anki għall-fatt li ċaħad li jikxef dwar xhiex kienet id-diskursata li kellu ma’ missieru, u wkoll meta tkellem dwar dik il-kelma li lissen missieru. Nibża’ li dan kollu meħud f’daqqa ħa jkunu ta’ ħsara għall-iben.”
Holmes daħak u tmattar fuq il-bank. “Kemm int, kif ukoll il Koroner għamiltu minn kollox,” qalli, “biex tagħżlu l-aktar fatti li jikkontradixxu lil xulxin . Mhux qed tara li daqqa qed tgħid li ż-żagħżugħ għandu ħafna immaġinazzjoni u fl-istess ħin li m’għandu kważi xejn? Għandu ftit li xejn għaliex ma kellux ħila joħloq skuża għaliex kellu xi jgħid ma’ missieru biex jiġbed lill-ġurija lejh. Imbagħad li hu għandu ħafna immaġinazzjoni u għandu ħila joħloq qlajja’ daqshekk ħelwa fejn missieru qabel miet lablab xi ħaġa dwar ‘rat’ u fuq kollox isemmi biċċa drapp li tgħib. Le, le, sieħbi jien ħa nibda l-istħarriġ tiegħi fuq is-sies li l-ġuvni qed jgħid il-verità. Naraw fejn twassalna din it-tiswira f’moħħi. Issa għandi ktieb żgħir ta’ Petrarka(6) u ma rridx nisma’ kelma oħra fuq dan il-każ sakemm naslu fuq il-post. Issa la naslu Swindon nieklu. Hawn qed nara li ħa naslu f’għoxrin minuta.”
Kienu kważi l-erbgħa meta fl-aħħar, wara li għaddejna mill-ġmiel tal-Wied Shroud u l-wesgħa tleqq tax-xmara Severn, wasalna f’post żgħir fil-kampanja jismu Ross. Sibna jistenniena raġel magħlub qisu ballottra b’ħarsa makakka u jilħaqlu. Minkejja l-fatt li kien liebes kowt kannella u qalziet dejjaq li libes b’rispett tal- ambjent rustiku, ma kienet iebsa xejn għalija li nagħraf li dan kien Lestrade ta’ Scotland Yard. Morna miegħu lejn id-dverna Hereford Arms fejn diġà kien hemm kamra lesta għalina.
“Ordnajt karozzella,” qal Lestrade, meta konna qed nieħdu belgħa te. “Kont naf li int bniedem ħabrieki u ma sserraħx rasek qabel tara x xena tad-delitt.”
“Irroddlok ħajr ħafna, kien kumpliment sabiħ min-naħa tiegħek,” irrispondieh Holmes, “iżda l-qofol ta’ kollox hi l-pressjoni barometrika.”
Lestrade ħares lejh skantat. “Mhux qed nifhmek,” qallu.
“Kemm qed jimmarka pressjoni l-barometru Disgħa u għoxrin, qed nara. Riħ xejn u l-ebda sħab fi- sema. Għandi kaxxa kollha sigaretti li għandhom bżonn jitpejpu u s-sufan hu aqwa minn dawk xejn komdi tal-lukandi tal kampanja. Ma naħsibx li ser ikolli bżonn il-karozzella llejla.”
Lestrade beda jidħak b’mod ħlejju. “M’għandi l-ebda dubju li diġà sibt it-tarf ta’ kollox minn dak li qrajt fil-gazzetti,” qallu. “Il każ hu ħafif rixa u iżjed ma wieħed jixtarr fih iżjed jissoda l-fehma tiegħu. Madankollu, wieħed ma jistax jiċħad li jsabbar Sinjorina ta’ qalb tajba. Hi semgħet bik u riedet l-opinjoni tiegħek, għalkemm għedtilha kemm-il darba li int ma tista’ tagħmel xejn aktar milli għamilt jien. Hawn hi l-karozzella tagħha.”
Konna għandna kemm spiċċajna nitkellmu meta fil-kamra daħlet tiġri waħda mill isbaħ xebbiet li qatt rajt. It-tfajla, b’għajnejha vjola jleqqu, xufftejha kemm kemm miftuħa, u ħaddejha roża, insiet il-misthija naturali bl-eċċitament u l-inkwiet li kellha.
Boscombe 03“Oh, Mr Holmes!” qalet, tħares lejja u lejn Holmes. Fl-aħħar indunat min kien Holmes u ħarset fiss lejh. “Kemm qed nieħu gost li qiegħed hawn. Ġejt biex ngħidlek li naf li James mhux ħati u rridek tibda xogħlok billi tkun taf dan. Qatt taħseb mod ieħor fuq dan il-punt. Ilna nafu lil xulxin minn mindu konna żgħar. Naf id difetti tiegħu kollha iżjed minn ħaddieħor. Għandu qalbu tajba wisq biex iweġġa’ dubbiena. Għal min jafu, li jkun mixli bil-qtil ta’ missieru, hija bla sens.”
“Nittama li nkun nista’ neħilsu Miss Turner,” qalilha Sherlock Holmes. “Tista’ sserraħ rasek li ħa nagħmel mill-aħjar li nista’.”
“Imma int qrajt ix-xhieda. X’jidhirlek? Ma sibtx xi teknikalità, xi żball? Ma taħsibx li hu innoċenti?”
“Naħseb li jista’ ħafna li jista’ jkun.”
“Qed tara!” għajtet u ħarset lura bi sfida lejn Lestrade. “Qed tisma’? Hu qed jagħtini t-tama.”
Lestrade għolla spallejh. “Hu ta’ sogħba għalija ngħid li l-kollega tiegħi qed jgħaġġel wisq fil-konklużjonijiet tiegħu.”
“Imma għandu raġun. Naf li għandu raġun. James qatt ma wettaq dan id-delitt. U dwar it tilwima ma’ missieru żgur li ma riedx jgħid lill-Koroner fuq xhiex kienet minħabba fija.”
“Xi trid tfisser?” staqsieha Holmes.

“Mhux il-mument li naħbi. James u missieru ma kinux jaqblu dwari. Il-mejjet cCarthy xtaq ħafna li aħna niżżewġu. James u jien dejjem ħabbejna lil xulxin bħala aħwa imma hu għadu żgħir u ftit kellu għerf tal-ħajja. Ma riedx jieħu pass bħal-dan għalissa. Għalhekk l-argumenti bejniethom. M’għandi l-ebda dubju li anki l-aħħar wieħed kien dwari.”
“U missierek?” staqsieha Holmes. “Kien jaqbel maż-żwieġ?”
“Le, kien kontra li niżżewġu. Ħadd ħlief McCarthy ma kien jaqbel.” F’daqqa waħda wiċċha ħmar u Holmes flieha b’ħarsa inkwiżittiva.”
“Grazzi tat-tagħrif,” qalilha. “Jekk ngħaddi għada nista’ nara lil-missierek?”
“Jiddispjaċini li t-tabib ma jħallikx.”
“It tabib?”
“Ma smajtx? Miskin missieri ilu snin mhux f’saħħtu u issa dan it twegħir tefgħu lura għalkollox. Intefa’ fis sodda u Dr Willows jgħid li hu mfarrak u s sistema nervuża tiegħu mkissra. McCarthy kien il bniedem waħdieni ħaj li kien jaf lil missieri ġewwa Victoria l Awstralja.”
“Ah, Victoria! Dan hu ta’ siwi li nkunu nafuh.”
“Iva, fil-minjieri.”
“Sewwa qed tgħid, il-minjieri tad-deheb fejn kif nista’ nifhem Mr. Turner għamel il-fortuna tiegħu.”
“Hekk hu.”
“Grazzi ħafna Miss Turner. Kont ta’ għajnuna fejjieda”
“Jekk għada jkollok xi aħbar tinfurmani?”
“Serraħ rasek.”
“Għada ħa tgħaddi l-ħabs biex tara lil James? Jekk tmur, Mr. Holmes, għidlu li naf li hu innoċenti.”
“Ħalli f’idi Miss Turner.”
“Ħa jkolli mmur għaliex missieri hu magħdur ħafna u meta nitilqu jħoss ħafna n- nuqqas tiegħi. Saħħa Mr Holmes u Alla jgħinek f’din il-ħidma tiegħek.”
“Imissek tistħi Holmes,” qal Lestade lil Holmes b’ċerta korla wara ftit minuti skiet. “Għaliex tgħollilha t-tama meta taf li sejjer taqsmilha qalbha? M’iniex xi wieħeb ħanin ħafna iżda lanqas jien bla qalb.”
“Naħseb li naf mod kif neħles lil McCarthy mill-akkuża,” qal Holmes. “Għandek permess biex tarah fil-ħabs?”
“Iva, imma għalik u għalija biss.”
“Mela ħa nbiddel il-pjanijiet li ma noħroġx. Għandna ħin li nieħdu l-ferrovija għal Herefordshire u narawh illejla stess?”
“Hemm ħin biżżejjed.”
“Mela mmorru. Jiddispjaċini Watson li ħa jkollok toqgħod waħdek imma ser ikolli nħallik għal ftit sigħat.”

Imxejt magħhom lejn l-istazzjon u wara qgħadt indur mat-toroq tal-post qabel mort lura l-lukanda fejn poġġejt fuq sufan u ppruvajt ninteressa ruħi fi ktieb tal- qoxra safra(7). L-istorja tal-ktieb kienet fjakka u l-misteru kien ċar meta mqabbel mal-misteru li konna qed nagħmlu ħilitna nħollu.
Ħsiebi beda jmur mill-fantasija għall-ġrajja li seħħet tassew. Warrabt il-ktieb u bdejt naħseb fuq dak li ġara. Kieku li kien qed jgħid dan il ġuvni xortih ħażina hu minnu, x’ġara daqshekk li jkexkex? X’diżastru mhux mistenni seta’ nqala’ bejn il- ħin li ħalla ’l missieru sa dak il mument li sema’ l-għajta u mar jiġri lura lejn il-ftuħ tal-masġar fejn kien hemm missieru moribond? Kienet xi ħaġa terribbli u fatali. X’setgħet kienet? Ma setgħux il-ġrieħi juruni xi ħaġa bħala tabib? Ċempilt il-qanpiena u tlabt li jġibuli l-gazzetta li kellha kelma b’kelma xi ntqal fl-inkjesta. Mort fuq ix-xhieda tal kirurgu li qal li t-tielet għadma ta’ quddiem fuq ix-xellug tal- iskutella u nofs l-għadma x-xellugija li torbot ir-ras max-xewka tad-dahar inkisru b’oġġett tqil mingħajr ponta.
Daħħalt kollox f’moħħi u qgħadt ngħarbel kollox. Mill-ewwel kien jidher li daqqa bħal dik setgħet tingħata biss minn wara. Dan kien ta’ vantaġġ għall-akkużat għaliex meta rawhom jargumentaw kienu wiċċ imb wiċċ. Imma kont qed naħseb li l-missier seta’ dawwar rasu qabel qala’ d daqqa. Xorta waħda kien ta’ siwi li niġbed l-attenzjoni ta’ Holmes dwar dan il fatt. Imbagħad kien hemm ir-referenza stramba għall-kelma ‘rat’. X’ried jgħid biha? Ma setax ikun id dellirju? Bniedem qed imut minn daqqa għall-għarrieda mhux soltu jiddillirja. Le, żgur il vittma pprova jgħid x’ġaralu. Imma x’ried jindika? x’ġaralu? x’ried jindika? Ħabbilt moħħi biex insib nitfa dawl u fl-stess ħin nipprova nagħmel sens iżda għalxejn. Imbagħad hemm il- biċċa xogħol tad-drapp griż li ra James McCarthy. Jekk dan hu minnu l-qattiel bilfors waqqa’ xi ħaġa mill-ilbies tiegħu. Forsi waqt li kien qed jaħrab waqagħlu l- kowt u kellu l-kuraġġ jerġa’ lura għalih meta l-iben kien għarkupptejh ħdejn missieru b’dahru lejn il-qattiel. X’kobba ta’ misteri u qagħda bla kap u bla kuda. Ngħid is-sewwa ma kellix dubju li l-każ kien kif qatagħha Lestrade imma fl-istess ħin tant kont nemmen fil-ħila ta’ Holmes li ma stajtx nitlef it tama. Ittamajt li xi ħaġa ġrat, li ma konniex nafu biha, imqar turina xi ħjiel li McCarthy iż żgħir hu innoċenti.
Holmes ġie lura tard. Ġie waħdu għaliex Lestrade baqa’ fil-lukanda fejn kien qed joqgħod.
“Il-pressjoni tal-barometru għadha għolja,” qalli u poġġa bilqiegħda. “Hu importanti li ma tagħmilx xita sakemm niflu sew u bir reqqa l-art fejn sar id-delitt. Min naħa l-oħra wieħed irid ikun fl-aqwa tiegħu u moħħu hemm għal xogħol bħal dan. Ma rridx nagħmel l-investigazzjoni għajjien wara vjaġġ twil. Iltqajt ma’ McCarthy iż-żgħir.”
“U x’sirt taf mingħandu?”
“Xejn.”
“Ma seta’ jitfa’ l-ebda dawl fuq li ġara?”
“Assolutament xejn. Kont qed naħseb li kien jaf minn wettaq id-delitt u kien qed iħares lilha jew lilu. Imma issa moħħi mistrieħ li hu mħawwad daqs kulħadd. Mhux xi ġuvni li jilħaqlu ħafna għalkemm gustuż u jkolli ngħid li għandu qalbu tajba.”
“Jista’ jkun,” għedt lil Holmes, “iżda ma naħsibx li l-gosti tiegħu ta’ min ifaħħarhom. Ma nistax nifhem għaliex ma jridx jiżżewweġ tfajla bħal Miss Turner li bi ġmielha għandha l-ħila tiġbed kull żagħżugħ tal-pajjiż.”
“Hemm storja ta’ niket wara dan kollu. Fil-fatt il ġuvni hu mġennen warajha iżda xi snin ilu meta kien iżgħar, u qabel ma sar jafha sew, hi kienet siefret għal ħames snin biex tattendi finishing school fl-Isvizzera. Filwaqt li hi kienet qed titgħallem il manjieri u l-etikett tas-soċjetà għolja, iċ-ċuċ intefa’ ma’ waħda li sservi x-xorb fi dverna ġewwa Bristol u żżewwiġha bir-reġistru. Ħadd ma jaf xejn dwar dan. Tista’ taħseb kemm kien jirrabja miegħu nnifsu meta kien jiġi mċanfar minn missieru għaliex ma riedx jagħmel dak li fil fatt lest li jagħti d dawl ta’ għajnejh biex jagħmlu, imma jaf li ma hemm l ebda tama li dan isir. Kien irrabjat u għalhekk għolla jdejh meta missieru beda jinbxu biex irabbi naqra kuraġġ. Dwar dan McCarthy, li milli jidher ma kellu xejn tiegħu, u li tant għandu x’jibqa’ jafulu lil Mr Turner kompla jirsisti biex ibnu jiżżewweġ lil bint Mr Turner, li għandha mnejn ħa tiret il-patrimonja kollu ta’missierha. Aktar togħkorni għajni minn McCarthy il-mejjet li milli jidher kien jemmen li jekk ibnu jistaqsiha biex tiżżewġu hi tgħidlu iva u kollox jimxi ħarir. Iżjed u iżjed inħabbel rasi meta Mr Turner ma kienx favur iż żwieġ. Hekk qaltilna bintu stess. X’toħorġu minn dan kollu?”
“Issa wasalna għall-istharrig u t-tifsiriet,” qal Lestrade jehmiżni. “Insibha iebsa biżżejjed biex nieħu ħsieb il-fatti, Holmes, mingħajr ma niftaħ il-ġwienaħ u ntir wara teoriji u maħluqa mill-moħħ.”
“Sewwa qed tgħid,” qallu Holmes, “issibha iebsa ħafna tieħu ħsieb l-affarijiet żgħar  tista’ tara u tmiss b’idejk.”
“Insomma, jien fhimt fatt li int tidher li ma tistax iddaħħal f’moħħok,” wieġbu Lestrade.
“U dan hu?” staqsieh Holmes.
“Li McCarthy inqatel minn ibnu u kull teorija li tgħid mod ieħor mhija xejn għajr lampik.”(10)“Tinsiex li l -ampik hu ħafna aktar ċar miċ-ċpar,” qallu Holmes jidħak. “Imma jekk mhux sejjer żball naħseb dik il-binja ta’ fuq ix-xellug hija Hatherley Farm.”
“Iva dik hi.”
Boscombe 04Kienet binja wiesgħa u komda, mibnija fuq żewġ sulari, b’saqaf tal-lavanja, b’parti kbira mill-ħitan griżi miksija bil-likeni(8). Il purtieri mniżżlin u ċ ċumniji mingħajr duħħan tawha dehra li fiha kienet ġrat xi ħaġa kerha, qisu t-toqol tal-orrur kien għandu jagħfas fuqha. Meta ħabbatna l-bieb ħarġet is-seftura u fuq talba ta’ Holmes urietna l-buz li s-sinjur tagħha kien liebes meta nqatel. Urietna wkoll buz ta’ ibnu, iżda mhux l-istess wieħed li kien liebes dakinhar tat-traġedja. Holmes kejjel dawn il-bwiez minn seba’ jew tmien naħat differenti. Talab ’il-qaddejja tieħdu fil-bitħa. Kif spiċċajna minn hemm irħejnielha lejn il-mogħdija mserpa li kienet tagħti lejn l-għadira ta’ Boscombe.”
L-għadira ta’ Boscombe hija mdawra bil-qasab u wiesgħa. Kif wasalna, Holmes inbidel kif dejjem jagħmel meta jkollu xamma ta’ xi ħjiel. Nies li jafuh bħala l- ħassieb u l-loġiku kwiet ta’ Baker Street ma kinux jagħrfuh. Wiċċu ħmar u skura, ġbinu sar żewġ linji suwed, xufftejh iġġebbdu ’l-ġewwa, il-vini ta’ għonqu mmuskolat ħarġu qishom kordi ta’ frosta, u t-toqob ta’ mnieħru twessgħu b’kilba ta’ bhima li tkun xammet il-priża. Moħħu kien assolutament mitluf fuq dak li kien qed jagħmel. Kelma jew domanda f’dak il-mument ma kienx jagħti kasha u, jew kienet tqanqal fih xi tweġiba fuq fuq biex jeħles minn dak li jkun, jew xi ċanfira. B’pass ħafif għadda sieket mill-mogħdija li kienet tieħu mill-għelieqi għall-masġar u l-għadira ta’ Boscombe. L-art kienet bassasa.(10) Il mogħdija kellha bosta sinjali ta’ passi tas saqajn, kemm fiha stess kif ukoll fil-ħaxix mal ġenb. Xi waqtiet Holmes kien iħaffef ’il quddiem, oħrajn jieqaf, darb’oħra jgħaddi minn rotta oħra biex imur fl-għalqa. Jien u Lestrade bqajna mexjin warajh, Lestrade b’ħarsa bierda u ta’ stmerrija filwaqt li jien moħħni f’li kien qed jagħmel sod fil-fehma u ċert minn ghemilu.
Madwar ħamsin jarda kienu jifirdu Hatherley Farm mill-ġnien privat ta’ Mr. Turner li kien ragel għani ħafna. ’Il fuq mill masġar, fuq in-naħa l-oħra tal-għadira Boscombe 07stajna naraw it-turretti ħomor li kienu juru fejn kien joqgħod is-sid. Man-naħa tal- għadira biswit Hatherley Farm is-siġar fil-masġar kienu aktar mrassin u mdawrin b’mogħdijiet ta’ ħaxix imxarrab wiesgħa xi għoxrin pass bogħod mill-qasab ta’ madwar l-għadira. Lestrade wriena l-imkien fejn instab il-katavru. L-art kienet imxarrba sew tant li stajt nara l-marki li ħalla l-vittma meta waqa’. Għajnejn Holmes kienu juru li hu ra ħafna iżjed f’dak il-ħaxix mgħaffeġ. Beda jġib ruħu qisu xi kelb li qabad ix xamma tal priża. F’daqqa waħda dar fuq Lestrade.
“Għaliex dħalt fl-għadira?” staqsieh.
“Mort b’xatba nara ntellax xi ħaġa. Ħsibt li seta’ kien hemm xi arma jew xi sinjali oħra. Imma kif l-imniefaħ…?”
“Xiii, oqgħod kwiet. Ma għandix ħin x’naħli. Sieqek ix xellugija hija mgħawġa ’l- ġewwa u l-marki tagħha jinsabu kullimkien. Annimal li ma jarax, bħat-talpa, ukoll għandu ħila jinduna bil-passi tiegħek. Kemm kien ikolli inqas taħbit kieku ġejt qabel kulħadd ġie hawn qishom barrin u għaffġu fuq kollox. Hawn fejn ġie mal- purtinar u mxew bejn sitta tmien piedi madwar il mejjet. Imma hemm tliet sinjali għalihom tal-istess saqajn.”
Ħareġ il-lenti, qagħad għarkupptejh biex jara aħjar, u beda jitkellem waħdu.Boscombe 05
“Dawn huma l-passi ta’ James McCarthy. Mexa darbtejn. U darb’oħra telaq jiġri, ara l-passi tal-qiegħ taż-żarbun kemm huma fondi iżda t-takkuna bilkemm tidher li messet il-ħamrija. Dan juri li għandu raġun. Hu telaq jiġri meta ra ’l missieru mal- art. Dawn huma l-passi ta’ missieru tilgħin u neżlin. Dan x’inhu? Tajjeb, din hija l- marka tal-manku tal-ixkubetta meta l-iben qagħad jisma’ lil missieru. U din? Ahaaaa? X’għandna hawn? Ponot tas swaba’? Hekk hu, ponot tas swaba’ kwadri ta’ buz mhux tas soltu! Jiġu, imorru, u jerġgħu jiġu. Dażgur, ġie lura għall-kappa. Imma minn fejn ġie?”

Holmes ħaffef tiela’ u nieżel, xi drabi jitlef u xi drabi jerġa’ jsib il-mogħdija sakemm konna kważi f’tarf il-masġar taħt id dell ta’ siġra tal-fagu, l-ikbar siġra tal- inħawi. Holmes issokkta miexi ’l-fuq mis siġra u reġa’ ntefa’ mal-art. F’daqqa waħda għajjat għajta ta’ ferħ. Għal ħin twil qagħad jifli l-weraq, il-qxur nixfin taz- zokk tas-siġra, ġabar xi ħaġa bħal trab u tefgħu f’envelop. Kien hemm ġebla ppuntata qalb il-ħażiż(10) li wkoll taha daqqa ta’ għajn sew u ġabarha. Wara għadda mill-mogħdija fil-masġar, sakemm ġie fit-triq ewlenija u s-sinjali tal-każ intemmu hemm.
“Kien każ ta’ interess kbir,” qal Holmes wara li tfarfar naqra u reġa’ ġie għall- imġiba solta tiegħu. “Naħseb din id-dar griża fuq il-lemin hija d-dwejra tal- purtinar. Aħjar immur ngħid kelma ma’ Moran u forsi nikteb nota żgħira. Wara dan, nistgħu mmorru lura u nieklu. Intom tistgħu timxu lejn il-karozzella, dalwaqt inkun magħkom.”
Kienu għaddew xi għaxar minuti meta Holmes ġie lura u tlaqna lejn Ross. Kellu f’idu dik il-ġebla li ġabar mill-masġar.
“Din tista’ tinteressak Lestrade. Biha sar il qtil.”
“Mhux qed nara marki,”
“Dażgur li m’hemmx.”
“Mela kif taf li ntużat biex toqtol lil Mr. Mcarthy”
“Il ħaxix li kien qed jikber madwarha ilu hemm ftit jiem biss hemm. Minn fejn ittieħdet ma nafx ngħidlek imma l-għamla tagħha taqbel mal-ġrieħi. U ma hemm l- ebda ħjiel ta’ xi arma oħra.”
“U l-qattiel?” staqsa Lestrade.
“Raġel twil, xellugi u jzappap minn siequ x xellugija, jilbes buz b’pett oħxon u kien liebes kappa griża. Barra dan ipejjep sigarri Indjani li jżomm f’bokkin u jġorr fuqu mus żgħir mingħajr ponta. Hemm bosta traċċi oħrajn imma naħseb li dawn huma biżżejjed għa-tfittxija tagħna.”
Lestrade beda jidħak. “Jiddispjaċini iżda xorta mhux qed nemmen li qed tgħid,” qallu. “It-teoriji huma tajbin imma rridu nfiehmu r-ras iebsa ta’ġurija Britannika.”
“Issa naraw sieħbi,” wieġbu Holmes b’ċertu sabar. “Inti aħdem kif taf int u jien naħdem kif naf jien. Illum waranofsinhar ħa jkolli x’nagħmel u għandu mnejn immur lura Londra bil-ferrovija ta’ filgħaxija.”
“U tħalli l-każ nofs leħja?” qallu Lestrade.
“Lanqas xejn. Il każ lest, sibt it-truf kollha ta’ din il-kobba mħabbla”
“U l-misteru?”
“M’għandux aktar misteru issa kollox hu evidenti”
“Mela min hu l-qattiel?”
“Ir-raġel li għadni kemm tajtek bosta ħjiel dwar surtu quddiem il-ħabib tiegħi.”
“Imma min hu?”
“U ejja Lestrade, trid il-bajtra taqa’ f’ħalqek? F’dawn l-inħawi m’hawnx xi popolazzjoni kbira.”
Lestrade għolla spallejh. “Jien bniedem prattiku Mr. Holmes. Ma nistax noqgħod indur mal-kampanja nfittex raġel xellugi b’sieq mgħawġa. Ġewwa Scotland Yard jibdew jgħadduni biż-żmien.”

“Kollox sew,” irrispondieh Holmes naqra rritat. “Tajtek l-opportunità. Wasalna fejn qed toqgħod. Saħħa. Qabel nitlaq nibgħatlek nota.”
Hekk kif ħallejna lil Lestrade morna l-lukanda u sibna l-ikel lest fuq il-mejda. Holmes kien sieket u mehdi fi ħsibijietu b’ħarsa ta’ diqa fuq wiċċu. Kien mifxul b’xi ħaġa.
“Ara Watson,” qalli, “issa poġġi fuq dan is-siġġu u ħallini nippritkalek ftit. Ma nafx x’naqbad nagħmel u nsib ta’ siwi kbir il-parir tiegħek. Kebbes sigarru u ħallini nfiehmek l affarijiet kif inhuma.”
“Meta trid ibda.”
“Mela, meta tixtarr il-każ hemm żewġ punti f’dak li qal McCarthy iż-żgħir li ħassbu kemm lili, kif ukoll lilek u għalkemm laqatni tajjeb lilek ma tantx. L-ewwel fatt kien li missieru, skond hu, għajjat ‘Cooee’ qabel ma rah. Il-fatt l-ieħor hu li l-aħħar kelma tal-vittma qabel ma miet kienet ‘rat’. Gerger xi kliem ieħor iżda kienet biss dik il-kelma li sema’ ż żgħir. Issa rridu nibdew niflu dawn iż-żewġ fatti. Mela ejja nagħmlu mod li dak li qed jgħid McCarthy iż-żgħir hu kollu minnu…”
“Mela, din il ‘Cooee’ xi tgħidli fuqha?”
“Hu evidenti li l-għajta ma kinitx maħsuba għal ibnu. Missieru kien mingħalih kien għadu Bristol. Kienet biss ix xorti li l-iben kien qrib u semgħu. Mela l-‘Cooee’ kienet maħsuba biex tfakkar lil min kellu jiltaqa’ ma’ McCarthy il-missier. Imma ‘Cooee’ hija għajta distintament Awstraljana u hi użata bejn l-Awstraljani. Dan jagħti ħjiel qawwi li min kien ser jiltaqa’ ma’ McCarthy kien xi ħadd li għex l-Awstralja.
“Issa ‘rat’, x’taħseb?”
Sherlock Holmes ħareġ biċċa karta mill-but u għamilha ċatta fuq il-mejda.
“Din hija l mappa tal-Kolonja ta’ Victoria fl-Awstralja,” qalli. “Bgħat telegramma lbieraħ billejl.” Poġġa idu jaħbi parti mill-mappa.
“X’taqra?” staqsieni.
“‘Arat’,” għedtlu.
Tella’ jdejh minn fuq il mappa. “U issa?”
“‘Ballarat’.”
“Sewwa qed tgħid. Din kienet il-kelma li lissen il-missier qabel miet u li ibnu sema’ biss l-aħħar sillaba ‘rat’. Il vittma kien qed jipprova jlissen l-isem ta’ min qatlu. Xi ħadd minn Ballarat.”
“Tal-għaġeb!” esklamajt.
“U le l-affarijiet jekk tixtarrhom sew malajr kienu jinftiehmu. Insomma issa qed tara kif ċekkint in-numru ta’ suspettati. It-tielet ħjiel li ridna nsiru nafu kien min kien liebes il-kappa jew kowt griż. Dan semmieh McCarthy iż-żgħir u issa konvint li mhux qed jigdeb. Mela issa miċ ċpar tad-dubju morna għaċ-ċertezza li hu Awstraljan minn Ballarat liebes kappa jew kowt griż.”
“Sewwa qed tgħid.”
“Mhux hekk biss iżda hu xi ħadd li jaf sew l-inħawi għaliex tista’ tmur għall- għadira minn Hartherley Farm biss, jekk mhux mill art ta’ Mr Turner.”

“Hekk hu.”
“Issa niġu għall-mawra tal-lum. I-istħarriġ tiegħi tal-art wera dettalji żgħar li jagħtu ħjiel tal-qattiel li dak il-baħnan ta’ Lestrade ma riedx jagħti kashom.”
“Imma kif sirt taf dak kollu?”
“Taf il-metodu tiegħi, ngħarrex ħwejjeġ żgħar li mal-ewwel daqqa ta’ għajn ma jfissru xejn.”
“Nifhem li t-tul tiegħu stajt tkejlu mill-wisgħa tal-passi. Anki l-buz seta’ ħalla s-sinjali,”
“Iva kien buz partikolari.”
“Imma li kien zopp, kif indunajt?”
“Fl-art imxarrba s-sinjali ta’ siequ l-leminija kienu inqas fondi minn dawk tax- xellug. Dan għaliex kien jitfa’ inqas piż fuq il-leminija. X’kienet ir raġuni ta’ dan? Għaliex kien izappap, allura kien zopp.”
“Imma li kien xellugi?”
“Watson, int stess stagħġibt bil-ġerħa kif iddeskriviha l-kirurgu fl-inkjesta. Id- daqqa ngħatat fuq in-naħa tax xellug ta’ wara tar-ras mill-qrib ħafna. Issa dan seta’ jitwettaq minn xi ħadd xellugi. Hu qagħad wara s siġra jisma’ d-diskursata bejn McCarthy u ibnu. Kellu saħansitra l-ħin ipejjep, ara sibt l-irmied, li skont l- istudji tat-tabakk li għamilt, hu Indjan. Meta sibt ittabakk fittixt u sibt biċċa sigarru qalb i- ħaxix fejn kien remieh. Kien sigarru Indjan maħdum f’Rotterdam ġewwa l-Olanda.”
“U l-bokkin tas sigarri?”
“L-aħħar biċċa sigarru wriet li ma kienx iżommu f’ħalqu. Mela bilfors uża bokkin. Barra dan, il-biċċa kienet maqtugħa mhux migduma. Iżda l qatgħa kienet rozza mhux dritta u għalhekk wasalt għall-fehma li min qata’ l-aħħar biċċa tas-sigarru għamel dan b’mus żgħir bla ponta.”
“Holmes,” għedtlu “poġġejt lil dan il-bniedem f’xibka minn fejn ma jistax jaħrab u ħlist bniedem bla ħtija daqslikieku qtajtlu l-ħabel tal-forka minn madwar għonqu. Issa qed nifhem lejn min qed jipponta dan l-għawġ kollu. Il-ħati hu – “
“Mr. John Turner,” għajjat il wejter tal -ukanda u fetaħ il bieb tas-salott u daħħal boscombe 08raġel li ġie biex iżurna.
Ir-raġel li daħal kellu sura mogħnija b’kobor li min jarah l-ewwel darba jibqa’ mistagħġeb. Izappap bil-mod, spallejh imniżżlin ’l-isfel taw dehra ta’ bniedem bla saħħa iżda b’ħarsa soda. Wiċċu kien kollha tikmix kienu qisu ġebel imnaqqax. Id- dehra daqsiex ta’ persuntu kienet xhieda ta’ saħħa fiżika u temperamentali kbira. Id-daqna mħabbla, xagħru griż, u s-suf folt ta’ għajnejn tawh arja ta’ ġieħ u saħħa. Minkejja dan wiċċu kien abjad karti, u xufftejh u l ġnub ta’ mnifsejh kienu ta’ kulur ikħal. Bħala tabib stajt nintebah li kien marid b’marda terminali jew kellu xi marda kronika serja.
“Jekk jogħġbok poġġi fuq is-sufan,” qallu Holmes b’ton ġentili. “Irċevejt in-nota tiegħi?”
“Iva, ġabhieli l purtinar mid-dwejra tiegħu. Għedt li xtaqt tarani hawn biex tiskansa skandlu.”
“Ħsibt li n nies jibdew izekzku kieku niġi għandek.”
“U għaliex trid tarani?” Ħares lejn sieħbi b’ħarsa ta’ min qata’ qalbu, għejja, u qisu diġà kien jaf it-tweġiba għall-mistoqsija tiegħu stess.

“Iva,” qallu Holmes iwieġeb bil ħarsa iżjed milli bil kliem. “Sewwa qed taħseb, naf kollox fuq McCarthy.”
Ix-xwejjaħ intelaq fuq is-sufan b’idejh jaħbu lil-wiċċu. “Alla jgħinni!” għajjat. “Imma ma kontx ser inħalli lil dak iż-żagħżugħ jidħol fl-inkwiet. Nagħtik kelmti li kieku fil-ġuri kien jinstab ħati kont nitkellem.”
“Hu ta’ faraġ nisimgħek tgħid hekk,” qallu Holmes b’ton serju.
“Kont nitkellem issa kieku ma kienx għall-għażiża binti. Kienet tinqasmilha qalbha meta tisma’ li ġejt arrestat.”
“Nistgħu ma naslux s’hemm,” qallu Holmes.
“X’inhu?”
“Jiena ċittadin privat, m’għandi x’naqsam xejn b’mod uffiċjali mal-Pulizija. Bintek qabbditni nistħarreġ il-każ. Jien qed nagħmel kollox f’isimha. Fl-istess ħin McCarthy iż-żgħir irid jiġi meħlus.”
“Jien qed immut Mr Holmes,” qallu Mr Turner, “ili s snin imbati bil-marda tad- dijabete. It tabib jgħid li għandu dubju nlaħħaqx ngħix xahar ieħor iżda nixtieq immut taħt is-saqaf ta’ dari milli fil-ħabs.”
Holmes qam u poġġa mal-mejda b’pinna u karta quddiemu lest biex jikteb. “Għidilna biss il-verità,” qallu. “Jien ħa nagħmel nota ta’ dak li tgħid. Wara ffirma boscombe 09li nkun ktibt u Watson ikun ix xhud. B’hekk nista’ nuri din l-istqarrija bħala l-aħħar pass biex insalva lil McCarthy. Nagħtik kelmti li dak li ħa tgħid ninqeda bih biss jekk ma jkollix triq oħra biex insalva liż-żagħżugħ”
“Tajjeb hekk,” qal Mr Turner. “Ma nafx jekk ngħix jew le sal ġuri u għalhekk ninsab biered għal dak li jista’ jiġrili. Iżda nixtieq niskansa lil Alice binti tieħu ħasda. U issa ħa nkun ċar miegħek Holmes, din il-burraxka ta’ għawġ u għali ilha ħafna tinħema. Iżda kollox jista’ jingħad fi ftit kliem.
Inti ma tafx ’il mejjet McCarthy. Dak l-inkarnazzjoni tad-dimonju. Alla jiskansak milli tinqabad taħt idejh. Jien hekk ġarali, kont ili fil-ħakma tiegħu għal-għoxrin sena sħaħ u ħarbatli ħajti. Anzi qeridhieli. Ħallini ngħidlek kif ġejt taħt is-setgħa tiegħu. Kienu l-ewwel snin tas-sittinijiet u kont qed inħaffer għad-deheb. Kont żgħir, demmi sħun u ma nagħti kas ta’ xejn. Għal ftit flus kont lest li nagħmel kollox. Bdejt nagħmilha ma’ kumpanija ħażina, waqajt fil-vizzju tax xorb u ma kellix xorti fit-tħaffir għad deheb. Tlaq-il minjiera, mort fil-bush sirt ħalliel. Kont nisraq lil dawk li jkunu qed jivvjaġġaw. Konna gaj ta’ sitta ngħixu ħajja ħielsa u selvaġġa. Xi kultant konna nisirqu xi razzett u drabi oħra xi karru fi triqtu lejn il- minjieri. Ħadt l-isem jew laqam ta’ Black Jack of Ballarat u l gaj tagħna sar magħruf bħala The Ballarat Gang.
Ġurnata waħda, kunsinna kbira ta’ deheb kienet sejra minn Ballarat għal Melbourne. Aħna konna nafu minn fejn ħa tgħaddi u attakkajnhieha. Kien hemm sitt suldati għassa mad-deheb u aħna konna sitta. Konna ndaqs iżda kif ftaħna n nar qtilna erba’ suldati. Tlieta minn tagħna missithom l-istess xorti. Qabel ma ħadna d-deheb poġġejt ir-rivolver ma’ ras il-kuċċier tal-karru, li ma kien ħadd ħlief McCarthy. Kemm nixtieq li sparajtlu dakinhar iżda salvajtlu ħajtu. Għajnejh kienu l-ħin kollu fissi fuqi qisu biex ikun jista’ jiftakarni sew. Mill-bqija, ħrabna bid- deheb, sirna sinjuri u tlaqna lura lejn l-Ingilterra mingħajr inkwiet ta’ xejn. Ġewwa l-Ingilterra nfridt minn sħabi u qtajtha li nibda ngħix ħajja rtirata u rispettabbli. Xtrajt din l-art u ddeċidejt li nagħmel naqra ġid bil-flus li kelli biex inpatti għall-mod kif għamilthom. Iżżewwiġt imma marti mietet żgħira u ħallietli liż- żgħira Alice. Anki meta kienet tarbija, idha ċkejkna kienet qisha tiġbidni lejn it-triq it-tajba. F’kelma waħda biddilt ħajti, irriformajt ruħi u għamilt mill-aħjar biex nifdi l-ħażin tal imgħoddi. Kollox kien sejjer ħarir sakemm McCarthy ħatafni. Kont mort Londra fuq xi investiment u ltqajt miegħu f’Regent Street. Bilkemm kemm kien liebes kowt jew buz. “Hawn aħna Jack,” qalli filwaqt li missli idi. “Ħa nkunu qisna familja għalik jien u ibni jekk tieħu ħsiebna. L-Ingilterra hu pajjiż li jimxu skont il liġi u dejjem nista’ nsib pulizija biex nirrappurtak.”
Fi ftit kliem niżlu miegħi fin-naħa tal Lvant u ma stajt nagħmel xejn biex neħles minnhom. Min dakinhar għexu b’kera frank fuq l-aħjar art li kelli. La kelli serħan, la paċi u wisq anqas stajt ninsa. Indur fejn indur kien hemm hu jħares lejja b’dik it- tbissima ħanja. Il-qagħda kompliet marret għall-agħar meta kibret Alice għaliex indunat li kont inkwetat li ssir taf l-imgħoddi tiegħi iżjed mill-biża’ li kelli mill-Pulizija. Kulma ried McCarthy kien jieħdu. Tajtu kollox b’għajnejja magħluqa, art, flus, żwiemel, sakemm talab dak li qatt ma stajt nagħtih. Ried lil binti Alice.
Bocombe 10Uliedna kibru u kien magħruf li saħħti kienet sejra lura. Kien jaqbillu li ibnu jsir parti mill-familja tiegħi u jieħu l-proprjetà kollha tiegħi. Imma hawn żammejt iebes. Ma kontx lest li nħallat ir-razza misħuta tiegħu ma’ tiegħi. Tabilħaqq ma kelli xejn kontra ibnu, anzi, iżda kellu demm missieru u għedt issa biżżejjed. Webbist rasi u żammejt iebes. McCarthy heddidni u ma ċedejdx pulzier u għedtlu li jekk ried seta’ jmur jixlini u jikxef l-imgħoddi tiegħi. Dakinhar iltqajna ħdejn l-għadira ta’ Boscombe eżatt fin-nofs bejn il-proprjetajiet tagħna biex nitkellmu.
Meta mort sibtu jitkellem ma’ ibnu. Stennejt wara siġra u pejjipt sigarru. Waqt li kont qed nisma’, il-mibegħda u l-astju li kelli għalih tellfuli r raġuni. Beda jħeġġeġ lil ibnu biex jiżżewweġ lil binti mingħajr ma jagħti kas xejn x’kienet taħseb hi. Qisha binti kienet xi qaħba Qabadni ferħ ta’ ġenn kbir, żboxlajt bil-ħsieb biss li binti setgħet xi darba tinħakem minn serp velenuż ta’ dik il-kwalità. Ma stajtx naqta’ dan il-kurdun misħut għalkollox. Kont raġel qed immut u bla tama. Minkejja dan moħħi kien għadu jaħdem tajjeb u idejja b’saħħithom. Kont naf li d- destin tiegħi kien lest iżda l-memorja tiegħi ma’ binti setgħet tiġi salvata biss jekk insikket l-ilsien ta’ dak il-ħajjien. Għamiltha, Holmes, iva qtiltu! u jekk tiġini x- xoqqa f’moxtha nerġa’ nagħmilha. Dnubiet għamilt ħafna imma għaddejt ħajja ta’ martirju biex impatti għalihom. Imma li binti titħabbel f’dik l istess xibka li żammet lili das-snin kollha skjav ma stajt qatt inniżżilha. Id-daqqa tajthielu b’inqas rimors milli kieku tajtha bhima feroċi jew velenuża. L għajta tiegħu ġabet lura lil ibnu iżda kelli ħin biżżejjed biex ninħeba fil-masġar. Anke jekk kelli nerġa’ lura biex inġib il-kappa li waqgħatli waqt li kont qed nissara miegħu. Hekk seħħ id- dramm  dakinhar!”
“Mhux għalija li nagħmel ħaqq minnek Mr. Turner,” qallu Holmes hekk kif Turner iffirma l-istqarrija li kiteb Holmes. “Nitlob ’l Alla li qatt ma jkolli  nduq tiġrib bħal dik.”
“Nitlob li le Sinjur. X’beħsiebek tagħmel issa?”
“Minħabba saħħtek, xejn. Int taf li fi ftit żmien ieħor trid tagħti kont ta’ għemilek lil qorti ferm ogħla minn dik ta’ din id-dinja. Jiena ħa nżomm dak l-istqarrejt. Jekk McCarthy jiġi kkundannat ikolli mingħajr ma rrid nużaha. Jekk le l-ebda għajn ma tara din id-dikjarazzjoni u s-sigriet tiegħek, mejjet jew ħaj jibqa’ mistur magħna.”
“Mela saħħa,” qal l-anzjan. “Meta jasal l-aħħar ħin ta’ ħajjitkom f’din id-dinja ħa jkun aktar ħlejju għalikom. Irroddilkom ħajr għall-paċi li tajtuni.” Dik il figura impressjonanti ħarġet tirtogħod u tixxengel bil-mod barra mill-kamra.
“Alla ħanin,” qal Holmes wara skiet twil. “Għaliex id-destin jilgħab dal-logħob kiefer ma’ dud bla saħħa? Meta nisma’ każ bħal dan niftakar fil-kliem ta’ Baxter u ngħid, “Hemm ħlief għall-grazzja ta’ Alla, għaddej Sherlock Holmes”
James McCarty inħeles mill-akkuża fil-ġuri bis-saħħa ta’ numru ta’ oġġezzjonijiet li Holmes ta lid-difiża. Turner ix-xiħ dam jgħix seba’ xhur wara li tkellem magħna u straħ għal dejjem. Jidher li hemm tamiet tajbin li Alice Turner u James McCarthy jistgħu jgħixu flimkien ħajja ta’ hena, bla ebda ħjiel tas-sħaba sewda li hemm fl-imgħoddi tagħhom.

_________________________________________________________

Noti ta’ l- aħħar

1.Hertfordshire: Reġjun fix-Xlokk tal-Ingilterra. Hu magħruf bħala wieħed mill-home counties. Dawn jinsabu fix-Xlokk u l-Lvant tal Ingilterra u jiċċirkondaw lil Londra. Barra Hertfordshire l oħrajn huma 1. Buckinghamshire, 2. Hertfordshire, 3. Essex, 4. Berkshire, 5. Middlesex, 6. Surrey, 7. Kent, 8. Sussex and County of London.
2.Għassies tal kaċċa : Proprjetarji kbar tal-art kienu jħallu medda kbira ta’ art mhux użata fl-istat naturali tagħha. Huma kienu jużaw din l-art biex imorru għall- kaċċa, mhux biss għat-tjur u volpi iżda annimali oħra bħal fniek, u majjal li  jgħixu fis-selvaġġ kif ukoll criev. F’każ ta’ xmara jew għadira kienu jmorru jistadu. Biex ħadd ma jidħol fl-art tagħhom huma kienu jimpjegaw nies biex joqogħdu għassa li ħadd ma jidħol u jikkaċċja mingħajr permess. Dan l-għassies, bl-Ingliż  igħidulu game keeper, kien ikun wieħed jifhem dwar l-annimali u l-ambjent naturali.
3.Qorti tas Sisa: Sal-1972 ġewwa l-Ingilterra każi kriminali serji ħafna ma kinux jinstemgħu lokalment iżda minn qorti speċjali msejħa Assizes Court. L-Ingilterra kienet maqsuma f’partijiet imsejħa cicuits, u perjodikament il-Qorti tas-Sisa kienet tmur f’wieħed miscircuits. L-imħallfin kienu jew imħallfin tar-Re jew tal-Qorti Superjuri. Il-każi kienu jitressqu mill-qorti tal-lokal imsejħa Quarter Sessions għaliex kienet tiltaqa’ kull tliet xhur. Dan illum inqata’ u issa kull reġjun għandu l-qorti tiegħu.
4.Coroner: Meta fl Ingilterra jmut xi ħadd b’mod vjolenti jew il-kawża tal-mewt ma tkunx ċara, fil-belt jew raħal issir inkjesta msejħa inquest. L-għan tagħha hu li tistabbilixxi x’wassal għall-mewt, jekk kienx delitt, suwiċidju, jew xi aċċident. Mhux l-ewwel darba li l inkjesta ma tkunx tista’ tasal għall- konklużjoni u allura f’dak il-każ hi toroġ verdett miftuħ jew open verdict. L inkjesta tkun immexxija mill Koroner, uffiċjal governattiv li jiċċertifika l-mewt ta’ xi ħadd meta din tqajjem xi dubji. Il-Koroner ikollu poter fuq l-inħawi speċifiċi msejħa ġurisdizzjoni. Il-Koroner jista’ jagħmel investigazzjoni jew jordna investigazzjoni dwar il-mewt ta’ xi ħadd. Barra dan jista’ jinvestiga jew jordna investigazzjoni biex tiġi stabbilita l-identità ta’ xi ħadd li jinstab mejjet. Il-Koroner għandu l-obbligu li jinvestiga l- imwiet f’xi diżastru. Meta l-Koroner jagħmel inkjesta jkollu ġurija magħżula min-nies tal-post li tiddeċiedi l-verdett skont ix-xhieda li tisma’.
5.Jarda: Kejl Ingliż li hu daqs 91.4cm. Qabel daħlet is sistema deċimali f’Malta konna nkejlu b’din is sistema. L inqas kien il-pulzier (2.5cm), imbagħad il pied (30.4cm), u għal distanzi twal il mil (1.6km).
6.Petrarka: Francesco Petrarca (1304 – 1374). Studjuż u poeta kbir tal Italja tar Rinaxximent. Kien wieħed mill ewwel li xerred il filosofija umanistika. Minħabba l fatt li hu skopra l ittri ta’ Ċiċerun fl 14 il seklu ħafna jqisuh bħala missier l Umaniżmu. Fis seklu 16, Pietro Bembo ħoloq il qafas għal lingwa Taljana billi uża x xogħol ta’ Petrarka, Giovanni Boccaccio, u Dante Alighieri. Petrarka hu magħruf għas sunetti li kiteb u ħafna segwew l istil tiegħu fil kitba tal-poeżija lirika.
7.Ktieb tal-qoxra safra: Qabel bdew jidhru l-kotba tal-lum ktieb kien ikollu qoxra iebsa tal-kartun, jew ġilda u kien jiswa l-flus. Kotba bħal kien ikollh suġġetti serji ta’ studju u letteratura għolja. Dan il-ktieb kien immirat għan-nies ta’ skola, ta’ kultura u studjużi. Fis-seklu 19 fl-ngilterra bdew joħorġu kotba b’qoxra tal-kartun iżjed rabta u karta ta’ kwalità inferjuri. Dawn kienu irħas ħafna u kienu mmirati għad-divertiment u l-mogħdija taż-żmien tal-massa tal-poplu. Is suġġetti ma kinux aktar impenjattivi iżda mmirati biex jilħqu l-ikbar numru ta’ nies. Dawn kellhom stejjer u novelli li jvarjaw minn rakkonti ta’ qtil, imħabba, avventura, stejjer tal biża’. Qabel il-kotba tal-qoxra safra kien hemm il-penny dreadful, li kienu kotba li kellhom stejjer li jkomplu minn ġimgħa għall-oħra, speċi ta’ faxxikli li kienu jaqraw in-nanniet tagħna. Il penny dreadful kienu jibbażaw ħafna fuq stejjer sensazzjonali, kien ikollhom il-qoxra kkulurita ħafna u kienu jappellaw għan-nies ta’ klassi baxxa. Il kotba tal qoxra safra, li llum ngħidulhom paperbacks kienu ftit aktar serji u attiraw klijenti ta’ livell ogħla li mill-qari riedu divertiment. Dawn il-kotba ta’ qixra safra maż-żmien saru sinonemi ma kotba tad-detectives u thrillers. Awtur famuż li kien jikteb dawn il-kotba kien Robert Louis Stevenson, l- awtur tar rumanz ċelebri Treasure Island. Għalkemm fi żmienhom kien hemm min tkaża b’dawn il-pubblikazzjonijiet, hu fatt li bis-saħħa tagħħom il-qari sar miftuh għal kulħadd u għenu biex ixerrdu l-qari ma’ kull kategorija tal popolazzjoni. Bil- penny dreadful u l kotba tal-qoxra s safra l-qari ma baqax xi ħaġa esklussiva ta’ elite intellettwali iżda sar ta’ kulħadd.
8.Likeni: Bl-Ingliż lichen. Ħaxix li jxeblek mal-ħitan.
9.Bassasa: Bl-Ingliż marsh. Art li tkun mifqugħa bl-ilma u t-tajn.
10.Ħażiż: Bl-Ingliż moss. Ħaxix li jikber f’ambjent umdu.
11.Lampik: Id distillazzjoni illegali ta’ xorb bi  għoli grad ta’ alkoħo. L-ingredjent prinċipali ta’ dan ix xorb hu tip ta’ qamħ imsejjaħ corn mesh. L-aktar post magħruf għall- lampik hu l-istat ta’ Tennessee fl-Amrika. Ix xorb tal-lampik hu perkoluż ħafna u jista’ joqtol. L-apparat li jużaw għad-distillazzjoni jissejjaħ still. Il-lampik isir billi tgħalli taħlita ta’ likwidi, imbagħad tkessaħha u l fwar li joħroġ ikun ix xorb distillat. Dawn l-istils jinbnew minn radiators tal-karozzi u huma perikolużi ħafna. Fihom jista’ jkun hemm il-gass Glycol u l-antifreeze, kif ukoll iċ-ċomb li huma kollha veleni għall-bniedem. Issa meta Lestarde jgħid lil Sherlock Holmes li dak li qed jgħid hu lampik irid ifisser li hu ħażin u falz.
12.George Meredith: George Meredith (1828 – 1892). Kittieb ta’ novelli u poeżiji fi żmien ir-Reġina Vittorja. Twieled ġewwa Porthsmouth minn familja li kienet tissupplixxi ħwejjeġ u materjal ieħor lin-Navy Irjali. Hu studja l- Ġermanja u għalkemm iggradwa ta’ avukat abbanduna l-prattika biex isir ġurnalist u jikteb il- poeżiji. Kien jippubblika perjodiku letterarju bi spejjeż tiegħu. Fl 1851 hu ppubblika fi ktieb il-poeżija li kien ippubblika qabel fi- perjodiku. Din l antoloġija ntlagħqet tajjeb.

_________________________________________________________

 

 

3 – L-Ghaqda tal-gingrin

Kienet il-ħarifa tas-sena l oħra meta għaddejt għand sieħbi Sherlock Holmes. Sibtu Red Headed 1f’diskursata mqanqla ma’ raġel godli ta’ ċertu età, wiċċu ruxxan u xagħru aħmar nar. Skużajt ruħi ma’ Holmes u kont ser noħroġ ’il-barra meta sieħbi ġibidni fil- kamra u għalaq il-bieb warajja.
“Ma stajtx tiġi f’mument aħjar għażiż Watson,” qalli b’mod kordjali.
“Bżajt li nsibek okkupat.”
“Hekk hu, okkupat sew.”
“Mela nista’ nistenna fil-kamra l-oħra.”
“Ma tarax. Dan il-ġentlom, Mr Wilson, hu kollega tiegħi u bosta drabi kien ta’ għajnuna fl-aktar każi li fihom għamilt suċċess. M’għandi l-ebda dubju li anki fil- każ tiegħek ħa jkun ta’ siewi immens.”
Ir raġel oħxon qam minn fuq il pultruna u sellimli billi xengel malajr malajr rasu filwaqt li ħares lejja b’għajnejn żgħar bil-gilda ta’ madawrhom mxaħma.
“Poġġi fuq is-settee,” qalli Holmes hekk kif reġa’ ntefa’ fuq il-pultruna u għamel l- ponot ta’ subgħajh flimkien, mossa li soltu tfisser li kien qed jevalwa xi ħaġa fil-fond. “Naf, għażiż Watson, li inti bħali tħobb dak li hu bizzarr u kontra l- konvenjonijiet u l monotonija tar-rutina tal-ħajja ta’ kuljum. Urejt entużjażmu u kemm tieħu pjaċir b’dawn l-esperjenzi bir-rakkonti li tikteb dwar xi każi minn tiegħi. U skużani meta ngħid li xi drabi ssebbaħt dawn l-avventuri xi naqra żżejjed.”
“Tabilħaqq il-każi tiegħek minn dejjem kienu ta’ interess għalija.”
“Tiftakar li m’ilux irrimarkajt – ftit qabel ma dħalna fil-prolema sempliċi li ppreżentatilna Miss Sutherland – li għal dak li hu stramb u ċirkostanzi straordinarji għandna biss infittxu fil ħajja ta’ kuljum, li  aktar avventuruża milli tista’ toħloq l immaġinazzjoni.”
“Teorija li jien ħadt il-libertà niddubita.” “Tabilħaqq Dott. Iżda issa ikollok taqbel miegħi. Jekk le jkolli nibqa’ ngħabbik b’fatt wara l ieħor sakemm ir raġunar tiegħek iċedi u jkollok tammetti li għandi raġun. Issa, Mr Jabez Wilson kellu l ġentilezza li jgħaddi għandi dalgħodu u jibda jirrakkontali storja li għandha l premessi li tkun waħda mill aktar singulari li qatt smajt għal żmien twil. Smajtni ngħid li l aktar affarijiet strambi u uniċi mhumiex marbuta ma’ delitti kbar, iżda delitti żgħar. Fil fatt f’dan il każ partikolari hemm dubju kbir jekk fil fatt sarx delitt. Minn dak li smajt s’issa hu imposibbli ngħid li l każ jikkonsistix f’delitt jew le. Li naf fiċ ċert hu li l affarijiet żvolġew ruħhom bl aktar mod singulari li qatt smajt. Forsi Mr Wilson ikun ġentili u jirrepeti l ġrajja. Qed nitolbok dan, Mr Wilson, mhux biss għaliex Dr Watson ma semax il bidu iżda għaliex in natura pekuljari tal istorja tagħtini xewqa kbira li nisma’ kull dettall għal darb’oħra minn fommok. Bħala regola, f’ħafna każi jkolli idea ta’ kif kienu saru l affarijiet u nista’ noħroġ ċertu konklużjonijiet mill esperjenza vasta li għandi. Però fil preżent ikolli nammetti li l fatti, kif nista’ nifhem, huma uniċi.”
Il klijent imżaqqaq nefaħ sidru b’ħarsa ta’ kburija u mill but tal kowt ħareġ gazzetta maħmuġa u mgħaffġa. Ħares lejn il kolonna tal avviżi b’rasu mxengla ’l barra ċċattjata fuq l irkoppa. Jien ħarist sew lejn ir raġel u ppruvajt nagħmel bħal sieħbi u nieħu xi indikazzjonijiet dwaru mid dehra tiegħu u lbiesu.
Ngħid il verità ma tantx stajt niġbor wisq informazzjoni siewja mill osservazzjoni tiegħi. Ir raġel quddiemi kellu kull sinjal ta’ raġel tax xogħol komuni, oħxon ħafna, kburi bih innifsu u kajman. Kien liebes qalziet griż iċċangjat, frock coat miftuħ iswed mhux nadif ħafna, sidrija kannella bla gosti ta’ xejn, polka ħoxna tal bronż li magħha kellha mdendla biċċa metall kwadra bħala ornament, kappell mittiekel, u kowt imkemmex tal bellus kannella bil kulur qed imur. Ippruvajt kemm ippruvajt ma stajt naralu xejn straordinarju ħlief ix xagħar aħmar nar li kellu. Kellu espressjoni ta’ rabja u dwejjaq fuq wiċċu.
Il ħarsa ħafifa ta’ Holmes uriet li induna x’kont qed nagħmel u bi tbissima xengel rasu hekk kif innotani nħares perpless. “Barra l fatt ovvju li għamel xi żmien jagħmel xogħol manwali, li hu mażun, li kien iċ Ċina, u li dan l aħħar għamel ħafna xogħol ta’ kitba ma nista’ niddeduċi xejn aktar.”

Mr. Jabez Wilson qam minn fuq is sufan biex jurina l-karta iżda ħarstu kienet fuq Holmes.
“Kif, f’ġieħ il-furtuna, taf dan kollu Mr Holmes?”, staqsa. “Kif taf, ngħidu aħna, li għamilt xogħol manwali? Hu veru daqs il-Vanġelju li bdejt naħdem ta’ mastrudaxxa fuq il-bastiment.”
“Idejk ħabib tiegħi. Idek il-leminija hi akbar minn tax-xellug. Dan ifisser li ħdimt biha u allura l-muskoli huma aktar żviluppati.”
“U li jien mażun?”
“Ma rridx ninsulenta l-intelliġenza tiegħek speċjalment meta naf li fl-Ordni tiegħek għandkom regoli stretti ta’ segretezza. Iżda bħala badge mal-pavru għandek il- ħnejja u l kumpass li huma s simboli tal mażunerija.”
“U dażgur, insejtha l badge. Imma l-kitba?”
“X’seta’ jindika aktar il-polz tal-komma l-leminija, li jleqq ħafna mal-pulzier tal- qmis. U x-xellugija għandha parti lixxa ħdejn il-minkeb fejn tpoġġi idek fuq il- mejda.”
“Sewwa qed tgħid. Imma ċ Ċina?”
“Il ħuta li għandek tattwata fuq il-polz ta’ idek il-leminija setgħet saret biss fiċ- Ċina. Għamilt studju fuq il marki tat-tattwaġġi u anki tajt il-kontribuzzjoni tiegħi fil-letteratura dwar is suġġett. Iċ Ċiniżi għadhom ħabta kif itebbgħu l-qoxra tal- ħuta b’dak il-kulur roża delikat u pekuljari, metodu li jsir biss iċ Ċina. Imbagħad meta rajt il-munita Ċiniża mdendla mal polka l konklużjoni ġiet ovvja.”
Mr Jabez Wilson beda jidħak bil-qalb. “Qatt ma bsart,” qal. “Għall-ewwel ħsibt li kont qed tagħmel xi bravura imma issa qed nara li ma kien hemm xejn straordinarju.”
“Qed nibda naħseb, Dr Watson,” qalli Holmes, “li għamilt żball meta spjegajt ruħi ma’ Mt. Wilson. “Omne ignotum pro magnifico jew dak li wieħed ma jafx jaħsbu grandjuż. Imma qed nara li wara kollox ma kien hemm xejn speċjali.”

Red Headed 2Iva, sibtha,” qalilna u b’saba’ oħxon indikalna n naħa ta’ isfel ta’ kolonna fil- gazzetta. “Hawn hi, hawn beda kollox. Jekk jogħġobkom aqrawha intom.”
Ħadtlu l-karta minn idu u bdejt naqra.
L Għaqda tal Ġinġrin – Skont id-dispożizzjoni testamentarja tal-mejjet Ezekiah Hopkins, ta’ Lebanon Pennsylvania U.S.A., issa hemm post vakant li jintitola membru tal-Għaqda tal-Ġinġrin għal-salarju ta’ erba’ liri sterlini fil ġimgħa purament għal-servizzi nominali(1). Kull raġel b’xagħru aħmar, f’saħħtu fiżikament u mentalment, u għandu aktar minn wieħed u għoxrin sena huwa eleġibbli li japplika. Applikaw personalment nhar it-Tnejn fil-ħdax ta’ filgħodu għand Duncan Ross fl-uffiċċji tal Għaqda, 7, Pope’s Court, Fleet Street.”
“Xi x-xjafek ifisser dan kollu?” staqsejt mistagħġeb wara li qrajtha t tieni darba.
Holmes beda jidħak minn taħt u jiċċaqlaq fuq il-pulturna kif soltu jagħmel meta jkun f’burdata tajba. “Mhux xi ħaġa li soltu niltaqgħu magħha, hux veru Watson?” qalli. “U issa, Mr Wilson, fil pront għidilna xi ħaġa dwarek, il-familja tiegħek, l- effett li dawn l avviżi ħallew fuq il-furtuni tiegħek. Però qabel nibdew, Dott., nixtieqek tieħu nota tal-gazzetta u d-data.”
“Il gazzetta hija l-Morning Chronicle tas 27 ta’ April. Xahrejn ilu.”
“Tajjeb. Issa f’idejk Mr Wilson.”
“Kif kont qed ngħidlek Mr Holmes,” qal Jabez Wilson jixxotta l-għaraq minn ġbinu, “għandi negozju żgħir ta’ rahhan(2) f’Coburg Square ħdejn is-City. Mhux xi negozju kbir u f’dawn l aħħar snin għeni kemm kemm biex ngħix. Qabel kien ikolli żewġ assistenti imma issa qed inżomm wieħed. Xi kultant insibha diffiċli biex inħallsu iżda hu lest li jaħdem b’nofs paga għax irid jitgħallem in-negozju.”
“X’jismu dan il ġuvnott tal-pjaċir?”
“Jismu Vincent Spaulding. Ma tantx hu żgħir u diffiċli biex tgħid kemm għandu snin. Però ma jistax ikolli assistent li jilħaqlu daqsu. Naf sew li jista’ jtejjeb lilu nnifsu u jaqla’ d doppju ta’ kemm intih jien. Imma wara kollox hu jinsab kuntent miegħi u għaliex għandi ndaħħallu flieles f’moħħu?”
“Tabilħaqq, għaliex? Tidher iffurtunat li għandek ħaddiem li qed jaħdem b’nofs il- paga tas-suq. Mhux xi ħaġa komuni fost il-ħaddiem f’dawn iż żminijiet. Ma kontx naf li l assistent tiegħek hu eċċezzjonali daqshekk.”
“Għandu d-difetti tiegħu,” qal Mr Wilson. “Iffissat fuq il-fotografija. Dejjem jieħu r-ritratti meta suppost qed itejjeb moħħu. Imbagħad, wara li jiġbed ir ritratti jinżel fil-kantina qisu xi fenek dieħel fit-toqba biex jiżviluppahom. Dan hu l-akbar difett tiegħu imma wara kollox hu ħaddiem tajjeb u m’għandu l-ebda vizzju.”
“Naħseb li għadu miegħek, hux hekk?”
“Lilu u tifla ta’ erbatax il-sena li ssajjarli ftit ikel sempliċi u żżommli d-dar nadifa. Lil dawn biss għandi f’dari. Jiena armel u qatt ma kelli familja. Jekk xejn, aħna t- tlieta ngħixu ħajja kwieta, inżommu saqaf fuq rasna u dejjem ħallasna d-djun tagħna. L-ewwel ħaġa li gerfxitna kien dak l-avviż. Spaulding xi tmint ijiem ilu ġie l- uffiċċju b’din il gazzetta f’idejh u qalli, “Kemm nixtieq, Mr Wilson, li l-Bambin ġabni xagħri ġinġer.”
“Għaliex?” staqsejtu.
“Għaliex?” irrispondieni, “ara hawn post vakanti ieħor fl-Għaqda tal-Irġiel Xagħarhom Ġinġer. Dan il-post jiswa ftit eluf tal-liri żgħira lil min hu ffortunat biżżejjed li jieħdu. U nifhem li hemm aktar postijet vakanti milli hemm irġiel u l- eżekuturi ma jafux x’ħa jaqbdu jagħmlu bil-flus li ħalla dan Ezekiah Hopkins. Kieku jaħasra xagħri jsir aħmar x’kemxa hemm lesta għalija.”
“Għaliex? X’inhu dan?” staqsejtu. Trid tifhem, Mr Holmes, li jien dejjem id-dar għaliex in-egozju tiegħi hu mad-dar. Bosta drabi ndum ġimgħat sħaħ bla ma noħroġ barra. Allura ma nkunx naf x’inhu għaddej u nieħu gost nisma’ xi ftit aħbarijiet.”
“Qatt ma smajt bl-Għaqda tal-Irġiel Ġinġrin?” staqsieni b’għajnejh imberrqa.
“Qatt.”

“Ma nafx kif ma tafx għaliex inti eleġibbli għal wieħed mill postijiet vakanti.”
“U kemm jiswew dawn il postijiet f’din l Għaqda?”
“Xi mitejn lira biss fis-sena iżda xogħol mill-inqas u ma jfixklekx milli tagħmel xogħol ieħor.”
Ħeqq, tista’ taħseb li dan kollu ġibidli l-attenzjoni għaliex f’dawn l aħħar snin in- negozju tiegħi mhux sejjer tajjeb u mitejn lira żejda kienu jkunu utli ħafna.
“Għidli dwar din l għaqda,” għedtlu.
“Insomma,” qalli hu u jurini l avviż, “tista’ tara int stess li l-Għaqda għandha post Red Headed 3vakanti u l indirizz fejn tista’ tapplika għad-dettalji. Kif nista’ nifhem jien l-Għaqda twaqqfet minn miljunarju Amerikan, Ezekiah Hopkins, li kien bniedem daqsxejn stramb. Hu stess kellu xagħru aħmar u kellu simpatija kbira lejn l-irġiel b’xagħar tal-istess kulur. B’hekk meta miet ħalla l-fortuna enormi tiegħu f’idejn grupp ta’ eżekuturi bi struzzjonijiet li bl-interessi jipprovdu lill-irġiel ġinġrin xogħol ħafif. Minn dak li smajt il-paga hija tajba u ftit li xejn hemm tbatija.”
“Imma,” għedtlu, “ħa jkun hemm miljuni ta’ rġiel ġinġrin li japplikaw.”
“Mhux daqskemm taħseb int,” irrispondieni. “Ifhem li dan kollu hu miftuħ biss għall-irġiel adulti minn Londra. Dan l-Amerikan beda minn Londra meta kien żgħir u ried jagħmel xi benefiċċju lill-belt ta’ tfulitu. Barra dan smajt li biex tiġi aċċettat irid ikollok xagħrek aħmar nar, la skur u lanqas ċar. Dr. Watson jista’ japplika imma naħseb ma jaqbillux jidħol għal dan l-intrigu kollu għal ftit mijiet ta’ liri.”
“Issa hu fatt li kif qed taraw intom stess xagħri għandu kulur aħmar qawwi u allura deherli li jekk kien hemm xi kompetizzjoni għal post kelli opportunità daqs ħaddieħor. Vincent Spaulding deher li jaf ħafna fuq din il-biċċa xogħol u allura seta’ jkun ta’ għajnuna. Għalhekk, ġurnata minnhom għalaqna l-ħanut u morna flimkien lejn dak l-indirizz li kien hemm fl avviż.

Nispera li qatt ma nerġa’ nara xi ħaġa bħal dik Mr Holmes. Mid-dehra kull raġel b’xagħru aħmar ġie Londra mill-erbat irjiħat tal-Ingilterra biex jirrispondi l-avviż. Fleet Street kienet fgata bi rġiel xagħarhom aħmar, u Pope’s Court kienet qisha karettun ta’ bejjiegħ tal-arinġ. Qatt ma kont nobsor li kien hawn tant irġiel b’xagħarhom ġinġer fil-pajjiż. Kien hemm kull sfumatura ta’ kulur ta’ xagħar aħmar. Kulur it-tiben, arinġ, briks ħomor, tal-klieb irish setters, tal -fwied, u tafal aħmar. Spaulding ħeġġiġni biex ma naqtax qalbi għaliex ma tantx kien hemm min kellu il kulur aħmar nar bħal tiegħi. Kif rajt dak il-kju ma jispiċċa qatt kont se nerġa’ lura. Ma ridtx nistenna dak il-ħin kollu iżda Spaulding insista li nibqa’. Kif għamel ma nafx iżda mbotta minn hemm u iġbed minn hawn irnexxielu jwassalni sat-taraġ li kien jagħti għall-uffiċċju. Fit taraġ kien hemm żewġ fillieri, waħda ta’ rġiel telgħin bit-tama li jintgħażlu u oħra ta’ rġiel niżlin diżappuntati li ġew miċħuda. Iżda aħna ddeffisna mill aħjar li stajna u f’kemm ili ngħidlek sibna ruħna fl-uffiċċju.”
“L esperjenza tiegħek kienet waħda divertenti,” qallu Holmes, hekk kif il-klijent tagħna waqaf naqra biex jiffriska l-memorja b’biċċa tabakk enormi tal-imnieħer. “Jekk jogħġbok kompli dan ir-rakkont interessanti.”
“Fl uffiċċju ma kien hemm xejn ħlief żewġ siġġijiet u mejda fejn kien hemm bil-qiegħda raġel ta’ statura żgħira b’xagħru aħmar aktar minn tiegħi. Kien ikellem lil kull applikant li jidħol iżda dejjem irnexxielu jsiblu xi difett li kien jiskwalifikah. Wara kollox ma tantx kien jidher faċli li timla l-post. Iżda meta kien imiss lilna r raġel qasir wera aktar interess. Tant li meta dħalna għalaq il bieb biex seta’ jkollna laqgħa privata.”
“Dan huwa Mr Jabez Wilson,” qal l assistent tiegħi. “Hu lest li jimla l-post battal tal- Għaqda.”
“U hu perfettament addattat għall-post,” irrisponda l-ieħor. “Għandu kulma Red headed 4jinħtieġ. Ma nistax niftakar li qatt rajt xi ħaġa daqshekk tajba.” Qam, għamel pass lura, xengel rasu, u osservali xagħri sakemm ngħidlek is-sewwa bdejt inħossni imbarazzat. F’daqqa waħda qabeż ’il-quddiem, ħadli b’idejja, u feraħli minn qalbu għas-suċċess tiegħi.”

“Tkun inġustizzja jekk noqgħod naħsibha,” qalli, “iżda ninsab ċert li tiskużani jekk nieħu xi prekawzjoni.” U fil ħin u l mument beda jiġbidli xagħri b’idejh it tnejn tant li bdejt ngħajjat bl-uġigħ. “F’għajnejk għandek id-dmugħ,” qalli. “Issa naħseb li kollox sew. Iżda rridu nkunu b’seba’ għajnejn għaliex diġà ingannawna darbtejn b’parrokka u darb’oħra biż-żebgħa tax-xagħar. Nista’ nirrakkontalek stejjer dwar xama’ tal-iskarpan li ġġiegħlek tiddiżgusta ruħek min-nies tad dinja.” Mar lejn it- tieqa u għajjat b’vuċi għolja li l-post imtela. Minn isfel kien hemm karba ta’ diżappunt u l-folla bdiet tinfirex sakemm ma kienx baqax raġel wieħed b’xagħru ġinġer ħlief jien.”
“Jisimni Duncan Ross,” qalli. “Anki jien qed nibbenifika mill-flus li ħalla l- benefattur nobbli tagħna. Int miżżewweġ Mr Wilson? Għandek familja?”
Għedtlu li le. Deher diżappuntat.
“X’waħda din,” qalli, “din biċċa tassew serja! Jiddispjaċini li qed nisma’ dan. Il- fond hu intenzjonat biex ikabbar in numru ta’ dawk xagħarhom aħmar kif ukoll biex jgħinhom. Tabilħaqq sfortuna li inti għażeb.”
“Issa jien kont diżappuntat, Mr Holmes, għax ħsibt li wara kollox ma kontx ser nimla l-post. Iżda wara ftit minuti kollox reġa’ għal li kien għax qalli li ma kien ġara xejn. Kollox kien sew.”
“Li kienu kont ħaddieħor,” qalli, “l oġġezzjoni kienet tkun gravi iżda rridu inġebbdu xi naqra r-regoli favur raġel li għandu xagħar aħmar bħal tiegħek. Meta tkun tista’ tibda x xogħol?”
“Inħossni daqsxejn skomdu għaliex diġà għandi negozju.”
“U ma ġara xejn Mr. Wilson!” qalli Vincent Spaulding. “Nieħu ħsieb kollox jien għalik.”
“U l-ħinijiet?” staqsejt.
“Mill-għaxra sas-sagħtejn.”
“Ġeneralment in-negozju tat-tirħin isir filgħaxija, Mr.Holmes, speċjalment it-Tlieta u l Ġimgħa ftit qabel jitħallsu l pagi. Għalhekk ikun konvenjenti għalija li naqla’ xi ħaġa filgħodu. Barra minn hekk kont naf li l assistent tiegħi hu bniedem ta’ ħila u kapaċi jieħu ħsieb dak kollu li seta’ jinqala’.”
“Dan ikun tajjeb għalija,” għedtlu. “U l-paga?”
“Erba’ liri fil-ġimgħa.”
“U x-xogħol?”  “Purament nominali.”
“Xi trid tfisser b’nominali?”
“Trid tkun ġewwa l-uffiċċju, jew għall-anqas fil-bini, il-ħin kollu. Jekk titlaq titlef id-dritt għall-pożizzjoni għal dejjem. Dan il-punt irid ikun ċar daqs il-kristall dwaru. Ma tkunx qed timxi mal-kundizzjonjiet jekk tħalli l-uffiċċju qabel il ħin.”
“Huma biss erba’ sigħat u ma naħsibx li ser inħalli posti.”
“Jekk tiskarta l-ebda skuża jew raġuni ma tiġi aċċettata,” qalli Mr. Duncan Ross. “La mard, la xogħol, assolutament xejn. Trid tibqa’ hawn, inkella titlef postok.”
“U x xogħol fiex jikkonsisti?”
“Li tikkopja l-enċiklopedija Britannica. L-ewwel volum qiegħed hawn fil kexxun tal mejda. Tajjeb, nibdew għada?”
“Ċertament,” irrispondejtu.
“Mela saħħa Mr. Jabez Wilson. U ħallini nifraħlek darb’oħra għall-pożizzjoni importanti li kont fortunat li rnexxielek takkwista.” Baxxa rasu u ħriġna mill- kamra. Jien mort lejn id-dar mal-assistent tiegħi. Lanqas kont naf x’ħa naqbad ngħid tant kont ferħan bil-fortuna li inzertatli.”
“Għamilt ġurnata sħiħa naħseb fuq dan kollu u filgħaxija sewwidt qalbi għaliex daħħaltha f’rasi li din l affari kienet xi frodi jew ċajta goffa għalkemm ma stajtx nifhem x’kien hemm wara dan kollu. Ma tantx hi xi ħaġa li titwemmen li xi ħadd seta’ jagħmel testment bħal dak. Aktar stramb kien il-fatt li xi ħadd iħallsek biex tagħmel ċuċata bħal tikkopja l-enċiklopedija Britannica. Vincent Spaulding għamel li seta’ biex iserraħli rasi iżda qabel irqadt ikkonkludejt li ninsa kollox. Iżda filgħodu qomt determinat li nara x’hemm u x’hemmx wara din il-biċċa xogħol kollha. Xtrajt b’sold linka, pinna u seba’ karti daqs ta’ foolscap u tlaqt lejn Pope’s Court.
B’sorpriża pjaċevoli sibt li kollox kien f’postu. Il-mejda kienet lesta għalija u Mr. Duncan Ross kien hemm biex jara li nibda x-xogħol. Hu bdieni fuq l-ittra A u ħallieni iżda beda jidher kull tant ħin biex jara hux kollox sew. Fis-sagħtejn qalli li stajt nieqaf, ikkumplimentani fuq il ħidma tiegħi, speċjalment l-ammont li kont ktibt, ħriġna flimkien u għalaq il-bieb.”
“Dan dam sejjer ġurnata wara l oħra għal ġimgħa sħiħa. Is Sibt Mr. Duncan Ross ġie u faqqagħli erba’ liri tad-deheb għal  ħidma ta’ ġimgħa. Dan irrepeta ruħu ġimgħa wara ġimgħa. Kull filgħodu kont inkun hemm fl- għaxra u nitlaq fis- sagħtejn ta’ wara nofsinhar. Bil-mod il-mod Mr Duncan Ross beda jiġi jżurni darba filgħodu biss u wara xi żmien ma ġiex aktar. Mankollu qatt m’azzardajt inħalli l- kamra għal mument wieħed għaliex ma kontx naf meta seta’ jitfaċċa u ma ridtx nitlef biċċa ħobż tajba u sombor.
“Għaddew tmien ġimgħat f’din ir-rutina. Kont ktibt fuq abbati, arja, armerija, arkitettura, u astronomija. Bdejt nispera li jekk inkompli naħdem b’dan ir-rittmu ikun nista’ nibda l ittra B fi ftit zmien ieħor . Infaqt naqra flus fuq il karta iżda diġà kont imlejt xkaffa bil-kitba tiegħi. Jum minnhom bla kliem u bla sliem ix-xogħol waqaf f’daqqa.”
“Spiċċa?”
“Iva, Sinjur. Mhux aktar tard minn dalgħodu stess. Mort ix-xogħol bħas soltuRED Headed 5 fl-għaxra iżda l-bieb tal-uffiċċju kien magħluq b’nota żgħira msammra b’taċċ miegħu. Hawn hi tista’ taqraha int stess.”
Hu tana biċċa kartuna bajda daqs karta tan-noti. Il messaġġ kien dan:
L-Għaqda tal-Irġiel Ġinġrin, 9 ta’ Ottubru 1890.
Holmes u jien studjajna b’attenzjoni din id-dikjarazzjoni b’ħarsa ddispjaċuta, sakemm il-parti komika tal-affari ħakmitna u mingħajr ebda konsiderazzjoni oħra jien u sieħbi nfqajna nidħku.
“Ma nista’ nara xejn komiku,” irrimarka l-klijent tagħna jħammar aktar l għeruq ta’ xagħru. “Jekk ma tistgħu tagħmlu xejn ħlief tidħku allura nista’ mmur infittex l- għajnuna xi mkien ieħor.”
“U le, le,” qallu Holmes hu u jimbuttah lura fuq is sufan minn fejn kien qam. “Ma tarax! Ma rrid bl-ebda mod nitlef każ bħal tiegħek, daqshekk stramb u stimulanti. Imma skużani, trid tammetti li għandu l-punti komiċi tiegħu. Jekk jogħġbok poġġi u għidli x’għamilt meta sibt in nota mal-bieb.”
“Infxilt, ma kontx naf x’ser naqbad nagħmel. Staqsejt fl-uffiċċji l oħra tal-post imma milli jidher ħadd ma kien jaf xejn. Fl-aħħar mort għand sid il-kera tal post, li hu accountant u jgħix fil-pjan terran. Staqsejtu jekk jafx jgħidli x’ġara mill-Għaqda tal-Irġiel Ġinġrin. Qalli li qatt ma sema’ biha. Meta staqsejtu dwar Mr. Duncan Ross weġibni li kien qed jisma’ dan l-isem għall-ewwel darba.”
“Kif jista’ jkun? Dan hu il-ġentlom kien jokkupa n numru 4,” għedtlu.
“Dak b’xagħru aħmar?”
“Iva,”
“Oh,” qalli “dak jismu William Morris. Hu avukat u kien qed juża l-kamra temporanjament sakemm l-uffiċċji ġodda tiegħu jitlestew. Telaq minn hawn ilbieraħ.”
“Fejn nista’ nsibu?”
“Fl-uffiċċji ġodda tiegħu ġewwa 17, King Edward Street, ħdejn il-katidral ta’ San Pawl.”
“Tlaqt minnufih, Mr. Holmes, iżda meta wasalt f’dak l-indirizz sibt li kienet fabbrika li timmanifattura rkopop artifiċjali. Ħadd qatt ma kien sema’ b’Mr. William Morris jew Mr Duncan Ross.”
“X’għamilt wara?” staqsieh Holmes.
“Mort lura d dar f’Saxe Coburg Square u tlabt parir mingħand l-assistent tiegħi. Iżda hu ma seta’ jagħmel xejn. Kulma qalli kien li jekk nistenna għandi mnejn nirċievi spjegazzjoni bil-posta. Iżda dan ma kienx sodisfaċenti biżżejjed, Mr Holmes. Ma ridtx nitlef post bħal dak. Għalhekk meta smajt li int tagħti pariri lil imsejkna bħali fil-bżonn tal-għajnuna ġejt direttament għandek.”
“U għamilt pass intelliġenti ħafna,” qallu Holmes. “Għandek każ tabilħaqq straordinarju u hu gost u pjaċir tiegħi li nara x’hemm u x’hemmx. Milli għedtli jkolli ngħid li hemm kwistjonijiet aktar serji milli jidher mal-ewwel daqqa t’għajn.”
“Serja biżżejjed biex ittellifni erba’ liri fil-ġimgħa!” esklama Mr. Jabez Wilson.
“Fejn tidħol int Mr Jabez,” irrimarkalu Holmes, “ma narax li għandek xi tgerger kontra din l-Għaqda straordinarja. Għall kuntrarju nifhem li int stagħnejt b’madwar tletin lira, biex ma nsemmix dak kollu li tgħallimt dwar is suġġetti li jibdew bl-ittra A li ktibt. Kollox ma’ kollox ma tlift xejn.”
“Le, le, Sinjur, imma rrid insir naf dwarha, min hu warajha, u x’kienet l intenzjoni wara dan kollu. Jekk kinitx xi ċajta goffa. Jekk, fuq kollox, kienet ċajta. Ma nafx, għax jekk kienet ċajta fuqi kienet kemxejn għolja għaliex swiet tnejn u tletin lira.”
“Nagħmlu mill-aħjar biex niċċaraw dawn il punti oskuri, Mr Wilson. Imma jekk jogħġbok irrispondini żewġ domandi. Kien l-assistent tiegħek li ġibidlek l attenzjoni dwar l avviż, hux hekk? Kemm ilu impjegat miegħek?”
“Xi xahar.”
“Kif daħal miegħek?”
“Billi rrisponda avviż fuq il-gazzetta.”
“Kien hu l-uniku applikant?”
“Le, kien hemm jekk niftakar sew tużżana.”eċċitat
“Għaliex għażilt lilu?”
“Għax kien jinqala’ u rħis fil-ħlas li ried.”
“Nofs paga fil-fatt. Hux hekk Mr Wilson?”
“Eżattament.”
“Kif inhu dan Mr Spaulding? Iddekrivihuli.
“Pjuttost żgħir, ta’ statura b’sahhita, ħafif f’dak li jagħmel, wiċċu mqaxxar kollu, u naħseb li għandu madwar tletin sena. Għandu tebgħa bajda tal-aċtu fuq moħħu.”
Holmes qam minn fejn kien bilqiegħda ċeċċitat sew u lil Jabez. “Qatt innutajt li widnejh huma mtaqqbin għall-imsielet?”
“Iva. Qalli li għamlithomlu żingara meta kien għadu ġuvnott.”
“Iva?” qal Holmes u waqa’ fis-skiet jaħseb. “Għadu miegħek?”
“Dażgur, għadni kemm ħallejtu.”
“Meta inti ma kontx hemm, hu kien jieħu ħsieb in-negozju?”
“M’għandi xejn xi ngerger. Fuq kollox ma tantx kien ikun hemm x’tagħmel filgħodu.”
“Għalissa dak kollox Mr Wilson. Naħseb fi żmien jumejn inkun f’qagħda li nagħtik l- opinjoni tiegħi fuq din l avventura tiegħek. Illum is-Sibt. Nispera li sa nhar it- Tnejn inkun wasalt għal konklużjoni.”
“Allura Watson,” staqsieni Holmes meta l klijent tagħna telaqna, “x’taħseb dwar dan kollu?”
“Frankament ma nista’ nifhem xejn,” irrispondejtu. “Hi biċċa xogħol misterjuża ħafna.”
“Bħala regola,” qalli Holmes, “aktar ma l-każ ikun stramb fl-aħħar mill-aħħar jispiċċa biex ma jkunx daqshekk misterjuż daqs kemm wieħed jaħseb. Huma l-każijiet komuni, li ma jkollhom ebda fatturi li jispikkaw, li jkunu l-aktar iebsin biex issolvi. Imma fuq din l affari rrid inkun konċentrat.”
“Mela x’ser tagħmel?” staqsejtu.
Red Headed 6“Inpejjep il-pipa,” irrispondieni. “Anzi tliet pipi għax din hija problema li trid mill- inqas tliet pipi. Nitolbok Watson biex ma tkellimnix għal dawn il-ħamsin minuta li ġejjin.” Tkebbeb fil-pultruna, bi rkupptejh kważi jmissu l-imnieħer ta’ seqer li kellu. Qagħad b’għajnejh magħluqa bil-pipa sewda f’ħalqu qisha l-munqar ta’ xi għasfur stramb. Wara xi ħin f’dik il pożizzjoni kkonkludejt li għajnu marret bih u bdejt nongħos jien ukoll. F’salt wieħed qam minn fuq il-pultruna b’ċerta determinazzjoni u tefa’ l-pipa fuq l-ixkaffa tal fuklar.”
“Waranofsinhar hemm Sarasate jdoqq f’St James Hall,” qalli. “X’taħseb, Watson, il-pazjenti tiegħek jistgħu jgħaddu għal ftit sigħat mingħajrek?”
“M’għandi xejn x’nagħmel illum. Bħalissa fil-klinika ma tantx qed ikolli xogħol impenjattiv.”
“Mela ilbes il-kappell u ejja ħa mmorru. L-ewwel sejjer is-City u nistgħu nieklu xi ħaġa hemm. Qed nara mill-programm li hemm ħafna mużika Ġermaniża, li togħġobni aktar minn dik Taljana jew Franċiża. Hija mużika introspettiva(3) u rrid inkun retrospettiv.”
“Morna bl-underground  Aldersgate u b’mixja żgħira wasalna Saxe Coburg Square, il-post minn fejn bdiet din l-istorja stramba. Saxe Coburg Square kien post żgħir bi djar antiki marsusin ma’ xulxin u traskurati, għalkemm post ta’ nies puliti. Il bini kien jikkonsisti f’erba’ fillieri ta’ djar b’żewġ sulari antiki u mudlama. Dawn kienu jħarsu lejn il pjazza jew aħjar biċċa art żdingata bil-ħaxix, ħafna minnu selvaġġ, u rqajja’ ta’ rand qed jidbiel, jissara kontra l-atmosfera xejn konġenjali ta’ arja kollha dħaħen.
Tliet sferi indurati, li huma l-emblema tal-ħwienet tat-tirħan u tabella żgħira kulur Red Headed 7il-kawba bl-isem ta’ Jabez Wilson miktub bl-abjad ma’ dar f’kantuniera infurmawna li dik kienet ir-residenza u n negozju tal-klijent ġinġer tagħna. Sherlock Holmes waqaf u qagħad josserva kollox b’mod metikoluż, b’għajnejh iżebbġu minn bejn il-kpiepel imkemmxin. Wara, mar lejn in-naħa ta’ fuq tat-triq u reġa’ lura lejn il kantuniera, dejjem iħares b’attenzjoni kbira lejn id djar. Fl aħħar reġa’ ġie ħdejn id-dar ta’ Mr Wilson, sabbat bis-saħħa xi darbtejn bil-bastun mal- art u ħabbat il bieb tar-residenza tar-raħħan. Il-bieb ma tantx dam ma nfetaħ minn żagħżugħ ta’ dehra intelliġenti, bla leħja, li talabna biex nidħlu.
“Grazzi,” qallu Holmes, “xtaqt nistaqsik kif tmur minn hawn għal The Strand.”

“It-tielet fuq il lemin, u r raba’ fuq ix xellug,” irrispondieh malajr l-assistent u ħaffef għalaq il-bieb.
“Bniedem jilħaqlu,”osserva Holmes. “Jekk ikolli niġġudika ngħid li hu r=raba’ l aktar bniedem intelliġenti ġewwa Londra, u bħala kuraġġ naħseb li hu t tielet. Fil fatt kont naf xi ħaġa dwaru qabel dan il-każ.”
“Evidentement,” għedt, “l-assistent ta’ Mr Wilson għandu parti relevanti f’dan il- misteru tal Għaqda tal Ġinġrin. Naħseb li int staqsejtu t-triq sempliċement biex tarah.”
“Mhux lilu ridt nara,” qalli Holmes.
“Mela x’ridt tara?”
“Il-qliezi tal-qalziet.”
“U x’rajt?”
“Dak li kont qed nissoponi.”
It-triq li sibna ruħna fiha hekk kif dorna minn Saxe Coburg Square kienet ta’ kuntrast kbir ma’ dak il-post irtirat u mudlam. Kienet triq arterjali, li minnha jgħaddi bosta traffiku lejn it Tramuntana u l Punent tal-belt. It-triq kienet imblukkata f’gelgul kbir ta’ kummerċ sejjer fuq żewġ rotot, waħda li tagħti ’l ġewwa u l oħra li tagħti ’l barra tal-belt. In-nies fuq il-bankini kienu qishom nemel. Kien diffiċli li wieħed jirrealizza, hekk kif rajna l-ħwienet sbieħ u n negozji importanti, li fuq in-naħa l oħra kienu imiss ma’ pjazza bla ħajja u mingħajr kulur.
“Ħalli nara,” qalli Holmes, u mar fil-kantuniera jħares dritt. “Irrid niftakar l-ordni tad-djar fuq din in naħa. Hu passatemp tiegħi li jkolli tagħrif eżatt ta’ Londra. Mela hemmhekk hemm Mortimer il-hanut tat-tabakk, imbagħad dak il-ħanut żgħir tal- gazzetti, il-fergħa ta’ Coburg tas City and Suburbun Bank, restorant veġetarjan, u l fabbrika tal-karozzelli McFarland. Hemm jispiċċa l-blokk u jibda l-ieħor. U issa Dott. xogħolna għamilnieh allura wasal il-ħin li niddevertu. Belgħa kafè u sandwich u wara lejn art il-vjolin fejn hemm biss ħlewwa, delikatezza u armonija mingħajr klijenti b’xagħarhom aħmar biex jiksrulna d-devozzjoni bit-taħwid tagħhom.”
Red Headed 11Sieħbi kien mużiċist appassjonat. Kien ukoll kompożitur ta’ ħila mhux komuni. Meta wasalna t-teatru poġġa fil-platea u wiċċu xegħel b’ħarsa ta’ hena perfetta. Bil- mod il-mod mexxa subgħajh twal mal-mużika filwaqt li wiċċu kellu tbissima ġentili b’għajnejh magħluqin qisu qiegħed fid-dinja tal-ħolm. Din id dehra ma kinitx ta’ Holmes il kelb tal-kaċċa li jxomm kull traċċa; Holmes i- bniedem li qatt ma jistrieħ sakemm jaqbad il-ħati; Holmes, il-bniedem ta’ intelliġenza taqta’ daqs xafra; l- aġent kontra l-kriminali pereċċellenza. Il karattru tiegħu kellu żewġ naturi li kienu jalternaw lil xulxin u xi kultant jippredominaw il-karattru tiegħu. Dik il-parti li kienet karatterizzata minn eċċess estrem fuq eżattezza, preċiżjoni, għerf, makakkerija, li kienet tikkuntrasta mal-parti l-oħra li kienet poetika u kontemplattiva. Hu kien jitbandal minn burdata għall-oħra, minn telqa kompleta għal-enerġija li kienet tikkunsmah. Kif kont nafu jien qatt ma kien ikun fl-aqwa tiegħu jekk għal-ġranet sħaħ kien jitlajja fil-appartament qalb l-improviżazzjonijiet tiegħu u l-qari tal kitba gotika(4). L inattività kienet teqirdu. Iżda l-letarġija titemm meta jkollu xi każ. Meta jkun impenjat jinbidel, jinħakem mill-kilba tal- kaċċa, u moħħu jibda l-proċess ta’ raġunar brillanti li jilħaq livelli straordinarji. Saħansitra anki dawk li huma familjari mal-metodi tiegħu jħarsu lejh b’ċertu dubju, qisu l-għerf tiegħu mhux bħal ta’ persuni mortali oħra. Meta rajtu daqshekk mitluf fil-mużika ħassejt li kien wasal ħin ħażin għal min ried jaqbad. Meta kont nara lil Holmes hekk rilassat f’nofs xi każ kienet tiġi f’moħħi l-kalma qabel it- tempesta.
“Bla dubju trid tmur iddar Dott.,” qalli hekk kif ħriġna mit-teatru.
“Iva, naħseb ikun aħjar,” weġibtu.
“U jien għandi biċċa xogħol li ħa toħodli xi sigħat. Din l-affari ta’ Coburg Sqaure hija serja.”
“Għaliex serja Holmes?” staqsejtu.
“Ċert li qed tiġi ppjanata xi azzjoni kriminali gravi ħafna. Iżda persważ li ħa nkunu fil-ħin biex inwaqqfuha. Imma peress illi llum hu s Sibt jikkomplika xi ftit “Ħa jkolli bżonn l-għajnuna tiegħek dal-lejl.”
“Fi x’ħin?”
“Għal xi l-għaxra jkun tajjeb?”
“Mela fl-għaxra nkun Baker Street.”
“Tajjeb Dott. U bilħaqq ma neskludix il-periklu, għalhekk ġentilment nitolbok iġġib ir-revolver fil-but.” Xejjer idu u sparixxa qalb il-folla.
Nispera li mhux iżjed stupidu minn nies oħra iżda kont dejjem niddejjaq għall-fatt li ma’ Holmes kont nidher injurant. F’dan il-każ smajt li sema’ hu, rajt li ra hu, iżda minn kliemu stajt nifhem li mhux biss jaf sew x’ġara iżda wkoll x’kien ser jiġri. U għalija kollox kien konfuż u grottesk.
Meta kont id-dar f’Kensington qgħadt naħseb fuq dak li għadda, mill-istorja straordinarja tar-raġel ġinġer li kien jikkopja l-enċiklopedija saż-żjara tagħna f’Saxe Coburg Square u dak il-kliem ta’ tħassib li Holmes ħallieni bih. X’kienet din l- ispedizzjoni fis-satra tal-lejl, u għaliex irrid immur armat? Fejn konna sejrin u x’ħa nagħmlu hemm? Kelli indikazzjoni minn Holmes li l-assistent tar raħħan kien bniedem ta’ perikolu, raġel li jista’ jasal għal kollox. Ippruvajt inpoġġi kollox f’perspettiva raġjonevoli iżda qtajt qalbi u ċedejt. Neħħejt kollox minn moħħi sakemm fil-lejl li kien ġej l-affarijiet jiċċaraw ruħhom.
Tlaqt mid-dar fid-disgħa neqsin kwart, qsamt il-ġnien, u ġbidt lejn Oxford Street sakemm wasalt Baker Street. Ħdejn il-bieb kien hemm żewġ hamsons. Kif dħalt ġewwa u qbadt tiela’ t taraġ smajt il-ħsejjes ta’ ilħna. Kif dħalt fil-kamra sibt lil Holmes jitkellem b’mod kemxejn vivaċi ma’ żewġt irġiel. Wieħed għaraftu bħala Peter Jones, uffiċjal tal-pulizija. L ieħor kien raġel twil, irqiq, b’wiċċ ta’ dwejjaq, liebes kappell ileqq u frock coat pulit wisq għallokkażjoni.
“Ah! Il grupp issa ngħaqad,” qal Holmes waqt li qafel il buttuni tal-ġakketta li kien liebes, qabad f’idejh frosta ħoxna taż żwiemel. “Watson naħseb li taf lil Mr Jones ta’ Scotland Yard? Ħallini nintroduċik ma’ Mr. Merryweather, li ser jakkumpanjana fl-avventura tal-lejla.”

“Qed nikkaċċjaw f’pari Dott.,” qalli Jones b’dak it-ton monotonu tiegħu. “Seħibna hawn hu tajjeb ħafna biex jibda l-kaċċa. Kulma jrid hu kelb bl-esperjenza biex jgħinu jsib il-priża.”
“Nispera li ma naqbdux xi wiżż selvaġġ(5) f’din il-kaċċa,” osserva Mr Merryweather b’ton ta’ dwejjaq.
“Jista’ jkollok kunfidenza assoluta f’Mr. Holmes,” qallu l-Ispettur b’ċerta kburija. “Għandu l-metodi tiegħu li huma, jekk ma jiħux għalih, daqsxejn teatrali u fantastiċi żżejjed. Iżda għandu l-kapaċità li xi darba jsir ditektiv. Mhux ta’ b’xejn li mhux l -ewwel draba, bħal fl-affari tal-qtil ta’ Sholta u meta nsteraq it-teżor Agra, kien kważi aktar korrett mill-forza tal Pulizija.”
“Jekk tgħid hekk, Mr Jones, allura kollox sew,” qal l-istranġier b’ċertu rispett. “Xorta waħda però qed inħoss nostalġija għall-logħba karti bridge.Tafu li dan huwa l-ewwel Sibt f’sebgħa u tletin sena li mhux ħa nilgħab ma’ sħabi.”
“Naħseb,” qallu Holmes, “li dal-lejl ħa tilgħab għal ferm aktar flus milli qatt lgħabt f’ħajtek. U din il-logħba ħa tkun ferm aktar eċċitanti mill bridge. Fil-fatt, Mr. Merryweather, int qed tilgħab għal xi tletin elf lira u Mr. Jones qed jilgħab għal dak ir-raġel li ilu jiġri warajh biex jaqbdu.”
“John Clay, il-qattiel, ħalliel u falzarju. Għadu żgħir, Mr. Merryweather, iżda hu l- aqwa fil-professjoni kriminali u nixtieq ikolli l manetti madwar idejh iżjed milli nixtieq li nagħmilhom f’idejn kriminali oħra ġewwa Londra. Dan iż żagħżugħ, John Clay, hu bniedem straordinarju. Nannuh kien duka rjali u ħa l-edukazzjoni f’Eton(6) u l Università ta’ Oxford. Għandu moħħu makakk u subgħajh aġli, u għalkemm dejjem niltaqgħu ma’ xi sinjali tiegħu qatt ma rnexxielna nsibuh. Daqqa jisraq xi dar fl-Iskozja u darb’oħra jkun ġewwa Cornwall(7) jiġbor il-flus ħa jibni orfanatrofju. Ili snin insus warajh iżda sa issa qatt ma rajtu.”
“Nispera li jkolli l-pjaċir li nintroduċihulek illejla. Jien iltqajt miegħu darbtejn u naqbel li bħala kriminal m’hawnx bħalu. Imma diġà daqqu l-għaxra u aħjar nitilqu. Issa jekk intom it tnejn tirkbu fil-hamson ta’ quddiem jien u Watson nieħdu l-ieħor.”

Aħna u sejrin Holmes ma kienx f’burdata li jitkellem u poġġa fil-karozzella jiħħammja l-mużika li kien sema’ waranofsinhar. Ir-roti tal-karozzella ċekċku hekk kif għaddew b’ħeffa fuq il-ġebel tal-labirint ta’ toroq mixgħula bil-fanali tal-gass u fl-aħħar wasalna ġewwa Farrington Street.
“Ninsabu qrib,” lissen sieħbi. “Mr. Merryweather hu direttur tal-bank u għandu interess personali fil-każ. Ħsibt li kien ikun aħjar li jkollna lil Mr. Jones magħna. Mhux raġel-ħażin miskin, għalkemm bħala spettur tal-pulizija hu imbeċilli. Għandu virtù waħda pożittiva, hu ta’ kuraġġ ta’ ljun. Però rasu iebsa daqs iż-żonqor. Wasalna, qed jistennewna.”
“Konna f’dik it-triq prinċipali li ftit sigħat qabel kienet imfawra bin-nies. Il-karozzelli telqu u mmexxija minn Mr. Merryweather għaddejna minn passaġġ dejjaq u minn bieb laterali li fetħilna. Dħalna f’kuridur żgħir li kien jagħti għal grada kbira tal-ħadid. Din fatħniha ukoll u minnha nżilna garigor li wassalna għal grada oħra, naħseb ikbar mill-oħra. Hawn Mr. Merryweather waqaf biex jixgħel laterna żgħira, fetaħ il-grada u komplejna ninżlu aktar ’l isfel matul passaġġ li kellu Red Headed 9riħa ta’ ħamrija. Ftit passi oħra u sibna t-tielet bieb. Meta Mr. Merryweather fetħu u dħalna f’kantina bis-saqaf bil-ħnejjiet forma ta’ koppla. L- kantina kienet mimmliha b’kaxxi kbar u żgħar fuq xulxin.
Sherlock Holmes ħa l-lanterna, għolliha ’l-fuq u beda josserva l post. “Min naħa ta’ fuq m’intix dgħajjef.”
“U l-anqas minn isfel,” qallu Mr. Merryweather hekk kif beda jsabbat fuq iċ- ċangaturi tal-ġebel li ksew l-art. “Ihh x’waħda din,” esklama l-bankier, “hawn jistema’ jinstema vojt”
“Ħa jkolli nitolbok biex iżomm is-skiet,” qallu Holmes irritat. “Diġà pperikolajt is-suċċess tal-ispedizzjoni. Nista’ nitolbok biex ġentilment, tpoġġi fuq waħda minn dawn il-kaxxi, u ma tindaħalx aktar?”
Mr. Merryweather poġġa fuq kaxxa tal-injam b’ħarsa ta’ wieħed iffastidjat. Holmes, min naħa tiegħu niżel għarkupptejh mal-art u bil-lanterna u bil-lenti beda jeżamina bir-reqqa x-xquq bejn iċ-ċangaturi. Wara ftit qam u poġġa l lenti fil-but tal-kowt.“Għandna mill-inqas siegħa quddiema,” qalilna, “għaliex ma jistgħu jagħmlu xejn sakemm dak il-miskin ta’ raħħan ma jkunx fis-sodda. Wara li jorqod mhux ser jitilfu sekonda għaliex aktar ma jlestu kmieni iżjed ikollhom ħin jaħarbu. Bħalissa Dott., kif naħseb indunajt qegħdin fil-kantina tal-fergħa tas-City ta’ wieħed mill-banek prinċipali ta’ Londra. Mr. Merryweather hu ċ-chairman tal-bord tad-diretturi u ħa jispjegalek ir-raġunijiet għaliex fil-preżent l-iktar kriminali stonkużi ta’ Londra għandhom interess speċjali f’din il-kantina.”
“Hu minħabba d-deheb Franċiż,” lissen id-Direttur. “Kellna bosta twissijiet li jista’ jsir xi attentat fuq dan id-deheb.”
“Id-deheb Franċiż tagħkom.”
“Hekk hu. Dan l-aħħar kellna l-okkażjoni li nkabbru l-kapital tal bank u għalhekk issellifna tletin elf Napuljun tad-deheb mill-Bank ta’ Franza. Sar magħruf li għad ma kellniex il-ħin inneħħu d-deheb mill-kaxxi li qed tara hawn li huma mimlijin ingotti tad-deheb(8). Din il-kaxxa li qiegħed fuqha għandha elfejn munita ta’ Napuljun tad-deheb ippakkjati f’folji taċ-ċomb. Ir-riżerva tagħna ta’ deheb hawnhekk hija ferm aktar milli s-soltu nżommu f’fergħa waħda minn tagħna, u d-diretturi huma inkwetati dwar dan.”
“Inkwiet ġustifikat,” osserva Holmes. “U issa wasal il-ħin biex nirranġaw il-pjanijiet Red Headed 10tagħna. Naħseb li f’mhux inqas minn siegħa l-affarijiet jilħqu l-qofol tagħhom. Fil-frattemp irridu ngħattu l-laterna.”
“U noqogħdu fid-dlam?”
“Jiddispjaċini imma hekk hu. Ngħidlek il-verità fil-but ġibt mazz karti għax peress illi qegħdin erbgħa nkunu nistgħu nilagħbu ftit bridge. Imma t-tħejjijiet tal-għadu avvanzaw b’tali mod li ma nistgħux nissugraw li nkunu fid-dawl. L-ewwel irridu nagħżlu fejn ser noqogħdu. Dawn huma nies li ma jibżgħu minn xejn  għalkemm ħa noħduhom b’sorpriża. Jistgħu jagħmlulna l-ħsara jekk ma nkunux attenti. Jien ħa noqgħod wara din il-kaxxa mdaqqsa tal-injam u intom inħbew wara dawk. Issa meta nitfi u nixgħel id-dawl intefgħu fuqhom. Jekk jiftħu n-nar, Watson żgur mhux ser iżomm lura milli juża r-revolver tiegħu.”

Poġġejt ir-revolver ikkargat fuq il-kaxxa u nżilt kokka warajha. Holmes għalaq il-laterna u f’daqqa waħda konna fi dlam ċappa. Qatt ma niftakar daqshekk dlam. Ir-riħa ta’ metall jaħraq tal-laterna serrħitilna rasna li dawl kien hemm lest biex jixgħel f’ħakka t’għajn. Kont eċċitat ħafna u ħassejt sens ta’ stennija, u bid-dlam u l-arja umda u kiesħa tat-troll jew saqaf tond bil-ħnejja ħassejtni mdejjaq u inutli.”
“Għandhom triq waħda fejn jirtiraw,” lissen Holmes bilkemm kemm jinstema’. “Imorru lura id-dar f’Saxe Coburg Square. Nispera li għamilt kif għedtlek Jones?”
“Għandi spettur u żewġ pulizija jistennew mal-bieb ta’ barra.”
“Mela b’hekk saddejna t-toqob kollha. Issa rridu nistennew fis-skiet.”
Il-ħin qisu qatt ma ried jgħaddi. Wara sirt naf li domna nistennew xi siegħa u kwart imma jien ħassejt li l-lejl kien għadda u dalwaqt jisbaħ. Kelli saqajja u jdejja iebsin u għajjenin għaliex bżajt nibdel il-pożizzjoni. Kelli tensjoni kbira u s-smigħ tiegħi tant kien akut li bdejt mhux biss nisma’ lil sħabi jieħdu n-nifs iżda stajt niddistingwi n-nifs tal-godli Jones. In-nifs tiegħu kien tqil, differenti minn dak bilkemm jinstema’ tad Direttur. Minn fejn kont stajt nara l-art minn fuq il-kaxxa. F’daqqa waħda rajt linja dawl.
Għall-ewwel kienet biss xrara dawl fuq l-art. Imbagħad bdiet titwal sakemm saret linja safranija. Imbagħad, mingħajr twissija jew ħoss, infetħet toqba żgħira u minnha xiefret id. Id bajda qisha ta’ mara. Din l-id bdiet tħoss ’l hawn u ’l hinn f’dik ir-roqgħa dawl. Għal xi minuti l-id b’subgħajha nixfin ħarġet mill art. Imbagħad immedjatament inġibdet lura u kollox reġa’ waqa’ fid dlam ħlief għal dik ix xrara dawl li kienet timmarka l-fil bejn iċ ċangaturi.
L-id reġgħet dehret wara ftit sekondi. Waħda miċ ċangaturi nqalbet fuq ġenb b’ħoss ta’ xi ħaġa qed tinqala’ u titkisser u nfetħet toqba kwadra li minnha ħareġ dawl ta’ lanterna. Mit-toqba ħareġ wiċċ bla leħja qisu ta’ tifel, li beda jħares ħerqan madwaru. Imbagħad, b’id fuq kull naħa tat-toqba, għolla lilu nnifsu sakemm serraħ irkoppa mal-art, ħareġ mit-toqba u beda jiġbed lil sieħbu rqiq u żgħir bħalu, li kellu wiċċ pallidu u xagħru aħmar.

“Kollox sew,” qallu. “Għandek l-iskarpell u l-ixkejjer? Ħaqq id-dimonji! Aqbeż Archie, aqbeż, u ħalli lili niddendel!”
Sherlock Holmes ta’ salt minn wara l-kaxxa u qabad ’il-ħalliel mill-għonq tal-qmis. L-ieħor qabeż fit-toqba iżda smajt ħoss ta’ drapp qed jiżżarrat hekk kif Jones ħatfu mit-tarf tal-ġlekk. Fid-dawl deher revolver iżda Holmes tah daqqa bil-frosta fuq il-polz u r-revolver spiċċa mal-art.
Red Headed 12“Kollu għalxejn Clay,” qallu Holmes b’mod kalm kemm jista’ jkun. “Ma tista’ tagħmel xejn.”
“Hekk qed nara,” qal l-ieħor b’ton arroganti. “Naħseb li sieħbi jinsab tajjeb għalkemm qed nara li għandkom il-parti t’isfel tal-ġlekk.”
“Tħabbilx rasek għalih, hemm tlett irġiel jistennewh fil-bieb,” qallu Holmes.
“Tassew? Tidher li għamilt kollox eżatt. Ikolli nikkumplimentak.”
“U jien lilek,” irrispondieh Holmes. “L-idea tiegħek tal-ġinġrin kienet innovattiva u effettiva.”
“Dalwaqt terġa’ tara lil sieħbek,” qallu Jones. “Hu aktar ħafif minni biex jinżel fil-ħofor. Stenna naqra sakemm nirranġa l-kappell.”
“Nitilbok biex ma tmissnix b’dawk l-idejn maħmuġin,” irrimarka l-priġunier hekk kif il-manetti faqqgħu mal-polz. “Forsi ma tafx li jien għandi demm irjali jiġri fil-vini tiegħi. U għamilli pjaċir meta tkellimni sejjaħli Sinjur u għidli jekk jogħġbok.”
“Kollox sew,” qallu Jones iħares ċass lejh bi tbissima sarkastika fuq wiċċu. “Mela jekk jogħġbok Sinjur, itla’ t-taraġ fejn nistgħu nieħdu karozzella biex inwasslu l-altezza tiegħek l-għassa.”
“Hekk aħjar,” qal Clay b’mod trankwill. Baxxa rasu biex isellmilna u mexa bil-mod fil-kustodja tad-ditektiv.
“Tabilħaqq, Mr.Holmes,” qallu Mr. Merryweather, hekk kif mexa warajna barra l-kantina, “ma nafx kif il-bank jista’ jirringrazzjak. Ma hemm l-ebda dubju li sibt u għelibt kompletament wieħed mill-aktar attentati serji biex jisirqu bank li qatt niftakar.”
“Kelli xi żewġ affarijiet x’niskonta ma’ Mr. Clay,” qal Holmes. “Għamilt xi spejjeż żgħar fuq din l-affari u nistenna li l-bank jagħmel tajjeb Għalihom. Madankollu nħoss li din l-esperjenza unika f’bosta aspetti hi imprezzabbli. Bħalma hi l-istorja straordinarja tal-Għaqda tal-Ġinġrin.”
“Naħseb tifhem Watson,” spjegali Holmes fis-siegħat bikrin ta’ filgħodu hekk kif konna bilqiegħda b’tazza wiski ġewwa Baker Street, li kien perfettament ovvju li l-għan uniku ta’ din il biċċa xogħol fantastika tal-avviż tal-Għaqda tal-Ġinġrin u l-ikkupjar tal-enċiklopedija kien biex kuljum joħorġu mid-dar lil dan ir-raħħan li ftit li xejn jilħaqlu. Kont kurjuż ħafna kif ħadmuha, ma setgħetx tkun aħjar. Clay naħseb ħareġ b’dan il-pjan inġenjuż minħabba l-kulur ta’ xagħar sieħbu. L-erba’ liri kienu l-lixka biex jiġbdu lil Mr. Wilson. X’kienu għalihom erba’ liri ħdejn l- opportunità li jaħtfu l-eluf? Poġġew l-avviż, wieħed mill-ħallelin mar l-uffiċċju u l-ieħor ħajjar lil Mr. Wilson biex japplika għall-post. It-tnejn li huma rnexxielhom jiżguraw li għal ġimgħa sħiħa ma jkunx id dar filgħodu. Hekk kif sirt naf li l-assistent kien fuq nofs paga kien ovvju li kellu raġuni qawwija biex ikollu d-dar għalih.”
“Imma kif stajt tkun taf x’kienet il-mira tal ħallelin?”
“Kieku kien hemm xi mara fid-dar kont nissuspetta xi intrigu purament vulgari.Red Headed 13 Imma dan assolutament ma kienx il-każ. In-negozju ta’ Mr.Wilson hu wieħed żgħir. Fid-dar ma kien hemm xejn prezzjuż li jagħti wieħed x’jifhem li l-ħallelin għamlu dawn l-arranġamenti elaborati u spejjeż biex jisirqu xi ħaġa ta’ bla valur. Kont żgur li l-attenzjoni kienet fuq xi ħaġa barra d-dar. Imma x’setgħet kienet? Ħsibt dwar in-namra tal-fotografija tal-assistent u kif kien dejjem jisparixxi fil-kantina. Hemm kien it-tarf tal kobba. Kif indunajt b’dan staqsejt dwar dan l-assistent misterjuż u sibt li kont qed neħodha ma’ wieħed mill-aktar kriminali jilħqilhom u ta’ kuraġġ f’Londra. Kien qed jagħmel xi ħaġa fil kantina. Xi biċċa xogħol li ħaditlu ħafna siegħat kuljum għal xhur sħaħ. Imma x’kienet? Ma stajt naħseb f’xejn ħlief li kien qed iħaffer mina lejn xi bini ieħor.”“Sa hawn kont wasalt meta morna għand Mr. Wilson. Ħsadtek hux meta bdejt inħabbat bil-bastun mal-art? Kont qed naċċerta ruħi jekk il-kantina kinitx tagħti fuq in-naħa ta’ wara jew ta’ quddiem. Ma kinitx quddiem. Ċempilt il-qanpiena tal-bieb u kif sperajt irrisponda l-assistent. Kelli xi konfronti żgħar miegħu fl-imgħoddi imma qatt ma rajna lil xulxin. Bilkemm ħarist lejn wiċċu. Dak li ridt nara kienu rkupptejh. Inti stess irrimarkajt kemm il-qliezi kienu mgħarrqin, imkemmxin u mtebbgħin. Indikazzjoni li kien qed jgħaddi sigħat iħaffer taħt l art. Kulma baqagħli issa kien insib fejn kien qiegħed iħaffer. Kif dort il-kantuniera rajt is-City and Suburban Bank bi dritt id-dar ta’ seħibna. Ħassejt li kont solvejt il-problema. Meta inti mort id-dar wara l-kunċert għaddejt għand Scotland Yard u ċ-Chairman tal-bank. Ir riżultat rajtu b’għajnejk stess illejla.”
Kif stajt tkun taf li kien ħa jagħmlu l-attentat dal-lejl?” staqsejtu.
“Meta għalqu l-uffiċċju tal-Għaqda tawni x’nifhem li ma kienx jimpurtahom aktar jekk Mr. Wilson ikunx id-dar jew le. Fi kliem ieħor il-mina kienet lesta. Kien essenzjali li jagħmlu użu minnha malajr kemm jista’ jkun għaliex setgħet tinstab jew il-ingotti tad-deheb setgħu jittieħdu xi mkien ieħor. L-aħjar ġurnata kienet is Sibt għaliex tagħtihom jumejn sħaħ biex jaħarbu. Wara li ħsibt dan kollu kkonkludejt li l-attentat kellu jsir dal lejl.”
“Irraġunajt kollox perfett,” għedtlu b’ammirazzjoni. “Hi katina twila b’bosta anelli li kull wieħed minnhom kull wieħda parti mill-kaz. Veru?”
“Skansatni mill-montonija,” qalli hu u jittewweb. “Imma jaħasra diġà qed inħossha ġejja fuqi! Ħajti qed ngħaddiha fi sforz kontinwu biex naħrab minn eżistenza komuni u bla sens. Dawn il-problemi żgħar jgħinuni.”
“Int benefattur tas-soċjetà,” għedtlu.
Għolla spallejh. “Insomma wara kollox dak li nagħmel jagħmel naqra ġid. “L’homme c’est rien – l’oeuvre c’est tout l-bniedem ma hu xejn – ħidmietu hi kollox hekk kiteb Gustave Flaubert(8) lil George Sand(9).

________________________________________________________

Noti ta’ l-aħħar

1.Nominali: Xogħol żgħir mhux impenjattiv.
2.Raħħan: Mill-verb tirhan. Meta xi ħadd jissellef flus u bħala garanzija jagħti l oġġett ta’ bejn wieħed u ieħor l istess valur. Dak li jissellef jiftiehem li jrodd lura l flus fi żmien stipulat u jieħu l oġġett lura. Jekk il-perjodu jinqabeż dak li jkun jitlef l oġġett. Dak li jagħmel dan in negozju jissejjaħ raħħan.
3.Retrospettiva: Meta wieħed jaħseb u jokkontempla azzjonijiet tal-imgħoddi. Fil qasam tal arti tfisser ukoll wirja ta’ xogħlijiet tal ħajja ta’ xi artist.
4.Kitba Gotika: Stil ta’ letteratura li tikkonsisti f’rakkonti li jikkombinaw stejjer li fihom ikollhom temi tal waħx u romantiċi. Bl Ingliż tissejjaħ ukoll black letter literature.
5.Nispera li ma naqbdux wiżż selvaġġ: Din hija traduzzjoni tal espressjoni Ingliża wild goose chase, li tfisser tmur tfittex xi ħaġa u ma ssib xejn. Mela hawn il bankier qed jddubita li ħa jsibu l ħallelin u jispera li ma jsibux xi wiżż selvaġġ.
6.Eton: Magħrufa wkoll bħala Eton College. Hija l-iżjed skola esklussiva li hemm ġewwa l Ingilterra. Fiha jitgħallmu t-tfal tal familja rjali, tfal ta’ nobbli u nies sinjuruni. Min imur Eton ġeneralment ikompli l istudji tiegħu fl Universitajiet ta’ Oxford jew Cambridge. Skejjel esklussivi bħal Eton hemm tmienja ġewwa l Ingiterra però Eton tibqa’ l aqwa waħda. Ironikament dawn jissejħu public schools għax huma skejjel privat.
7.Cornwall: Reġjun fl Ingiterra forma ta’ peninsula u jinsab fit tarf estrem tal Lbiċ tal Ingilterra.
8.Flaubert: Gustave Flaubert (1821 – 1880) Kittieb Franċiż meqjus bħala wieħed mill aqwa kittieba rumanz. L aktar xogħol famuża tiegħu hu ‘Madame Bouvarie.’ B’din il-kwotazzjoni Flubert ried ifihiem li l-bnieden mhux id-demm u l-laħam izda il-ħidma li jwettaq f’ħajtu. Ta’ din hu jibqa’ mfakkar.
9. George Sand: Kittieba Franċiża. Isimha proprja hu Amantine Lucile Aurore Dupin (1804 1876). Kienet tikteb taħt l isem ta’ George Sand. Hija magħrufa bħala kittieba ta’ rumanzi, artikli politiċi, u kritika letterarja. Politikamant kienet ixxaqleb lejn is Soċjaliżmu. Kienet magħrufa wkoll għall avventuri ta’ mħabba li kellha ma’ nies famużi, fost l oħrajn il mużiċist Chopin.

________________________________________________________

2 – Kaz ta’ indentita

Case of ID 1“Ah siehbi l-ghaziz,” qalli Holmes meta konna qed nistriehu fuq il pultruni hdejn in-nar tal fuklar fl appartament taghna gewwa Baker Street. “Il hajja hi bil-wisq infinitament aktar stramba milli l-mohh tal bniedem jista’ jahseb. Ma nistghux nazzardaw inkunu nafu l-affarijiet li tabilhaqq ma jiswew xejn f’hajjitna. Jekk naqbdu jdejn xulxin u ntiru ’l-barra minn din it-tieqa nkunu nistgħu naraw din il- belt kbira. Issa jekk innehhu l-bjut inkunu nistghu nissindikaw l-affarijiet strambi li għaddejjin, il koincidenzi kurjuzi, il-pjanijiet, il-kontradizzjonjiet, il-katina ta’ l-ghageb ta’ ġrajjiet, li jgħaddu minn generazzjonjiet u li jwasslu ghall-aktar rizultati strambi. Dan kollu jaghmel il-finzjoni bil-konvenzjonijiet u l- konkluzjonjiet maghrufa minn qabel, xi ħaga minghajr interess jew vantagg.”
“Xorta wahda mhux konvint minn dan,” irrispondejtu.  “Il-kazijiet li nsiru nafu bihom fil-gazzetti, bhala regola, huma imperrcin u baxxi bizzejjed. Nahseb fir-rapporti tal-puluzija ir-rejalizmu ttiehed sal-limiti tat-trufijiet tieghu. U fl-istess hin wiehed irid ighid li dak li johrog, la hu msawwar fil-mohh u wisq inqas artistiku
“Trid issir certu ghazla u wiehed irid ikun bil-ghaqal biex johrog l-effett rejalistiku. Dak li hemm hazin fir-rapporti tal-puluzija, hu li aktar mohhhom biex ifahhru il-magistrati milli jaghtu-dettalji. Dan ta’ l-ahhar mhux biss huma mehtiega izda huma l-qofol ta’ kollox ghall-kaz. Ibqa fuq li qed nghidlek Watson ma hemm xejn mhux naturali hlief dak li nqisu ta’ kuljum.
Tbissimt u xengilt rasi. “Qed nifhem sew ghaliex qed tahseb hekk,” ghedtlu. “Logikament fir-rwol tieghek ta’ wiehed li jghin u jaghti pariri b’mod mhux ufficjali lil kull min hu kkonfondut fi tliet kontinenti, inti tiltaqa’ ma’ dak kollu li hu stramb. Imma hawn ara”, – qbadt il gazzetta mill art – “ejja nippruvaw fil-prattika. Hawn hu l ewwel titlu li qed nara: ‘Il mohqrija ta’ raġel fuq martu’. Fuq dan hemm artiklu ta’ nofs kolonna, izda naf sew dak li sehh minghajr m’ghandi bzonn naqra. Naturalment hemm il mara l ohra, ix xorb, l imbuttar, id-daqqa, it-tbenġila, ohtha jew sid il kera li thenn ghaliha. L izjed kittieb rozz u zbozz ma setax kiteb xi haġa aghar minn hekk.”
“Tabilhaqq, l-ezempju tieghek hu zbaljat daqs l argument tieghek,” qalli Holmes. Ha l-gazzetta u taha daqqa t’ghajn. “Dan il kaz ghandu x’jaqsam  xejn mas-separazzjoni tal-koppja Dundas, u b’cikka jien kont imdahhal fil kaz biex niccara xi punti. Ir ragel qatt ma nizzel qatra xorb f’hajtu, ma hemm l-ebda mara ohra, u l imgiba li dejqet lil mara kienet li zewgha rabba l-vizzju ikrah li wara kull ikla jaqla’ d dentatura u jgaraha lejn martu. Nahseb taqbel mieghi li din mhijiex imgiba li tigri spiss fl-immaġinazzjoni ta’ xi kittieb. Hu naqra tabakk għal imnieħrek Dott., u ammetti li ghelibtek bl-eżempju tieghek stess.”
Newwilli l kaxxa tat-tabakk, li kienet ta’ deheb antik b’ħaġra tal-kwarz fuq l għatu. Tant kienet rikka u sabiħa li kkuntrastat mad-drawwiet bla xniexel tiegħu. Staqsejtu fuqha.
“Ah,” qalli, “insejt li ili gimgħat ma narak. Hija rikordju mingħand ir Re tal- Bohemia għall-ghajnuna li tajtu fil każ tal karti ta’ Irene Adler.”
“U c curkett?” staqsejtu waqt li flejt il-gmiel ta’ brillant ileqq fuq sebghu.
“Rigal mill familja rjali tal Olanda. Ghalkemm il-materja li fuqha kelli nghinhom tant kienet delikata li lanqas nista’ ntarrafha lilek, il kittieb li b’hila kbira rrakkonta dwar xi żewġ problemi li hallejt.”
“Bhalissa ghandek xi haġa ghaddejja?”, staqsejtu mhux minghajr interess.
“Hemm xi ghaxra jew tnax, izda mhux ta’ interess partikolari. Ifhem, fil-fatt huma importanti izda mhux interessanti. Sibt li l-kazi l-anqas ta minn jaghti kazhom ikollhom firxa akbar fejn wiehed izommm taht ghajnejh jixtar malajr il kawża u l effett li huma is-seher  ta’ l-stharrig. Id-delitti l-kbar ghandhom habta jkunu hfief ghaliex akbar ma hu d delitt, bhala regola, il-kagun ikun aktar evidenti. F’dawn il-kazi li ghandi, hlief ghal bicca xogħol mhabbla li giet riferuta ghalija minn Marseilles, ma hemm xejn fuqhiex wiehed ihabbel ras. Izda ghandu mnejn ikolli xi haġa ahjar ftit minuti ohra. Jekk mhux sejjer imqarraq dan hu wiehed mill klijenti tieghi.
Case of IDQam minn fuq il pultruna u mar ihares minn bejn il purtieri lejn it triq imcajpra u griza. Mort hdejh u minn wara spallejh fuq in-naha l ohra tat triq rajt mara b’pellicca m’ghonqha, u kappell bil-faldi wesghin b’rixa mibruma fuqu. Il-kappell kien mxengel(1) fl-istil ta’ moda tad-Dukessa ta’ Devonshire. Hi harset minn taht il kappell b’mod mifxul u mhasseb lejn it twieqi taghna filwaqt li bdiet sejra lura u ’l quddiem u ddawwar u tilghab bil-buttuni tal-ingwanti qisha ma tafx x’ser taqbad taghmel. F’daqqa wahda, b’qabza ta’ ghawwiem, haffet qasmet it-triq u smajna l -hoss tal-qanpiena tal bieb.
“Digà rajt imgieba bhal din,” qalli Holmes, u tefa’ s sigarett fin-nar. Meta xi hadd ikun bejn haltejn jidholx jew le, hafna drabi tkun xi affari tal qalb. Dak li jkun jixtieq parir izda ma jafx jekk il-grajja hiex sensittiva wisq biex itarrafha lil xi hadd. Iżda anki hawn nistghu naghmlu distinzjoni. Jekk ir-ragel igib ruhu hazin hafna ma’ martu, din ma toqghodx tahsibha u s soltu ninduna b’dan ghaliex il-wajer tal qanpiena tant tigbdu f’sahha li mhux l-ewwel darba li nqata’. F’dan il-kaz nistghu nibqghu zguri li hi xi haġa li ghandha x’taqsam mal-imhabba. Fl-istess hin is- sinjorina mhux daqshekk irrabjata, imma aktar ikkonfonduta u qalbha sewda. Izda hawn hi personalment biex thollilna kull dubju.”
Kien hemm tahbita fuq il-bieb u t tifel bil-bluza maqfulha bil-buttuni dahhal u introduca lis sinjorina Mary Sutherland. Is-Sinjorna dehret b’mod imponenti wara s-sura ċkejkna tat tifel qisha bastiment merkantili bil-qlugh kollha spjanati wara d- dghajsa zghira tal-pilota. Sherlock Holmes laqaghha b’dik il-gentilezza  tiegħu, u wara li ghalaq il-bieb, b’inkin talabha tpoggi fuq il-pultruna. F’minuta taha daqqa t’ghajn b’dik ix-xejra ta’ wiehed alejnat kif hija drawwa tipika tieghu.
“Ma tahsibx,” qalilha “li meta ma tkunx tara hafna mill boghod teghja xi naqra biex tittajpja.”
“Ghall-ewwel iva,” irrispondiet, “imma issa naf fejn huma l ittri minghajr ma nhares.” Imbaghad f’daqqa wahda giet insè tal kliem ta’ Holmes u hadet qatgħa, u harset lejh b’wicc dhuli li deher mbezza’ u mahsud, “Smajt bija Mr. Holmes!”, ghajtet, “Kieku kif taf dan kollu fuqi?”
“Thabbilx rasek,” qalilha Holmes jitbissem. “Xoghli hu li nkun naf l-affarijiet. Ħarrigt lili nnifsi nara affarijiet li ohrajn ma jaghtux kashom. Kieku mhux hekk, ghaliex gejt tikkonsultani?”
“Gejt ghandek għaliex smajt dwarek minn Mrs. Etherege, li kont sibtilha lil żewgha bla dahbit ta’ xejn meta l-pulizija, anzi kulhadd, kien qata’ qalbu minnu u hasbuh mejjet. Oh, Mr Holmes nixtieq li tista’ taghmel l-istess ghalija. M’inhiex sinjura izda xorta, bis-sahha tieghi nnifsi naqla’ mitt sterlina fi- sena kif ukoll naqla’ mitt sterlina (€6,000) nittajpja. Naghtik kollox jekk ikun naf x’sar minn Mr Hosner Angel.”
“Ghaliex gejt għandi b’daqshekk heffa?” staqsieha Sherlock Holmes, bil-ponot ta’ subghajh imissu ma’ xulxin u jhares lejn is-saqaf.
Il wiċċ ċass ta’ Miss Mary Sutherland rega’ deher skantat. “Iva tlaqt bilgri mid-dar,” qaltlu, “għaliex irrabjajt nara kif għal Mr. Windibank, li jigi missieri, dan l-incident qisu ma gara xejn. La ried imur ghand il pulizija u lanqas jigi ghandek. Mhux biss ma ried jagħmel xejn izda beda jghidli li ma hemm xejn fejn wiehed jinkwieta. Telghuli, qbadt l affarijiet u ġejt għandek mill-aktar fis.”
“Missierek?”, qal Holmes. “Nahseb missierek tar-rispett peress illi ghandu kunjom differenti minn tieghek.”
“Iva dazgur, missieri tar-rispett. Izdga jien insejjahlu missier, ghalkemm hi daqsxejn stramba ghaliex hu biss hames snin u xahrejn ikbar minni.”
“Ommok ghadha hajja?”
“Mela le, ommi hi mimlija bil-għomor. Ma tantx hadt pjacir, Mr Holmes, meta reġ#gghet izzewget daqshekk malajr wara l- mewt ta’ missieri, li kien kwazi hmistax-il sena izghar minnha. Missieri kien plumber gewwa Tottenham Court Road, u halla warajh negozju tajjeb hafna, li ommi kompliet bl-ghajnuna ta’ Mr Hardy, il-foreman. Izda meta gie Mr Windibank gieghelha tbieghu. Hu kellu pozizzjoni ahjar minna peress illi kien isiefer u jinnegozja fl-inbid. In negozju ta’ missieri nbiegh ghal erbat elef u seba’ mitt sterlina(€283,000) bejn avvjament (2) u interessi. Prezz li kien ferm inqas milli kien igb missieri kieku kien ghadu haj.”
Stennejt lil Holmes ha jitlef il-pacenzja b’dan it-treddin bla siwi. Izda ghall-kuntrarju, sema’ kollox bl-ikbar attenzjoni u interess.
“Dak li taqla’ inti jigi min negozju?”, staqsieha.
“Le le Sinjur, hu kollu ghalih wahdu. Thallhieli miz-ziju Ned f’Auckland, New Zealand. Huwa stocks(3) ta’ New Zealand b’imgħax ta’ erbgha u nofs fil mija. Il kapital jammonta għal elfejn u ħames mitt (€91,000) lira izda jien nista’ niehu biss l-imghax.”
“Tinteressani ħafna,” qalilha Holmes. “U l-fatt li taqla’ somma kbira ta’ mitt sterlina fis sena barra li taqla’ mix-xogħol li tagħmel, naħseb li jaghmlek persuna li tivvjagga hafna u tara li taqta’ x-xewqat tieghek. Mara tista’ tghaddi tajjeb mhux hazin bi qliegh ta’ sittin lira sterlina.”(€4,000)
“Nista’ nghaddi b’wisq inqas minn hekk Mr Holmes, imma tifhem li sakemm nibqa’ d-dar ma rridx li nkun ta’ piż. Ghalhekk sakemm nghix ma’ ommi u zewġha huma jistghu jiddisponu minn flusi  kif iridu. Tabilhaqq għalissa Mr. Windibank jigbed l- interessi tieghi kull tliet xhur u jghaddihom lil ommi. Jien insibni li mmur tajjeb b’dak li naqla’ bit-tajprajter. Niehu żewġ soldi(€0.40) l-karta u spiss naghmel bejn hmistax u ghoxrin karta f’gurnata.”
“Ghamiltli l-qaghda tieghek cara hafna,” qalilha Holmes. “Dan hu il-habib tieghi Dr Watson. Quddiemu tista’ titkellem kif trid qisek qed tkellem lili. Hu pacenzja u fehemna x’inhi r rabta tieghek ma’ Mr. Hosmer Angel.”
Għal din d-domanda wicc Miss Sutherland hmar u bdiet tigbed it-tarf tal-ġakketta b’mod nervuz.
“Iltqajt mieghu l-ewwel darba fil-ballu tal-gas fitters,” qaltilna. “Lil missieri kienuCase of ID 2 jibaghtulu l-biljetti. Wara mewtu ma nsewniex u bdew jibaghtuhom lil ommi. Mr. Windibank ma xtaqx li mmorru. Biex nghid is sewwa hu qatt ma riedna mmorru mkien. Kien jirrabja anki jekk kont immur xi harga mat-tfal tal klassi tar-religjon ta’ nhar ta’ Hadd. Iżda din id-darba kont deciża li mmur. Fuq kollox, xi dritt kellu li jzommni milli mmur il-ballu? Hu kien kontra li mmorru biex ma nithaltux ma’ nies baxxi. Dan hu bla sens ghax bosta minn dawk li kienu ser jattendu kienu hbieb ta’ missieri. Qalli wkoll li ma kelli xejn adegwat x’nilbes meta fil-fatt kelli libsa eleganti ta’ kulur vjola li lanqas kont ghadni hriġt mill kexxun. Fl ahhar, meta ra li ma kienx ser igibha zewg telaq lejn Franza fuq xogħol. Ida ommi, Mr Hardy, il foreman, u jien morna. Kien hemm li ltqajt ma’ Mr Hosmer Angel.”
“Nahseb li meta gie minn Franza, Mr Windibank kien irrabjat li int mort il-ballu?”, qalilha Holmes.
“Kollox ma’ kollox, hadha tajjeb. Beda jidhak, gholla spallejh u qal li hu ghalxejn tghid le lil mara għax fl-ahhar mill ahhar taghha tghaddi.”
“Mela jekk fhimt sew fil-ballu tal-gas fitters iltqajt ma’ dan il-gentlom Hosmer Angel.”
“Iva ltqajt miegħu daiknhar filghaxija u l-ghada ghadda għandna biex jara wasalniex id-dar sew wara li konna mieghu. Wara ltqajna darbtejn ohra u morna passiggata. Izda wara li missieri rega’ gie mis safar Mr Hosner Angel gie izda ma thallix jidhol ghandna.”
“Le? U ghaliex?”, staqsieha Holmes.
“U taf int, missieri kien jobghod dawn l-affarijiet. Ma ried lil ħadd jigi d-dar jarana. Hu jsostni li l-mara messha tkun ghal qalbha fi ħdan il-familja taghha. Imma kif nghid lil ommi, mara trid li jkollha numru ta’ hbieb u jien m’għandi ‘l hadd.”
“Imma x’sar minn Mr Hosner Angel? Ma ppruvax jarak?”
“Fil fatt missieri kien riega’ sejjer Franza dik il gimgħa u Hosner kitibli li ahjar ma narawx lil xulxin sakemm jitlaq. Fl-istess hin konna niktbu lil xulxin ta’ spiss, tista’ tghid kuljum. Kont nieħu l-ittri filghodu biex missieri ma jindunax.”
“Matul dan iz-zmien tgharrast lil dan is Sinjur?”
“Dazgur Mr Holmes. Tgharrasna wara l ewwel passiggata li ghamilna flimkien. Hosner, jew aħjar Mr. Angel, hu kaxxier f’ufficcju f’Leadenhall Street, u …”
“X’ufficcju?”
“Dan hu l-intopp, Mr Holmes, ma nafx.”
“Fejn joqghod?”
“Naf li jorqod fil-ost fejn jaħdem.
“U ma tafx l-indirizz?”
“Le, hlief li t triq hija Leadenhall.”
“Allura fejn kont tibghathom l-ittri?”
“Fl-ufficcju postali tal-istess triq. Kont inhallihom hemm u mbaghad kien jigi jigborhom. Qalli li jekk nibghat l-ittri l ufficcju, shabu jibdew jigbdulu saqajh li qed jiricievi ittri minghand sinjorin. Offrejt li nittajpjahom, kif kien jagħmel hu, izda ma riedx ghaliex kien ihoss li kieku l-ittra kienet ittajpjata l-magna tigi bejnietna. Dan biex nurik, Mr. Holmes, kemm ihobbni u kif jahseb fuq l-icken affarijiet.”
“Dan jaghtini bosta hjiel,” irrimarka Holmes. “Nemmen ħafna, li l-affarijiet zgħar huma bla dubju l-aktar ta’ min iqis. Tista’ tiftakar xi affarijiet ohra zghar dwar Mr. Hosner Angel?”
“Jisthi hafna, Mr Holmes. Aktar jiehu gost jippassigga mieghi filghaxija milli filghodu. Jobghod jaghti fil-għajn. Hu bniedem ta’ ghalih waħdu. Ghandu kliemu fabbli. Meta kien żghir kellu infezzjoni fit-tunsilli u ntefhulu l glandoli li hallewh bi griżmejh dghajjfin ghalhekk jitkellem baxx u bilkemm jinstema’. Dejjem liebes pulit, bir-reqqa izda mhux li jaghti fil-ghajn. Ghajnejh huma batuti bhal tieghi u jilbes nuccali b’lentijiet skuri minhabba l-lehhaa tad-dawl tax-xemx.”
“Sewwa. U x’gara minn meta Mr Windibank, missierek tar rispett, mar lura Franza?”
Case of ID 4“Mr Hosner Angel rea’ gie d-dar u pproponieli li nizzewġu qabel missieri jigi lura.”
Geghelni nahlef b’idi fuq il Bibbja(4) li jigri x’jigri dejjem ingib ruhi sew mieghu. Ommi qaltli li ghamel sewwa li gegħelni niehu gurament ghax dak kien turija tal- passjoni tieghu ghalija. Ommi mill-ewwel kienet taqbel rabta tieghi ma’ Mr Hosner u kienet thobbu aktar minni. Meta bdew jitkellmu li nizzewgu fi żmien gimgħa staqsejthom dwar x’kien x’ha jghid missieri. Huma qaluli biex ma naghtix kas, wara li jigi nghidulu. Ommi qaltli biex inhalli f’idejha dwar missieri ghax kienet se tipperswadih hi. Dwar dan ma tantx ħadt pjacir, Mr Holmes. Tabilhaqq hija stramba li nitlob permess lil xi hadd li hu biss ftit snin ikbar minni. Mandakollu ma ridtx naghmel affarijiet minn wara dahru. Bghattlu ittra f’Bordeaux fejn il- kumpanija tieghu ghandha l-ufficcji. Izda l-ittra giet lura ghandi fil-gurnata tat- tieg.”
“Ma lahqitux?”
“Iva. Kien telaq lejn l Ingilterra ezatt qabel ma waslet l-ittra.”
“Ah! Xi sfortuna. Mela t tieg tieghek kien ser isir nhar il Gimgħa. Kont ha tizzewweg fil-knisja?”
“Iva, b’mod kwiet. Kellna nizzewgu fil-knisja ta’ St Saviour hdejn King’s Cross. Wara konna ha niehdu kolazzjon fil-lukanda St Pancras. Hosner gie għalija b’hansom(5) izda peress illi konna jien u ommi qalilna biex immorru u hu waqqaf karozzella b’erba’ roti. Wasalna l-knisja l-ewwel u meta l-karozzella waslet ukoll hadd ma hareg minnha. Meta l kuccier nizel biex jiftah il-bieba, il-karozzella kienet vojta! Il kuccier stqarr li ma setax jifhem x’sar mil- passiggier ghax kien rah b’ghajnejh stess diehel. Dan kien nhar il-Gimgha u minn dakinhar ghadni ma naf xejn x’sar minnu.”
“Jidhirli li gejt trattata b’mod hajjien u tal-misthija Sinjorina.”
“Le, Mr Holmes! Kien twajjeb u ragel sew wisq biex ihallini lampa stampa. Dakinhar stess qalli li jigri x’jigri, jien ridt nafda fih; anki jekk tinqala’ xi haġa mhux mistennija li tifridna. Jien ridt niftakar li kont imwieghda lilu. Xi darba jew ohra hu kien ha jitlob dak li hu tieghu. Kien kliem stramb ghall-gurnata tat-tieġ. Izda dak li gara wara jaghti sens li dan kollu.”
“Certament. Mela inti tahseb li l-gharus tieghek gralu xi ghawg dizastruz?”
“Iva. zgur li ra xi periklu gej inkella ma kienx ikellmini hekk. Imma nahseb li kien jaf minn qabel x’ser isehh.”
“Imma int m’ghandek l-ebda hjiel ta’ x’seta’ gara?”
“Xejn.”
“Mistoqsija ohra. Ommok kif hadet dan kollu?”
“Irrabjat hafna u qaltli biex ma nitkellimx qatt izjed fuq li gara.”
“U lil missierek ghedtlu?”
“Iva. Hu kien jahsibha bhali, li gralu xi haġa u li ghad nisma’ minghand Hosner. Kif qalli hu, x’interess kellu jgibni sal-knisja u jhallini lampa stampa? Kieku kien issellef xi flus, izzewwigni, u dawwar flusi fuqu. Imma Hosner ma kellux bzonn flus u qatt ma talabni xelin (€3.00). Imma x’seta’ gara? U ghaliex ma jiktibx? Dan kollu ha jgenninni! Ma nistax naghlaq ghajn m’ghajn billejl.” Ħarget maktur minn borzetta żghira u nfaqghet tibki.
“Ha naghti daqqa t’ghajn x’seta’ gara,” qaliha Holmes. “M’ghandi l-ebda dubju li nsibu rkaptu ta’ dan kollu. Halli l-piż ta’ kollox jistrieh fuqi u toqghodx tahseb izjed dwar dan il-każ. Fuq kollox aghmel mill-ahjar biex ’l Mr Hosner jitlaq mill-memorja tieghek hekk kif ghamel f’hajtek.”
“Mela tahseb li mhux ser narah aktar?”
“Hekk qed nibza’.”
“Mela x’sar minnu?”
“Halli dik il-mistoqsija f’idejja. Nixtieq deskrizzjoni preċiża tieghu u jekk tista’ ghaddili xi ittri tiegħu.”
“Gibt avviz b’taghrif dwar id-dehra tieghu li bgħatt ’il Chronicle s-Sibt li għadda,” qaltlu. “Din hi l-karta bl-avviż miktub, u hawn erba’ ittri.”
“Grazzi. U l-indirizz tieghek?”
“31, Lyon Place, Camberwell.”
“Nifhem li qatt ma kellek l-indirizz ta’ Mr Angel. Missierek fejn ghandu n negozju?”
“Hu jivvjagga lejn Westerhouse u Marbank, id-ditta kbira li timporta l-claret(6) u topera minn Fenchurch Street.”
“Grazzi hafna, li tajtni taghrif car bizzejjed. Halli l-karti hawn u ftakar fil-parir li tajtek. Halli din il-grajja tkun ktieb issigillat u thallihex taffettwalek ħajtek.”
“Int qalbek tajba Mr Holmes, izda ma nistax naghmel hekk. Mhux se nqarraq b’Hosner. Meta jigi lura hu ha jsibni lesta.”
Case of ID 5Minkejja l kappell eccentriku u l-wicc cass, kien hemm dik in-nobbiltà fil-fidi taghha msoffija minn kull hazen. Kien  mara jixirqilha kull gieh. Poggiet il-karti fuq il-mejda u hallietna bil-wegħda li meta jkollna bzonnha tigi.
Holmes poġġa kwiet għal ftit minuti b’subghajh imissu ma’ xulxin, saqajh stirati, u jhares lejn is saqaf. Imbaghad minn xkaffa mimlija pipi ghażel wahda tat-tafal u zejtnija, li għalih kienet qisha xi hadd li jaghtih il-pariri, xeghelha, u ntefa’ fuq il pultruna mghotti bi shaba hoxna ta’ duhhan ikhal b’harsa ta’ xi hadd bi nghas.
“Sinjorina li qanqlitli l-kurzita,” osserva Holmes. “Kurjuz izjed mis-saram żghir taghha, li bil-haqq hu ftit jew wisq tad-dahq. Tista’ ssib każi simili jekk tikkonsulta l-indiċi f’Andover ’77 u kien hemm xi haġa tixbahha f’The Hague s sena l ohra. Ghadda kemm ghadda zmien minn fuqa l-idea xorta wahda fiha zewġ dettalji li huma godda ghalija. Izda s Sinjorina  ghandha hafna x’wiehed jitghallem minnha.”
“Jidher li osservajt hafna affarijiet fuqha li ghalija kienu invizibbli.”
“Mhux invizibbli Watson izda ma ma rajthomx. Ma kontx taf fejn tfittex allura l- affarijiet ta’ siwi qabzulek. Qatt ma nista’ ngieghlek tifhem kemm trid tqis sew il- kliem li jinghad. X’tip ta’ difer ghandu  l-belem f’kaz, il-’fatti li qed jostru l- lazzijiet taz-zarbun. Xi kkonkludejt mid dehra taghha? Iddeskrivihieli.”
Holmes capcap bil-mod u beda jidhak.
“Ikolli nghid Watson qed taghmel progress tajjeb immens. Flejt l-affarijiet tajba ħafna. Tassew li qabizlek dak kollu li ta’ interess. Izda qed tuza l-metodu li ghallimtek u ghandek habta tifli l-kuluri. Iżda qatt tafda dehera ġenerali, sieħbi, iżda hares u aghti piz lid dettalji. L-ewwel daqqa t’ghajn tieghi fuq mara tmur dejjem fuq il-komma. Forsi f’ragel ahjar thares l-ewwel lejn  l-irkoppa tal-qalziet. Rajt, hi kellha burdura ssatinata madwar il kmiem, materjal siewi hafna biex ihalli hjiel. Il linja doppja ftit ’il fuq mill-polz fejn it-tajpista taghfas fuq il-mejda dehret tajjeb hafna. Il magna tal hjata tal-idejn thalli l-istess marki, izda fuq l-id ix-xellugija. Harist imbaghad lejn wiccha u rajt marka żghira ta’ pince nez(7) fuq iz- zewġ nahat ta’ mnehirha. Issugrajt nirrimarka dwar id diffikultà fil-vista u x- xogħol tat tajpista. Dan deher li hasadha.————
Skantajt naqra. Imma tassew kollox kien kien ovvju. Imbaghad kont aktar mistaghgeb u mimli kurzita meta harist ’l-isfel u indunajt li l-bwiez li kienet liebsa ma kinux bħal xulxin. Stramb hafna, ma tahsibx? Buz minnhom kellu l-ponta ta’ quddiem daqsxejn dekorata u l-ponta tal-iehor lixxa. Wiehed kien maqful b’zewg buttuni minn isfel meta kellu hames buttuni u l iehor kien maqful biss bl-ewwel, it- tielet u l-hames buttuna. Issa meta tara sinjorina liebsa pulit li tohrog mid-dar liebsa dawk il-bwiez ghal kollox mhux tas-soltu, nofshom maqfulin, ma tridx tkun xi ditektiv kbir biex tinduna li harġet mid dar mghaggla.”
“U x’izjed?” staqsejtu koncentrat, bħas-soltu, bl-ispjega ta’ sieħbi.
“Innutajt li kitbet innota tal-avviż qabel ma harget mid-dar izda meta kienet liebsa. Indunajt b’dan meta rajt l-ingwanta tal-lemin kienet imqattgha fil-werrej izda forsi ma nnutajtx li l-ingwanta, kif ukoll subghajha, kienu mtebbghin bil-linka. Dan urini li kitbet bl-ghaġla u billet il pinna ’l-isfel wisq fil linka. Bilfors ried ikun dalghodu ghax kieku t tebgha kienet tmur minn fuq subghajha. Mhux ta’ ghors dan kollu? Ghalkemm elementari. Imma issa ghax xoghol Watson. Aghmilli pjacir u aqrali l avviz li jaghti taghrif dwar lil Mr Hosner Angel.”
Ghamilt il-karta mad-dawl u qrajt. “Mitluf fl-ghodwa tal 14, gentlom bl-isem ta’ Angel Hosner. Twil hames piedi u seba’ pulzieri, ta’ statura b’sahhitha, karnaggjon sfajrani, xaghru iswed, u daqsxejn fartas. Ghandu barbetti u mustacci folti, jilbes nuccali b’lentijiet skuri u ghandu lehen dghajjef. Kien liebes glekk twil sal-irkoppa bil-pavri tas-satin, sidrija sewda, polka tad-deheb, u qalziet griż tat-tweed u buz bil- genb tal-lastiku. Kien impjegat f’ufficcju f’Leadhall Street. Min ghandu xi informazzjoni …”
“Bizzejjed daqshekk. Grazzi Watson,” qalli Holmes. “Ha nara l ittri,” kompla. “Pjuttost komuni. Assolutament ebda hjiel ta’ Mr Angel hlief li jikkwota lil Balzac(8) darba. Imma hemm punt ta’ importanza li zgur ha jolqtok.”
“L ittri huma miktuba bit-tajprajter.”
“Mhux hekk biss izda anki l-firma hija ttajpjata. Ara kemm hu miktub pulit l-isem Hosner Angel fl-ahhar tal-ittra. Hemm id-data u xejn aktar hlief l-isem tat-triq Leadenhall Street li ma tantx jiftihem sew. Il-firma hi interessanti hafna, fil-fatt nistghu igib dan il-kaz fi tmiemu.”
“Ghaliex?”
“Habib tieghi, iva kif jista’ jkun li mhux tinduna kemm dan il-fatt hu marbut mal- kaz?”
“Ma nistax nghid li qed nara xi ħaga ta’ siwi, hlief li hu jkun jista’ jichad li dik hi l-firma tiegħu jekk hi tfittxu ghall-ksur tal-weghda tal-gharusija.”
“Le mhux dak il punt. Insomma issa nikteb zewg ittri li bihom nahseb l-insibu tarf ta’ kollox. Waħda hija lid-ditta fis City(9) u l oħra lil missier is-Sinjorina, Mr Windibank, fejn ha nistiednu jigi jiltaqa’ maghna ghada fis-sitta ta’ filgħaxija. Ikun ahjar li ninnegozjaw l-affarijiet mal-membri rgiel tal-familja. U issa Dott. ma nistghu naghmlu xejn hlief nistennew risposti ghall-ittri tagħna. Fil-frattemp nistghu nitfghu din il problema fuq l-ixkaffa.”
Kelli bosta ragunijiet biex ikolli fidi hiliet fini ta’ ragunar u l-enerġija kbira li kellu   meta jkun qed iwettaq hidmietu. Hassejt li kellu xi hjiel sodi hafna bil-mod kalm u kunfidenti li bih kien qed jittratta dan il-misteru mhux tas-soltu. Darba biss niftakar li hu falla. Dan kien fil-kaz tar Re tal-Bohemia u r-ritratt ta’ Irene Adler. Izda meta harist lura ghall grajjiet strambi ta’ The Sign of Four u dawn marbuta ma’ A Study in Scarlet. Hassejt li riedet tkun tassew kobba mhabbla li Sherlock Holmes ma jkunx jista’ jholl.
Hallejtu jigbed mill-pipa sewda tat-tafal, mohhi mistrieh li meta nerga’ narah l- ghada filghaxija nsib li f’idejh ghandu t-trufijiet kollha li  ghandu bzonn biex isib l- gharus mitluf ta’ Ms. Mary Sutherland.
Kelli kaz serju hafna li kien qed johodli l-bicca l-kbira tal-ħin tieghi tant li l-ghada ghaddejt il-jum kollu ħdejn il-pazjent. Kien biss ghal xi s-sitta ta’ filghaxija li stajt nhallih u malajr malajr qbadt hansom għal Baker Street. Ma ridtx inkun tard wisq biex nghin lil Holmes jikxef x’gara sew f’din il-bicca.
“Sibt ikabtu?”, ghedtlu hekk kif ddalt hdejh.
“Iva. Kienet bisulphate of baryta.”
“U le!  ghawg ta’ Ms Sutherland!”
“Eh dak? Hsibt li qed tirreferi għall-melh li qed nirricerka. Il-kaz li qed tirreferi ghalih qatt ma kien xi tahbila tal-mohh iebsa. Kif ghedtlek ilbieraħ, kien hemm xi xejriet li jqanqlu l-hsieb. L-unika hasra hi li jiddispjacini nghid li ma hemm ebda ligi li tista’ tmiss nies brikkuni bħal dawn.”
“Allura min u ghaliex abbanduna lil Ms. Sutherland?”
“Il mistoqsija kienet ghadha bilkemm halliet fommi meta smajna lil xi hadd tiela’ t tarag u jhabbat il-bieb.”
“Dan hu Mr. Windibank, missier is-Sinjorina,” qalli Holmes. “Kitibli biex jinfurmani li kien gej fis sitta. Idhol.”
Dahal ragel b’sahhtu ta’ statura medja, ghandu xi tletin sena, wiċċu mqaxxar, b’wicc abjad. Kellu manjieri helwin izda  xehta ta’ makakk b’par ghajnejn ta’ seqer li ghandhom il-hila jaraw izjed milli jidher. Tana daqqa t’ghajn inkwiżzttiva, pogga l-lobbja fuq il gradenza, baxxa rasu, u qaghad fuq l-eqreb pultruna.
“Is serata t-tajba Mr. James Windibank,” qallu Holmes. “Nahseb din l-ittra ttajpjata, fejn fiha għamilt appuntament mieghi ghas sitta, hija minghandek”
“Iva. Skuzani li qieghed xi ftit tard imma jien mhux padrun tieghi nnifsi. Jiddispjacini li Ms. Sutherland qaghdet iddejjakom. Jien nahseb ikun aħjar li l- hwejjeg tal-familja jinhaslu fil-familja u mhux fil pubbliku. Giet hawn kontra x- xewqa tieghi, izda hu tinfixel malajr u taghmel ta’ rasha. Kif nahseb innutajt, meta tiddeciedi fuq xi ħaga ma tantx tista’ tigi kkontrollata. Logikament ma naghtix kas li inti tidħol f’din l-affari. Fuq kollox int ghandek rabtiet mal pulizija. Izda mhux ħaga sabiha li r-risq hazin personali jigi mxandar ma’ kullimkien. Barra l-fatt li dawn huma kollha spejjez zejda. Wara kollox kif tista’ int issib lil Hosner Angel?”
“Għall-kuntrarju,” qallu Holmes bil-kwiet. “Nemmen li nsibu lil Mr Angel.”
Ma’ dan il kliem inhasad u waqqa’ l-ingwanti. “Qed niehu pjacir nisma’ dan,” qal lil Holmes.
“Hija stramba,” qallu Holmes, “Imma tajprajter ghandha xejriet partikolari ghaliha biss bhall-kaligrafija ta’ persuna. L-ebda tnejn ma huma l-istess. Xi tipi jitgharrqu aktar malajr, ohrajn imorru biss fuq naha wahda. Issa f’din in-nota, Mr Windibank, tista’ tara li l-e ma tidhirx hafna u l-r ghandha difett zgħir fil-parti l- wieqfa. Hemm erbatax ohra minn dawn, ejja nsejhulhon nuqqasijiet, iżda dawn it tnejn l aktar evidenti.”
“L ufficcju nikkorrispondu bit-tajprajter u m’hemmx dubju li bl-uzu titgharraq xi ftit,” qal il mistieden tagħna jhares distratt  lejn Sherlock Holmes b’dawk ghajnejh żghar
“U issa ha nurik studju  xi haga tabilhaqq interessanti, Mr Windibank,” kompla Holmes. “Nahseb fil-futur ghad nikteb rapport dwar ir rabta tat-tajprajter mad-delitti. Suggett li ftit li xejn tajt kasu. Hawnhekk ghandi erba’ ittri suppost gejjin minn ragel mitluf. Huma kollha ttajpjati. Issa f’kull kaz mhux biss l-Ejiet  ma tantx jidhru u l-rRrreijiet ghandhom difett fuq in-naha l-wieqfa imma bil-lenti tista’ tosserva erbatax-il difett  iehor li tkellimt dwarhom.”
Mr Windibank qabez minn fuq is-siggu u ha l-lobbja. “Ma nistax nahli l-hin b’dan paroli kollu fantasija tal-mohh. Jekk tista’ taqbu aqbdu u infurmani meta taghmel dan.”
“Mela le,” qallu Holmes waqt li mar hdejn il-bieb u dawwar ic-cavetta.
“X’inhu? Fejn?” ghajjat Mr. Windibank, b’xufftejh bojod u uarstu qisha ta’ far maqbud f’nassa.
“U le le, ma jistax ikun,” qal Holmes bil-ħlewwa. “Ma hemm l-ebda tama li tizgicca Mr Windibank. L affari hi trasparenti u tiftihem tajjeb, barra l-fatt li insulentajtni meta ghedtli li kien impossibli ghalija li nsib tarf ta’ kwistjoni banali bhal din. Hekk hu! U issa poggi bilqieghda u ejja nitkellmu.”
Dak li gie jzurna ntelaq fuq il pultruna b’wiccu abjad karti u bl-gharaq ixoqq fuq mohhu.
“Hadd ma jista’ jiehu passi legali kontra tieghi.”
“Jiddispjacini hafna li dan hu minnu. Izda, bejnietna, Windibank, kienet nasba kiefra, egoista u bla qalb li qatt iltqajt maghha. Issa ha nghidlek pass pass x’gara u kkoregini jekk niehu xi zball.”
Ir ragel pogga kobba fuq il-pultruna u nizzel rasu qisu xi hadd mitluf. Holmes pogga saqajh fuq l-ixkaffa tan-naħa ta’ isfel tal-fuklar b’idejh fil but. Beda jitkellem, izjed mieghu nnisfu milli maghna.
“Ir-ragel li hawn maghna, Watson, zzewweg mara hafna akbar minnu purament ghall-flus,” beda Holmes. “Kien ukoll igawdi l-uzu tal-flus ta’ bintha sakemm din kienet toqghod maghom. Kienet somma sombor għal nies fil-pozizzjoni taghhom u jekk jitilfuha kienet tkun daqqa ta’ harta kbira. Kien jaqbillhom hafna kieku jirnexxielhom  jzzommu  ‘l-bint id dar. Is Sinjorina kienet fabbli, taf-thobb, u qalbha tajba. Ma kinitx ser tibqa’ xebba ghal hafna snin. Issa jekk tizzewweg ikun ifisser telf ta’ mitt sterlina fis-sena ghal missierha li kienet tkun xejn inqas minn rovina. X’ ha jaghmel biex jiskansa dan? Ovvjament izommha d-dar u ma jhallhiex li jkollha il-kumpanija ta’ nies tal-età taghha. Imma induna li ma setax jikkontrollaha ghal dejjem. Saret nervuza, sahqet fuq id-drittijiet taghha, u habbret fil-miftuh l-intenzjoni taghha li tmur il-ballu. X’jaghmel il-missier tar-rispett li jilhaqlu? Gietu idea li kienet izjed titwemmen f’mohhu milli f’qalbu. Bl-ghajnuna ta’ martu hu biddel id-dehra tieghu. Ghatta dawk l-ghajnejn ta’ seqer b’nuccali b’lentijiet skuri, heba wiccu b’par mustacci u barbetti folti, u biddel lehnu car  f’wiehed baxx u hlejju bilkemm kemm jinstema’. Hu kien doppjament rasu mistrieha grazzi ghall-vista dghajfa tas-Sinjorina. U issa jidhol fix-xena Mr Hosner Angel li gerrex namrati ohra billi nnamra maghha hu.”
“Ghall ewwel kienet cajta,” karab Windibank. “Qatt ma hsibna ha tiehu l-affarijiet daqshekk bis-serjetà.”
“Jista jkun li le. Imma hu x’inhu s-Sinjorina hadet kollox bis-serjetà. Mohhha mistrieh li missierha kien Franza, s suspett ta’ qerq qatt ma dahal f’rasha. Hi ghozzot bil-bosta l-istima ta’ ragel u l-effett kompla zdied bit-tifhir u l ammirazzjoni li bdiet turi ommha ghalih. Mr Angel issa beda jghaddi ghandhom u ovvjament l-affari mxiet ’il-quddiem sew u l-ghan taghhom beda jintlahaq. Iltaqghu spiss u saret l-gherusija li kienet ha tissigilla l-imhabba tas-Sinjorina ma’ Hosner Angel. Ovvjament Ms. Sutherland ma haristx lejn ragel iehor. Imma l- ingann ma setax jibqa’ sejjer ghal dejjem. Dawn il-vjaggi suppost fi Franza saru ta’ xkiel. L-ahjar haga kienet li din il farsa tintemm darba ghal dejjem izda b’mod drammatiku li jhalli effett dejjiemi f’mohh is-Sinjorina tant li fil-gejjieni tevita li tintrabat ma’ xi namrat ieħor. Ghalhekk dawk il-guramenti ta’ fedeltà mehuda fuq il-Bibbja u diskors dwar il possibilità li jinqala’ xi haġa f’jum it tieg. James Windibank ried li Ms Sutherland tibqa’ marbuta ma’ Hosner Angel biex ma tkunx taf dwar x’gara minnu ghall-anqas ghall ghaxar snin li ġejjin. Kien x’kien, hi ma riditx taf b’ragel ieħor. Wassalha sal-bieb tal knisja, imbaghad għax ma setax imur aktar minn hekk, gheb billi dahal minn bieba ta’ karozzella u hareġ mill-oħra. Naħseb dik kienet is sensiela tal fatti Mr Windibank.”
F’daqqa wahda l-mistieden taghna rega’ rabba l-arja waqt li Holmes kien qed jitkellem. Qam minn fuq il-pultruna b’wicc isfar u ħarsa kiesha ta’ disprezz.
“Jista’ jkun hekk, jew jista’ ma jkunx Mr Holmes,” qallu, “izda jekk tahseb li int intelligenti hafna missek tkun taf li int qed tikser il ligi, u mhux jien. Mill-bidu net m’ghamilt xejn oggezzjonabbli, imma sakemm ħa zzomm il-bieb maghluq qieghed tissogra akkuza ta’ aggressjoni u sekwestru ta’ persuna.”
“Kif qed tghd il liġi ma tistax tmissek,” qallu Holmes, hekk kif fetah il-bieb berah, “Izda qatt ma kien hemm ragel li kien jisthoqqlu kastig daqsek. Jekk is-Sinjorina ghandha xi huha jew habib imissu jaghtik xebgħa frosta,” kompla Holmes hekk kif hares lejn dak il wicc imqit u kollu mibeghda ta’ Windibank. “Mhux parti mid-dmirijiet lejn il klijenta tieghi izda ghandi frosta taz-ziemel u nahseb li gejt bżonnha.”
Holmes mexa lejn il frosta izda sakemm seta’ jaqbadha kien hemm salt storbju fit- taraġ u smajna l-bieb ta’ barra jinstabat. Mit-tieqa rajna lil Mr-Windibank ilebbet b’kemm ghandu sahha il-boghod kemm jista’ jkun minn 221B Baker Str.
“Dak hu bniedem ta’ qalb hazina!” irrimarka Holmes, jidhak u ntefa’ fuq il- pultruna. “Dak ir-ragel ser jaghmel karriera ta’ kriminal. Issa beda b’affarijiet zghar izda zgur ha jitla’ ghal affarijiet aktar serji. Ma nohodhiex bi kbira li jispicca mdendel mal-forka. Wara kollox il- każ ma kienx nieqes minn xejriet li jistimulaw l-hsieb.”
“Ghadni s’issa ma nistax nifhem il-passi kollha li wassluk biex tifhem x’kien ghaddej,” irrimarkajt.
“Kien ovvju mill-bidu li Mr. Hosner Angel kellu xi haga f’mohhu bil-mod stramb li kien qed igib ruhu. Fl istess hin milli stajt nifhem l-missier tar rispett kellu l-aktar x’jakkwista minn dan l incident. Imbaghad kien hemm il-fatt li t-tnejn qatt ma dehru flimkien, imma wiehed kien jidher meta l iehor kien xi mkien iehor. Dwar dan ghajni ghokritni. Ma’ dan il-fatt zid in-nuccali skur, il-lehen dghuli. Dawn gegħluni nahseb fi ilbies ta’ xi hadd li ried ibiddel id-dehra tieghu, izjed u izjed meta semmiet il barbetti folti. Is-suspetti tieghi gew tista’ tghid konfermati mill-fatt li hu kien jiffirma ismu bit-tajprajter. Minn dan stajt nifhem li Ms. Sutherland kellha l-hila taghraf il-kaligrafija tieghu, anki l-icken ezempju taghha. Tifhem li dawn il fatti wahdhom flimkien ma’ ohrajn izghar kollha bdew jindikawli l-istess direzzjoni.”
“U kif ikkonfermajt dan kollu?”
“Darba li ssuspettajt bir ir-raġel kien hafif li nsib ghajnuna. Kont naf dwar il kumpanija fejn kien jahdem. Meta kelli t-taghrif dwar id-dehra tieghu eliminajt kulma seta’ kien falz – il barbetti, in-nuccali, il vuċi – u bghatt din it-taghrif lid- ditta tieghu u tlabthom jinfurmawni jekk id-deskrizzjoni taqbilx ma’ xi wiehed mill- impjegati taghhom. Kont digà nnutajt bid-difetti tat-tajprajter u ktibtlu fl- indirizz tax xoghol, fejn stedintu jigi hawn. Kif stennejt hu wegibni bit-tajprajter li hi identika ma’ tas Sinjorina Sutherland, bl istess nuqqasijiet banali jaghmluha wahda unika”
“L istess posta gabitli ittra minghand Westhouse & Marbank ta’ Fenchurch Street. Fl-ittra qaluli li d-deskrizzjoni li bghattihom kienet taqbel perfettament mal- impjegat taghhom James Windibank u voilà tout!”
“U Ms. Sutherland?
“Jekk nghidilha ma temminnix. Qawl Persjan jgħid, “Hemm periklu għal min jiehu l-frieħ tat-tigra, u periklu wkoll għal dak li jieħdu l-illużjoni minn mara. Hemm sens f’Hafiz(10) daqskemm hemm f’Orazju(11) u hafna gherf tad-dinja.”

_________________________________________________________

Noti ta’ l-ahhar
Imhanxel: Attegjament tas-sess femminili fl-ilbies, id-diskors, u l-manjieri biex b’mod legger jigbed l attenzjoni tas sess maskil.
Avvjament: Il-flus zejda li wiehed ihallas meta jixtri xi attivitajiet kummercjali jew xi negozju ta’ isem tajjeb, maghruf u jkollu bosta klijenti. F’dan il-kaz ix-xerrej irid iħallas somma zejda ma’ dik miftiehma fil kuntratt. Din is-somma żejda bl- Ingliż jghidulha goodwill.
Stock: Sehem jew ishma li wiehed ikollu f’kumpanija. Il prattika hi li wiehed jixtri l-istock billi jinvesti flus imsejha kapital f’kumpanija. L-investirur jiehu ammont ta’ mgħax fis sena.
Taħlef fuq il Bibbja: Meta l-Protestanti jiehdu gurament, dan jaghmluh fuq il-Bibbja. Il-Kattoliċi gurament jehduh billi jbusu s-salib.
Hansom: Karozzella żghira li tesa tnejn min-nies biss. Dawk ipoggu u jaghlqu l- karozzella permezz ta’ zewġ bibien zghar li jaslu sa rkupptejhom. Fuq ikollhom tinda iżda mill-bqija jkunu esposti għall-elementi. Il kuccier joqghod wara l- passiġġieri.
Claret: Inbid ahmar Franċciz.
Pince-nez: Stil ta’ nuccali popolari fis-seklu dsatax. Hu m’għandux frame fejn iserrah mal-widnejn izda jitwahhal fuq l-imnieħer bi speci ta’ molla li tagħfas mal- ghadma ta’ fuq tal imnieher u zzommu f’postu. Pince-nez gejja mill-Franċiż pincer li tfisser toqros, u nez li hija mnieħer.
Balzac: Honoré de Balzac (1799 – 1850) Kittieb u drammaturgu Franċiż maghruf. L-akbar xogħol tieghu kien sensiela ta’ stejjer qosra u novella bl-isem ta’ La Comedie Humanie fejn jiddeskrivi l-hajja fi Franza wara l waqgha ta’ Napuljun Bonaparti.
City ta’ London: Dan hu distrett gewwa Londra. Jinsab fic-centru tal belt  u huwa c-centru finanzjarju u ta’ negozju. Hemm l-akbar banek, kumpaniji finanzjarji, l-istock exchange u kull intrapriza li ghandha x’taqsam man-negozju u l-finanzi.
Hafez: Wisq probabbli qed jirreferi għal Khwāja Shams ud Dīn Muhammad Hāfez e Shīrāzī li kien igib l-isem ta’ Hafez. Dan hu l-akbar poeta Iranjan u xoghlu hu meqjus bhala l-ogħla livell tal letteratura Iranjana. Sal-gurnata tal-lum hu komuni li ssib ix-xogħol ta’ Hafez fid-djar Iranjani.  Hafna jitghallmu l-poeżzja u l-proverbji tieghu bl-amment.
Orazju: Quintus Horatius Flaccus (65BC 8BC). Poeta Ruman fi zmien l -mperatur Awgustu. Maghruf bhala l-aqwa kittieb tal-poezija lirika Latina.

_________________________________________________________

1 – Skandlu f’Bohema

Ghal Sherlock Holmes hi dejjem kienet il mara. Darba fil qatt smajtu jitkellemscandal in Bohemia 11 dwarha b’isem iehor. F’ghajnejh kienet l eklissi li ddallam u tiddomina s sess taghha. Biex inkun ghedt kollox ma kienx il każ li Sherlock Holmes kellu lejn Irene Adler xi gibda romantika. Bil moħħ biered u preċiż li kellu kien jistmerr kull tqanqil gej mill-qalb, b’mod specjali l imħabba. Nahseb li kien l aqwa magna ta’ osservazzjoni, raġunar u analizi li qatt rat id dinja. Izda rwol ta’ amoruż qatt ma ghodd ghalih. Qatt ma tkellem dwar passjonijiet sensittivi hlief b’stemerrija u sarkazmu. Sentimenti bhal dawn huma sbieh għal osservatur normali – huma perfetti biex inehhu l velu li jostor l ghanijiet tal imgiba ta’ dak li jkun. Izda għal ħassieb imħarreġ bhalu, li jħalli tqanqil tal-qalb jidhol fit temperament delikat u kalibrat tiegħu kien biss tifixkil li jitfa’ dubju fuq ir riżultati mentali tiegħu. F’natura bhal tieghu naqra trab fi strument sensittiv bhal mohhu jew xi xaqq f’wahda mil lenjijiet qawwija li ghandu, huma ta’ tfixkil ghalih daqs ragunar soggettiv. Minkejja dan mara waħda kien hemm ghalih, Irene Adler. Mara bi mghoddi enigmatiku u mdallam.
Scandal in Bohemia 2Ftit rajt lil Sherlock Holmes wara dik il katina ta’ ġrajjiet li digà rrakkuntajt b’certu kuragg bl isem ta’ ‘The Sign of Four’. Kif kien qalli hu stess iż żwieg tieghi kien ser jifridna minn xulxin. L hena kbir li kelli u l interessi fl affarijiet tad-dar li jizviluppaw f’raġel li għall ewwel darba jsib ruhu l kmand tal ambjent tieghu kienu bizzejjed biex ma kelli kont ta’ xejn hlief marti, d-dar u x-xoghol. Holmes min nana tieghu kien jobghod kull forma ta’ kumpanija u b’dik ir ruh hielsa u eccentrika tieghu baqa’ jghix fl appartament gewwa Baker Street. Dejjem mgherreq f’kotba antiki u jimbidel minn ġimgha għall ohra bejn il kokaina u t telqa u bruda minn kollox li ggib id droga, u l energija feroci tan natura straordinarja li kellu. Kien għadu migbud ħafna lejn l istudju tal kriminalità, u kien jokkupa l kapacitajiet kbar tiegħu u l poteri tal-ghageb ta’ osservazzjoni u l-hila li jsus wara tracci, biex jitfa’ dawl fuq kazi misterjuzi li l pulizija kienu ilhom li qatghu qalbhom minnhom u abbandunaw. Xi kultant kont nisma’ xi ħaga vaga dwar ghemilu. Niftakar, meta baghtu ghalih minn Odessa dwar il qtil ta’ Trepoff, kif solva t tragedja singolari tal ahwa Atkinson fi Tricomalee, u fl ahhar il missjoni delikata li ntemmet b’success għan nom tal familja rjali tal Olanda. Hlief dan it-taghrif dwar hidmitu li bhali kienu jafuh eluf ohra minn fuq il gurnali, ftit li xejn aktar kelli hjiel dwar il habib tieghi.
Niftakar li fil lejl tal 20 ta’ Marzu 1888, kont fi triqti lura d dar wara vizita ghand pazjent. Dak iz zmien kont ergajt bdejt il prattika medika. Fi triqti lura d-dar ma nafx kif kont ghaddej minn Baker Street. Wasalt quddiem il bieb li tant niftakar u li mieghu hemm marbuta memorji tan namrar tiegħi, u l grajjiet koroh tal każ ta’ ‘A Study in Scarlet’. Ma setax jonqos li gietni x xewqa li nara ghal darb’oħra lil Holmes, u nsir naf xi haġa dwar kif kien qed iħaddem il hiliet kbar li kellu. Il kmamar tieghu kienu mdawla b’mod liemi ħafna. Rajt id-dehra mill-gemb ta’ surtu twila u maghluba tghaddi xi darbtejn biswit il purtiera. Beda jpassi l kamra b’mod mghaggel u herqan, b’rasu fuq sidru, u jdejh marbutin warajh. Ghalija, li naf kull burdata u drawwa tieghu, x-xejra u l imgieba tiegħu qaluli l istorja tagħhom. Kien qieghed fuq xi bicca xoghol. Kien stenbah mill holm qarrieqi tad drogi u kien mohhu jsegwi u jxammem xi problema gdida. Daqqejt il qanpiena u tlajt fil kamra li darba kienet parti tieghi.
Scandal in Bohemia 4Holmes ma tantx kien helu man-nies. Kif rani taghni harsa u daqshekk. Imma nahseb li kien kuntent li rani. Bilkemm nissel kelma izda b’nofs tbissima ghamilli sinjal b’idejh biex inpoggi fuq il pultruna, tefaghli kaxxa sigarri u urini flixkun brandy u iehor soda water. Qaghad quddiem in nar u tani daqqa t’ghajn minn fuq s’isfel b’dak il mod uniku u introspettiv tieghu.
“Iz zwieg jaqbel mieghek,” qalli. “Watson, ikolli ngħid li żdidt b’xi seba’ libbri u nofs mill ahhar li rajtek.”
“Sebgħa,” wegibtu.
“Tassew? Kont nissoponi xi ħaġa zghira aktar. Kemm kemm tafx. U fil fatt ghal darb’ohra, qed nosserva li m’ghedtlix li kont behsiebek terga’ tibda l prattika medika.”
“Mela kif taf?”
“Naraha, u niddeduciha. Kif naf ukoll li dan l aħħar ixxarrabt għasra, u li għandek seftura li xoghha hu ta’ kafkaf u hi goffa.”
“Holmes ruhi qalbi,” irrispondejtu, “dan wisq. Kieku kont tghix xi ftit sekli ilu zgur li kienu jaharquk. Tabilhaqq li nhar il Hamis kelli mixja fil kampanja u mort lura d dar fellus. Izda issa bi hwejjeg mibdula ma nistax nifhem kif wasalt ghal din il konklużjoni. Dwar Mary, tassew ma titghallem qatt u marti digà tatha l avviż ta’ tkeccija. Izda hawn ukoll mhux qed jirnexxili nara kif indunajt.”
Hu beda jidhak u joghrok dawk idejh twal u m’ghandhomx kwiet.
“Ma tantx hemm tahbil tal-mohh,” qalli. “Ghajnejja jghiduli li fuq in naha ta’ barra taz zarbun tax xellug, fejn id dawl tan nar qed jaghti fuqu, il gilda hi mibruxa b’sitt linji kwazi paralleli. Hu ovvju li dawn saru minn xi hadd li b’mod traskurat hafna kien qed jobrox madwar il ġnub taz zarbun biex inehhi t tajn niexef minnu. Mela dan wassalni biex nifhem zewg fatti, li inti kont barra f’temp ikrah u li s seftura tieghek ghamlet froġa meta naddfitlek iz zraben. Li int erġajt bdejt tipprattika ma tantx kien diffiċli li wieħed jinduna. Meta xi ħadd jidħol għandek b’riha ta’ jodju fuqu, b’marka sewda ta’ nitrat tal fidda fuq sebghu l werrej, u bil lobbja mqabbża ’l barra fuq naha wahda, sinjal car li hemm mohbi l istetoskopju, irid ikun bniedem tassew bahnan biex ma nindunax li dak hu persuna li tipprattika l professjoni medika.”
Ma flahtx ma nidhakx nara kif fehmi dan kollu bhallikieku xejn. “Meta nisimghek tirraguna,” irrimarkajt, “l affarijiet jidhru hfief biex ma nghidx redikoli li anke jien nista’ nifhimhom bla tbaghtija, għalkemm ma’ kull pass li jkun imis tar raġunar tiegħek xorta nibqa’ mhawwad, sakemm tispjega kif wasalt għall konkluzjoni ahharija. Fl istess hin hu fatt li ghajnejja huma tajbin daqs tieghek.”
“Sewwa qed tghid,” qalli waqt li qabbad sigarett u ntefa’ fuq il pultruna. “Dak li jfixklek hu li inti tara izda ma tosservax. Id differenza hija cara. “Niehdu ezempju. Int rajt kemm il darba t tarag li mill entrata jitla’ sa din il kamra.”
“Bosta drabi.”
“Kemm il darba?”
“Uuu mijiet ta’ drabi.”
“Taf kemm il targa hemm?”
“Kemm il targa hemm? Ma nafx le.”
“Hawn irridek. Ma flejtx. izda fl istess hin rajt. Dan hu l argument tieghi. Issa jien naf li hemm sbatax il targa ghaliex ghamilt zewġ azzjonijiet; rajt u flejt. Bilhaqq la inti migbud lejn dawn l-affarijet, waddabli dik il folja karta ta’ lewn roza li hemm fuq il mejda. Waslet mal ahhar posta.” Qalli, “Aqraha ha nkun nista’ nisimghek.”
In nota kienet anonima minghajr data, lanqas indirizz.
In-nota kienet tghid…..
Ghall habta tat tmienja neqsin kwart tal lejla ghandu jghaddi ghandek sinjur li jixtieq jikkonsultak fuq grajja ta’ certa gravita. Is servizzi tieghek ta’ dan l aħħar lejn djar irjali tal Ewropa wrew li inti bniedem li tista’ facilment tigi fdat b’materji li l importanza tagħhom ma tistax tigi esagerata. Hekk qalu fuqek dawk l ambjenti fejn tkellimna. Kun fl appartament tieghek fil hin u tkunx sorpriż jekk min jiġi jkun liebes maskra.
“Mhux daqshekk jinftihem malajr dak li ried ighid min kitibha,” ghedtlu. “X’tahseb li jista’ jfisser dan kollu?”
Scandal in Bohemia 12“Ghalissa m’għandi l-ebda idea. Ikun zball kbir li wieħed jaghmel xi hsieb qabel ma jkun jaf il fatti. Min jaghmel hekk jibda jghawweg u jivvinta fatti biex jaqblu mat teoriji minflok li dawn jaqblu mal fatti proprji. Izda n nota nfisha ma taħsibx li fiha x’tixtar?
Ezaminajt b’certa reqqa l kaligrafija u l karta.
“Milli nista’ nara r ragel li kitibha hu tat tajjeb.” Waqt li pprovajt nimita l process ta’ ragunar ta’ siehbi. “Dak li jolqtok hi li karta bhal din ma tinxtarax b’inqas minn tmintax irbiegħi il pakkett. Hija partikolarment b’sahhitha u iebsa.”
“Laqtitek lilek ukoll Watson. Ghandek ragun,” qalli Holmes. “Bl ebda mod ma hi karta Ingliża. Aghmilha mad dawl.”
Ghamilt hekk u rajt E kapitali u g żghira, P, u G kapitali u t zghira minsuga fil karta.
“X’tahseb dwar l ittri?”
“Bilfors hu l isem tal manifattur, jew forsi l monogramma tieghu.”
“U le! Il G kapitali ma’ t żghira tfisser ‘Gesell schaft’ li bil Germaniż tfisser ‘Kumpanija’. Hija l format imqassar ghall-kelma kumpanija. Bħalma aħna nużaw ‘Co.’ huma jużaw ‘Gt.’. Naturalment il P qieghda għal paper. Issa ejja niflu sew x’inhuma ‘Eg.’. Ha naghtu daqqa t’ghajn lill Continental Gazetteer(1).”
Minn xkaffa nizzel volum ohxon kannella. “Eglow, Eglontz – hawn aħna Egria. Hi komunità lokali li fiha jitkellmu bil Germaniż. Tinsab fil Bohemia mhux bogħod minn Carlsbad. Maghrufa għaliex hemm miet Wallenstein(2) u ghall manifattura tal hġieġ u l karta.”
“X’tahseb siehbi?” Ghajnejh bdew ileqqu u nefaħ shaba trijonfali ta’ duhhan ikhal.
“Il karta inhadmet f’Bohemia,” ghedtlu.
“Hekk hu. U r ragel li kiteb in nota hu Germaniż. Innota l mod differenti ta’ kif hi mibnija s sentenza – “Dawn ir rapporti dwarek minn kull ambjent li rcevejna.” Franciz u Russu ma kinux jiktbu hekk. Il Germanizi huma naqra zbozzi fil verbi. Mela issa kulma fadlilna hu li nsiru nafu x’irid dan il Germaniz, li jikteb fuq karta tal Bohemia, u jippreferi jilbes maskra milli juri wiccu. Jekk mhux sejjer zball wasal iz zmien li naqtghu l kurzità.”
Waqt li kien qed jitkellem smajt hoss ta’ naghal taż żwiemel u roti joborxu mal Scandal in Bohemia 5bankina segwiti minn hoss qawwi ta’ qanpiena. Holmes saffar.
“Mill hoss nahseb li hi parilja,” qalli. “Iva,” waqt li kompla jhares mit tieqa, “brum(3) żghira miġbud minn gmiel ta’ parilja(4) waqaf hdejn il-bieb. Kull ziemel jiswa bejn mija u mija u hamsin ginea(5) (€70.00 ewro). Jekk xejn hawn il flus f’dan il kaz Watson.”
“Nahseb ahjar immur Holmes.”
“Xejn minn dan Watson, oqgħod hemm. Inkun mitluf mingħajr il Boswell(6) tiegħi. U kollox juri li ħa jkun kaz interessanti. Tkun hasra li titlef kollox.”
“Imma l klijent tieghek…”
“Taghtix kasu. Ghandu mnejn niġi bżonn l ghajnuna tieghek u forsi anki hu. Ara poġġi f’dik il pultruna Dott. u segwi kollox bil-galbu.”
Il-Pass bil mod u tqil li smajna fit taraġ u l passaġġ waqaf f’daqqa barra l bieb. Ftit wara kien hemm tahbita qawwija u qasira li xehdet certa awtorità.
“Idhol,” qal Holmes. Dahal ragel li ma setax kien inqas minn sitt piedi u sitt pulzieri (7) twil, b’sider u daqs ta’ Erkole. Kien liebes b’ghana kbira li fl Ingilterra kienet meqjusa ta’ gosti esagerati u jaghtu wisq fil għajn. Il kmiem u n naħa ta’ quddiem tal kowt double breasted kienu dekorati bi strixxi tal astrakan(8), filwaqt li l kappa kaħla skura madwar spallejh kellha burdura tas satin lewn il fjamma u maqfula taht għonqu b’berill (9) aħdar ileqq. Kellu buz sa nofs il bxiexel bin naħa ta’ fuq miksija b’fer kannella. Dan kollu tah dehra ta’ opulenza barbarika li kkumplementat id daqs fiziku maestuz tieghu. F’idu kellu lobbja b’faldi wesghin. Minn haddejh sa mohhu, kien mghotti b’maskra ta’ sahhar, li milli jidher kien għadu kif libes għaliex idu kienet ghadha ma’ wiccu. Minn dak li stajt nara min-naha ta’ isfel ta’ wiccu kien jidher ragel ta’ karattru sod, b’xoffa hoxna u mdendla, u geddum twil u dritt li kien jixhed stinar tar-ras li u li kien imkabbar bih innifsu.
“Waslitlek n-nota tieghi?” staqsa b’lehen baxx u ahrax b’aċċent qawwi Germaniz. “Ghedtlek li ha nghaddi ghandek.” Hu beda jhares bejnietna qisu ma jafx lil min ha jkellem.
“Jekk joghgbok poggi,” qallu Holmes. “Dan hu l habib u kollega tieghi Dr. Watson, li kultant zmien ighini fil każi li jkolli. Ma’ min ghandi l unur li qed nkellem?”
“Tista’ ssejjahli bħala l Konti von Kramm, nobbli mill Bohemia. Ghandi x’nifhem li dan il ġentlom, ħabib tiegħek hu persuna dehnija u ta’ l-unur li nista’ nafdah b’materja ta’ importanza kbira. Jekk le, ikun ahjar li dak li ghandi xi nghid nghidu lilek biss.”
Scandal in Bohemia 13Dak il hin qomt biex nitlaq, izda Holmes qabadni minn idi u mbuttani lura fuq il pultruna. “Jew it tnejn li ahna jew xejn,” qallu Holmes. “Quddiem dan ir raġel tista’ tghidli kulma trid.”
Il Konti refa’ par spallejn wesghin. “Mela jkolli nibda,” qal, “billi norbotkom b’segretezza assoluta għal sentejn. Sa dak iz-zmien l kaz jintemm u jitlef l importanza. Ghalissa ftit hemm xi tghid hlief li din hi affari tant importanti li jista’ jkollha effett fuq l istorja tal Ewropa.”
“Nagħtik kelmti.” qallu Holmes.
“Jien ukoll.”
“Ikollok tiskużani li qed nilbes maskra,” kompla l klijent stramb taghna. “Il persuna eminenti li qed taghmel uzu mis servizzi tieghek tixtieq ma tkunx maghrufa. Nghid il verità li t titlu li tajt lili nnifsi mhux ezattament tieghi.”
“Kont naf b’dan,” wiegbu Holmes xott xott.
“L-affarijiet li ha nghidlek iridu jittiehdu b’reqqa kbira. Wiehed irid jahseb biex jilqa’ ghal xi diskors li jista’ jinghad ma johrogx fil-pubbliku. Dan biex niskansaw skandlu kbir li jista’ jgib fil-ghali waħda mill familji rjali tal Ewropa. Biex inkun zbukkat hemm imdendla ir-reputazzjoni d dar ta’ Ormstein, ereditarja tar rejiet ta’ Bohemia.”
“Kont konxju minn dan kollu,” wieġbu Holmes waqt li rega’ ntefa’ fuq il pultruna u ghalaq ghajnejh.
Dak li gie jzurna hares skantat lejn dik il figura kalma u mxahxha fuq il pultruna. Din kienet il persuna li indubjament ġiet deskritta lilu bhala bniedem ta’ ragunar inciziv, u l aktar agent energetiku fl Ewropa. Holmes bil lajma fetah ghajnejh u hares lejn il klijent ggantesk taghna b’xehta ta’ min wasal fl-ahhar tal pacenzja tieghu.
“Jekk il Maestà tieghek tindenja ruhha ttgharrfilna xi haga dwar il kak,” qallu Holmes, “inkun f’qaghda ahjar biex nista’ naghtik parir.”
Ir raġel qam ħesrem minn fejn kien bil-qiegħda u beda jimxi mal kamra fi stat ta’ eccitament. Imbaghad b’gest ta’ xi hadd li qata’ jiesu qatta’ l maskra minn wiccu u tefaghha mal art. “Ghandek ragun,” qal b’lehen gholi. “Jiena r Re. Ghaliex ghandi nostor dan?”
“Fil fatt, ghaliex?” tenna Holmes minn taht l ilsien. “Qabel int lissint kelma digà kont naf li kont qed nitkellem ma’ Wilhelm Gottsreich Sigismund von Ormstein, Gran Duka ta’ Cassel Felstein, u r Re ereditarju tal Bohemia.”
“Ghalhekk tista’ tifhem,” qal il mistieden straordinarju taghna, waqt li ghal darb’ohra pogga bil-qiegħda u ghadda idu ma’ gbinu gholi u abjad. “Tifhem li mhux imdorri nagħmel dawn l affarijiet wahdi. Fl istess hin il każ tant hu delikat li ma stajt nafda lil ebda agent mingħajr ma nkun qed nissogra li nigi rikattat. Gejt bil mohbi minn Praga bit-tir li nikkonsulta mieghek.”
“Mela, nitolbok ikkonsulta,” qallu Holmes u rega’ ghalaq ghajnejh.
“Dawn huma l fatti fil qosor. Xi hames snin ilu wara mawra twila f’Varsavja, iltqajt ma’ avventuriera maghrufa bl isem ta’ Irene Adler. Cert li midhla ta’ dan l-isem Mr Holmes.”
“Jekk joghgbok Dott., fittixha fl indici,” lissen Holmes mingħajr ma fetah ghajnejh. Matul is snin kien ghamel sistema fejn kien igemma’ taghrif fuq nies, affarijiet u grajjiet li kienu ta’ interess fil hidma tieghu. Tant kellu gabra kbira li kien difficli li titkellem dwar xi suggett jew persuna li hu ma kellux informazzjoni dwarha. F’dan il kaz sibt il bijografija ta’ Irene Adler infilzatha bejn dik ta’ Rabbi Lhudi u dik ta’ Staff Commander li kien kiteb rapport dwar il hut demersali jigifieri dawk li jghix f’qiegh il-bahar.”
“Halli nara,” qalli Holmes. “Hum! Twieldet New Jersey fl 1858. Contralto – hum! La Scala hum! Prima Donna fit teatru Imperjali tal Opra f’Varsavja – Iva! Irtirata mill opra – ha! Qed tghix Londra – u zgur! Kif nista’ nifhem, il Maestà tieghek inqabad f’relazzjoni ma’ din il mara żaghżugha u nahseb kien hemm xi ittri kompromettenti u issa int trid dawn l ittri lura.”
“Precizament. Imma kif…”
“Forsi zzewwigtha bil-mohbi?”
“Le, le.”
“Dokumenti legali, certifikati?”
“Xejn minn dan.”
“Allura ma nistax nifhem il Maestà tieghek. Jekk din ż żagħżugħa qed tuza l ittra biex tirrikattak jew xi haġa ohra, kif ha taghmel biex turi li dik l ittra hija tabilhaqq tieghek?”
“Hemm il kaligrafija tieghi.”
“U le le! Nghidu li hija falza.”
“Imma hi fuq karta privata tieghi.”
“Insterqet.”
“Is sigill personali tieghi.”
“Kopja.”
“Ir ritratt tieghi.”
“Mixtri.”
“Imma t tnejn li ahna qeghdin fir ritratt.”
“X’wahda din! Dan hu ħazin hafna! Il Maestà tieghek wettqet ghelt kbir.”
“Kemm kont iblah – bla mohh!”
“Poggejt ruħek f’saram serju.”
“Kont ghadni l Princep Ereditarju u zgħir, anke issa kulma ghandi tletin sena.”
“Irridu ngibuh lura.”
“Ipprovajna izda ghalxejn.”
“Il Maestà tieghek ikollha tħallas. Hi trid tbieghu?”
“M’ghandhiex f’mohhha bejgh. Ippruvajna hames darbiet nisirquh. Zewg hallelin imhallsin minni qallbulha d dar ta’ taht fuq. Darba meta kienet fuq vjagg iddevjajna l bagalji taghha. Darbtejn insobniha waqt li kienet ghaddejja bil karozzella izda ghalxejn.”
“L ebda hjiel tar ritratt?”
“Assolutament xejn.”
Holmes beda jidħak. “Problema zghira u helwa fl istess ħin.”
“Izda wahda serja ħafna għalija,” canfru r Re.
“Hafna fil fatt. Allura din Irene Adler xi trid taghmel b’dan ir ritratt?”
“Tirrovinani.”
“Imma kif?”
“Dalwaqt ha nizzewweg.”
“Hekk smajt.”
“Lil Clotilde Lothman von Saxe Meningen, it tieni tifla tar Re tal Iskandinavja. Forsi ghandek idea tal prinċipji retti u skruplużi tal familja taghha. Hi stess hi eżempju ta’ galbu. L icken dell ta’ dubju fuq il karattru tieghi jista’ jtemm l gherusija.”
“U Irene Adler?”
“Qed thedded li tibghat ir ritratt lill-familja tal-gharusa. U perswaz li hekk taghmel. Naf li hekk ha taghmel. Int ma tafhiex. Ghandha wiccha sabih iżda ruh tal azzar, u mohh determinat daqs ta’ ragel. Lesta li taghmel minn kollox biex jien ma nihux mara ohra.”
“Cert li ghadha ma baghtitux?”
“Cert.”
“U ghaliex?”
“Ghaliex qalet li ha tibaghtu f’dak il-jum meta tithabbar pubblikament l gherusija taghna. Sewwa sew nhar it Tnejn.”
“Mela ghandna biss tlett ijiem,” qal Holmes hu u jittewweb. “Habat tajjeb, ghaliex bhalissa ghandi zewg bicciet xoghol importanti x’niehu hsieb. Nahseb il Maestà tiegħek ghalissa se tibqa’ Londra.”
“Dazgur. Tista’ ssibni fil lukanda Langham, taht l isem tal Konti von Kramm.”
“Mela nibghatlek nota hemm biex ninfurmak kif ahna sejrin.”
“Jekk joghgbok. Inkun nistenna bil herqa.”
“U dwar il flus?”
“Ghandek carte blanche.”
“Assolutament?”
“Nghidlek li naghti l-provincji kollha tar renju tieghi ghal dak ir riratt.”
“U ghall ispejjez kurrenti?”
“Ir re hareg kartiera tal kamoxxa mill kowt u poggieha fuq il mejda.”
“Hemm tliet mitt sterlina f’deheb u seba’ karti ta’ mitt sterlina l-wahda. (€60,000) Holmes kiteb ricevuta fuq bicca karta u ghaddieha lir Re.
“U l indirizz tas Sinjorina?” staqsieh Holmes.
“Briony Lodge, Serpentine Ave, St. John’s Wood.”
Holmes ha nota tiegħu. “Domanda ohra. Ir ritratt hu kabinett (forma ta’ kartolina)?”
“Iva.”
“Mela l lejl it tajjeb Maestà, u nispera li fi ftit zmien ikollna ahbarijiet tajbin ghalik. U l lejl it tajjeb Watson,” zied waqt li r roti tal brum irjali bdew itektku fit triq. “Taghmilli pjacir jekk tghaddi ghada wara nofsinhar fit-tlieta. Irrid niddiskuti mieghek dan il każ.”
Scandal in Bohemia 8L ghada fit tlieta precizi kont Baker Street, izda Holmes kien ghadu barra. Mrs Hudson gharrfitni li kien halla l appartament ftit wara t tmienja ta’ fil-ghodu. Poggejt ghas sħana tal fuklar lest li nistennieh idum kemm idum. Kont interessat hafna f’din l-affari ghaliex ghalkemm ma kienx hemm dawk l elementi makabri u strambi li kellhom iz-zewġ delitti li ktibt dwarhom f’post ieħor, fl istess hin in natura tal kaz u l qaghda socjali tal klijent ghamluh ftit jew wisq rari. Nghid il verità kont migbud ukoll mill mod kif jahdem il ħabib tieghi, fejn kien juri dik il hila li biha jifhem is sitwazzjoni, u l mod intens u fil fond ta’ kif jirraguna. Kien ta’ gost ghalija li nara dan il process jahdem u nsegwi l metodi fini u aġili li bihom kien iholl il kobob imhabbla ta’ misteri l aktar intriganti. Tant kont nafda fis successi tal metodu tiegħu li l istess possibbiltà li jfalli lanqas kienet tghaddi minn rasi.
Kien ghall habta tal erbgha ta’ wara nofsinhar li l bieb infetah u minnu dahal kuccier li kien fis sakra, zmattat b’barbetti kbar, b’wiccu ahmar u hwejjeġ li kienu kollox ħlief nodfa u puliti. Dan baqa’ diehel fil kamra. Kont drajt il hila li kellu Holmes li jilbes u jinheba taht karattri differenti, izda kelli nosservah mill qrib tliet darbiet biex inkun cert li kien hu. Ghamilli sinjal b’rasu u baqa’ diehel fil kamra tas sodda minn fejn ħareġ wara ħames minuti bhas soltu liebes pulit, din id darba libsa tat tweed(9). Tefa’ jdejh fil but, mattar saqajh lejn in nar u nfaqa’ jidhak kemm jiflah.
“Tajba din!” ghajjat. Imbaghad xeraq u reġa’ beda jidhak tant li kellu jintelaq fuq il pultruna ha jaqa’ u ma jaqax bla sahha.
“X’gara?” staqsejtu.
“Tassew tad dahk. Cert li qatt ma tobsor kif ghaddejt l ghodwa tal lum, jew xi spiccajt naghmel.”
“Ma nistax nobsor. Forsi kont għassa tara d drawwiet jew id dar ta’ Miss Irene Adler?”
“Sewwa qed tghid, izda li gara wara kien xi ftit barra minn-normal. Insomma ha ngħidlek. Tlaqt minn hawn ftit wara t tmienja ta’ dal-ghodu. Kont liebes ta’ kuccier qieghed. Hemm sens ta’ ghaqda kbira qisha mazunerija(10) bejn il haddiema taz zwiemel. Kun wieħed minnhom u tkun taf kulma trid. Sibt li Briony Lodge hija villa fuq stil bijou bi gnien fuq in naha ta’ wara izda mibnija mat triq fuq zewg sulari. Il lukkett tal bieb hu tad ditta Chubb(11). Fuq in naħa tal lemin tal villa hemm is salott imdaqqas u dekorat b’mod raffinat hafna. It twieqi huma twal u kwazi jaslu sal art u magħluqin b’dawk il lukketti assurdi Ingliżi li anke tifel żghir jista’ jiftah. Fuq wara ma kien hemm xejn specjali, hlief it tieqa tal passagg li tista’ tasal ghaliha minn fuq ir remissa tal karozzella. Dort dawra u flejt kollox bir reqqa izda ma kien hemm xejn ta’ interess partikolari.
“Tlajjajt fit triq u kif stennejt sibt li kien hemm sqaq bl istalel li jmiss ma’ wieħed mill hitan tal gnien. Għent lil tal istalel jistriljaw(12) iz zwiemel u hallsuni zewg soldi u tazza birra nofs u nofs (nofs lager u nofs stout) u ponn tabakk tal brim u tawni kull taghrif li xtaqt dwar Miss Adler, biex ma nsemmix xi nofs tuzzana nies oħra fl inħawi li ma kelli l ebda interess fihom imma kelli nisma’ l bijografiji taghhom.”
“U dwar Miss Adler?” staqsejt.
“U! gennet l irgiel kollha tal hara(13). Libsa kappell hija pupa tal biskwin. Hekk jghidlek kull ragel li hemm fl istalel tas Sepentine, kulhadd imbellah fuqha. Tghix fil kwiet, tkanta fil kuncerti, għal xi l hamsa toħrog bil karozzella u tigi lura ghall ikel fis sebgha precizi. Rari tohrog f’hinijiet ohra hlief meta tmur tkanta. Hemm ragel li jigi jaraha spiss. Hu samrani, sabih u eleganti, jghaddi għandha darba kuljum u anki xi drabi aktar. Jismu Mr Godfrey Norton, avukat tal Inner Temple(14). Qed tara l vantaggi li jkollok kuccier bhala habib? Hafna drabi jmur lura d dar billi jiehu karozzella mill istalel tas Serpentine. B’hekk shabi l kucciera kienu jafu kollox dwaru. Meta smajt dak kollu li qalu, bdejt tiela’ u nieżel hdejn Briony Lodge. Bdejt nippjana l kampanja.
Evidentament dan Godfrey Norton hu persuna importanti f’dan il każ. Il fatt li kien avukat ma kien jawgura xejn tajjeb. X’kienet ir relazzjoni bejniethom u għaliex dawn il żjarat frekwenti? Kienet klijenta, habiba jew mahbuba tieghu? Fuq din il kwistjoni kien jiddependi nibqax hdejn Briony Lodge jew indawwar l attenzjoni tiegħi fuq l uffiċċju tal Avukat fl Inner Temple. Kien punt delikat li wessa sew ix-xejra tal investigazzjoni. Nibża’ li qed indejqek b’dawn id dettalji, izda rrid nurik x’diffikultajiet kelli ma’ wicci biex int tkun tista’ tifhem sew il-qaghda.”
“Qed insegwik b’attenzjoni kbira.”
“Kont ghadni ma nafx x’ser naqbad naghmel meta karozzella resqet lejn Briony Lodge, u ħareg bilgri ragel minnha. Kien raġel tassew sabih, samrani, imniehru bil ponta daqsxejn mghawewg dak li jgħidulu mnieher Ruman, u bil mustacci. Mal-ewwel indunajt kien il persuna li smajt biha. Deher mghaġġel ħafna, ghajjat ’il-kuċċier biex jistenna, u baqa’ għaddej minghajr ma ta kas is seftura li ġiet tiftahlu. L-imgieba tieghu uriet li kien ta’ gewwa f’dik id dar.”
“Dam hemm xi nofs siegha. Stajt nilmhu xi naqra mit-twieqi tas salott. Beda tiela’ u niezel, ixejjer idejh u jitkellem b’mod imbaqbaq. Lilha ma stajtx naraha.
Hareġ aktar mifxul milli dahal. Kif resaq lejn il karozzella, hareġ arloġġ tad deheb mill but u hares lejn il hin herqan. “Suq qisu għandek id dimonju jigri warajk!” għajjat, “l ewwel aqsam lejn Gross u Heckney f’Regent Street, imbaghad igbed lejn il knisja ta’ Saint Monika f’Edgware Road. Nofs ginea(€35.00) jekk naslu f’ghoxrin minuta!”
U telqu. Kont qed intella’ u nnizzel immurx warajh jew le. Dak il hin fit trejqa kien ġej landau żgħir, bil kuccier bil kowt nofsu miftuh, u l ingravata taht widnejh, filwaqt li r riegni taz zwiemel kienu barra l bokkli. Kien ghadu lanqas waqaf li hi ma hargitx tigri mill bieb tas salott u poġġiet fil-landau. Tajtha biss daqqa t’ghajn, izda kienet mara sabiha b’wicc li ghalih ragel jaghti hajtu.”
“Il knisja ta’ Santa Monika, John. Nofs sterlina (€30.00) jekk taghmilha f’ghoxrin minuta.”
“Din kienet tajba wisq biex nitlifha, Watson. Kont qed naħsibha jekk nigrix u naqbad ma’ wara tal landau meta karozzella dehret riesqa. Il kuccier hares lejja hosbien. Mill mod dizutli u mahmuġ ta’ kif kont liebes ma dhertx li kont xi persuna rispettabbli. Izda jiena tlajt qabel ma seta’ jlissen kelma. “Il knisja ta’ Santa Monika, u nofs sterlina jekk tasal f’għoxrin minuta.” Kienu l hdax u hamsa u tletin minuta. Issa kollox kien qed jiccara.”
“Il kuccier saq iz ziemel b’heffa kbira. Ma nafx jekk jien qattx soqt b’dik il heffaScandal in Bohemia 9. Meta wasalt l ohrajn kienu hemm qabli. Il karozzella u landau biz zwiemel hiereġ il fwar minnhom, kienu quddiem il knisja. Hallast ’il kuccier u dhalt bil heffa fil knisja. Ma kienx hemm ruh hlief dawk it tnejn li segwejt u bniedem tal kleru liebes spellizza li deher jargumenta maghhom. It tlieta kienu qaqocca quddiem l altar. Imxejt fin navata tal genb bħal xi hadd li dahal fil knisja b’mod kazwali. F’daqqa waħda nhsadt meta t tlieta li kienu hdejn l altar harsu lejja u gew fuqi. Sahansitra Godfrey Norton gie jigri għalija.”
“Irroddu hajr ’l Alla!” ghajjat. “Ha tigi? ejja! ejja!”
“Ghaliex? x’gara?”, staqsejtu.
“Ejja, siehbi, tliet minuti ohra u ma jkunx legali.”
“Gejt nofsni mkaxkar lejn l artal, u qabel ma kont naf x’inhu jigri, sibt ruhi ngedwed risposti li bdew jigu nfesfsa lili f’widnejja. Bdejt naħlef dwar affarijiet li dwarhom ma kont naf xejn, u b’mod generali nassigura r rabta ta’ Irene Adler, xebba, ma’ Godfrey Norton, guvni hi skond il-ligi. Kollox kien lest f’hakka t’ghajn. Kienet l aktar siwazzjoni bizzarra li qatt sibt ruhi fiha. Fil fatt issa bdejt nidhak ghax qed niftakar kollox. Milli jidher kien hemm xi formalità fil licenzja taz zwieġ li l qassis, jew x’kien, ma riedx izewwighom mingħajrha il prezenza ta’ xhud. Evdentement id-dehra tiegħi kienet providenzjali biex salvatilhom iz zwieġ. Kieku ma kontx hemm jien l gharus kien ser johroġ barra jipprova jsib lil xi hadd. L gharusa tatni sterlina li ha nwahhalha mal polka(15) flimkien mal arlogg biex ma nisiex din il-grajja.”
“L affarijiet qed jiehdu xejra differenti,” ghedtlu, “u issa?”
“Iva hsibt li l pjanijiet tieghi kienu se jisfghu fix-xejn. Il koppja setghu telqu immedjatament u b’hekk kien hemm bżonn li niehu passi b’certu heffa u energija. Izda fil bieb tal knisja l gharajjes infirdu. Hu mar lejn it Temple u hi lura lejn id dar.”
“Inkun il ġnien bhas soltu fil hamsa,” qaltlu meta hallietu.
“Ma smajt xejn aktar. Telqu lejn rotot differenti. U jien mort biex naghmel it-thejjijiet tieghi.”
“U dawn huma?”
“Daqsxejn canga kiesha u tazza birra,” irrispondieni, hu u jdoqq il qanpiena. “Kelli wisq x’nagħmel biex nahseb dwar ikel, u jkolli nghid li llejla ha jkolli aktar. Bilhaqq Dott., ghandi bzonn l ghajnuna tieghek.”
“Bil qalb kollha.”
“Ma jimpurtax ghalik li tikser il ligi?”
“Lanqas xejn.”
“Lanqas li tissogra tigi arrestat?”
“Mhux b’risq kawza gusta.”
“Mela f’dak il kaz, eccellenti.”
“Mela jien ir ragel li ghandek bzonn.”
“Meta Mrs Turner iggib il gabarre nizbarazzah jien ghalik. Issa,” qal waqt li nfeta’ Scandal in Bohemia 10jiekol bil qalb l ikla semplici , “ha jkolli niddiskuti waqt li niekol, ghaliex il hin qasir. Digà kwazi l hamsa. F’saghtejn irridu nkunu fuq il post. Miss Irene, jew ahjar Madame Norton, tigi lura mid dawra fis sebgha. Irridu nkunu fi Briony Lodge biex niltaqghu maghha.”
“Imbaghad?”
“Ikollok thalli f’idi. Ghandi kollox lest x’ser jigri. Hemm punt li ha jkolli nishaq fuqu. Jigri x’jigri tindahalx. Qed tifhimni?”
“Irrid inkun newtrali?”
“Iva.”
“Triq toqghod ghassa ghalija. Fejn tista’ tarani.”
“Sewwa.”
“U meta ngholli jdejja – hekk – int gara għal gol kamra dak li ha nagħtik u fl istess hin, ibda ghajjat ‘Nar! Nar!’. Qed tifhimni?”
“Perfettament.”
“Xejn esagerat,” qalli filwaqt li ħareg mill but oggett ghamla ta’ sigarru. Dan ma hu xejn hlief rokit tad duhhan uzat mill plumbers maghluq minn zewg nahat. Dan tal-metal forma ta’ sigarru mdaqqsa. Meta jinfetah johrog minnu d duhhan. Hu qisu speci ta’ bomba tad duhhan li l plumbers juzawh biex jaraw jekk ikunx hemm xi xquq fil pajpijiet. Meta naghmillek is sinjal waddbu. Meta taghti l allarm tan nar ser jigu ftit nies mhux hażin. Int warrab lejn it tarf tat triq fejn ha niltaqa’ mieghek wara xi ghaxar minuti. Nittama li ghandek kollox car?”
“Mela, irrid nibqa’ newtrali, immur hdejn it tieqa, noqgħod ghassa ghalik, ingara dan l oggett, u naghti l allarm li hemm in nar. Wara nistenniek fit tarf tat triq.”
“Precizament.”
“Mela tista’ tafda fija.”
“Eccellenti. Naħseb hu kważi l hin li nlesti ruħi ghall parti li rrid nirrecta.”Scandal in Bohemia 14
Telaq lejn il kamra tas sodda, u ftit wara hareġ liebes ta’ qassis tal Knisja Anglikana Nonkonformista. Kien jidher ta’ xehta umli u minn tagħna. Kellu tbissima helwa u l harsa intensa ta’ xi hadd li ma jarax sew u fl-istess hin kurzita, dhuli minghajr sens ta’ hazen. Meta Holmes jidhol fil parti d-dehra ta’ wiccu, l-imgieba, u ruhu stess kienu qishom jinbidlu. Il palk tilef attur tajjeb u x xjenza tilfet mohh akut meta specjalizza fil kriminalità.
Tlaqna minn Baker Street fis sitta neqsin kwart, u kienu biss is sebgha neqsin ghaxra meta konna f’Serpentine Avenue. Kien digà beda jidlam, u l fanali bdew jinxteghlu filwaqt li ppassiggajna quddiem id dar ta’ Irene Adler. Id dar kienet kif kont immaginajtha f’mohhi meta ddeskrivihieli Holmes, però l post fejn kienet deher inqas privat milli hsibt. Ghall kuntrarju, ghal trejqa żghira f’hara kwieta, kien hemm hajja mhux hażin. F’kantuniera kien hemm numru ta’ rgiel libsin zmattat ipejpu u jiccaccraw, wiehed isinn l imqassijiet, zewġ suldati jitkellmu u jiccajtaw ma’ infermiera, u bosta rgiel żghar libsin pulit li b’sigarru f’halqhom jitlajjaw fit triq.
“Nahseb tifhem,” qalli Holmes waqt li mxejna quddiem id dar, “dan iz zwieġ ha jnaqqas bil-bosta t-tahbit tal-kaz. Issa r ritratt sar arma li taqta’ minn żewg nahat. Ghandu l-hila li issa s sinjura Adler ma tridx li żewgha s Sur Godfrey Norton jara r ritratt l istess bhal kif il klijent taghna ma jridx li l Principessa tieghu tarah. Issa l-buzillis hu fejn ser insibu dan l imbierek ritratt.”
“Fejn tassew?”
“Ma nahsibx li hu l kaz li ggorru fuqha. Ir ritratt hu kabinett u allura kartolina. Kbir wisq biex jinheba fl ilbies ta’ mara. Taf li r Re jasal biex jonsobha xi mkien u jfittixha. Diġa saru żewg attentati fuqha. Mela nistghu nghidu ma ggorrux maghha.”
“Mela fejn?”
“Forsi qieghed ghand il bankier jew l avukat taghha. Hemm dik il possibbiltà doppja. Imma jkolli nghid l ebda wahda minnhom tajba. In nisa min natura taghhom ihobbu jostru u jkollhom is sigrieti taghhom. Ghaliex ghandha taghti r riratt lil xi hadd iehor? Hi tista’ tafda lilha nfisha biex tiehu hsieb ir ritratt. Izda ma tistax tghid xi pressjoni politika jew pressjoni ta’ xort’ohra tista’ tigi ezercitata fuq haddieħor jekk ikollu r ritratt. U ma ninsewx li lesta tuzah fi ftit granet oħra. Mela jrid ikun f’idejha. Mija fil-mija Ir ritratt qieghed id dar taghha.”
“Imma digà ippruvaw jisirquha darbtejn.”
“B’daqshekk! Ma kinux jafu fejn ifittxu.”
“U inti kif taf fejn ha tfittex?”
“Jien mhux ser infittex. Ha ngieghel lilha turini fejn.”
“Imma zgur tirrifjuta.”
“Mhux ser tkun tista’ tirrifjuta. Imma qed nisma l hoss tar roti jirbumbjaw. Hija l karozzella taghha. Issa aghmel dak li ghedtlek sal anqas dettal.”
Waqt li konna qed nitkellmu deher id dawl tal fanali tal karozzella li kienet qed iddur il kantuniera. Ir roti tal landau cekcku sakemm waqfu quddiem Briony Lodge. Kif waqaf, wiehed mill irgiel li kienu fil kantuniera gera biex jifthilha l bieba forsi jiddobba xi sold, imma gie mbuttat lura bil minkeb minn iehor li gera mill istess direzzjoni. F’daqqa wahda qamet tilwima feroci li kompliet tikber tant li z zewgt irgiel gew fl idejn. Minflok marru jferrqu, iz zewġ suldati bdew izommu ma’ wiehed mill irgiel u dak li jsinn l imqassijiet beda jzomm mal iehor. Xi hadd xejjer daqqa, u dak il hin is Sinjura li kienet niezla mill karozzella sabet ruhha f’nofs ggajta rgiel wicchom ahmar li bdew jitqabdu ma’ xulxin b’mod selvagg, ifajru bil ponn u bil bsaten. Holmes qabez fil folla biex ihares lis Sinjura, izda kif lahaqha, ghajjat ghajta u waqa’ mal art, bid demm hiereġ minn wiccu. Kif kien mal art iz zewġ suldati harbu, filwaqt li xi nies puliti li raw x’kien ghaddej marru biex jghinu lis Sinjura u jiehdu hsieb il ferita ta’ Holmes. Irene Adler, kif għadni nsejhilha, ghagglet titla’ t tarag, meta waslet fuq kellha figura sabia li bdiet taghti aktar fil-ghajn bid dawl tas salott jiddi warajha.
“Dak ir ragel wegga’ hafna miskin?” staqsiet.
“Miet,” ghajtu bosta f’daqqa.
Scandal in Bohemia 15“U le le, ghadu haj,” ghajjat iehor. “Izda mhux ser idum jekk ma nohduhx l isptar.”
“Kemm hu ragel qalbieni,” qalet mara. “Kienu johdulha l basket u l arlogg lis Sinjura li ma kienx ghalih. Kienu gaj vjolenti. Ghall erwieh, qed jiehu n nifs.”
“Imma ma jistax jibqa’ fit triq. Nistghu ndahhluh ghandek Sinjura?”
“Mela le. Gibuh fis salott. Hemm sufan komdu. Ghaddu minn hawnjekk joghgobkom.”
“Bil mod u b’ċertu galbu dahhluh fi Briony Lodge u midduh fil kamra ewlenija. Jien kont il hin kollu qed nara x’kien għaddej minn posti hdejn it tieqa. Inxteghlu l lampi izda l purtieri baqghu miftuhin, u stajt nara lil Holmes mimdud fuq is sufan. Ma nafx jekk hassx indiema ta’ dak li kien qed jaghmel, jien naf li qatt ma hassejt tqanqil ta’ htija daqshekk kbir f’hajti meta ntbaht li kont qieghed nikkonfoffa kontra dik il gmiel ta’ kreatura li kienet qed tiehu ħsieb lil Holmes b’daqshekk hlewwa u premura. Izda fl istess hin kont inkun qed nittradixxi lil siehbi kieku kelli nabbanduna l parti li fdali. Webbist qalbi u hriġt ir rokit tad duhhan mill Ulster(15). Wara kollox, ma konniex ha nwegggħuha. Konna qed niskansaw li jwegga’ xi hadd iehor.
Holmes qam mis sufan, u rajtu jiccaqlaq qisu bniedem bla nifs. Seftura griet tiftah it twieqi. Dak il hin stess gholla jdejh. Mas sinjal garajt ir rokit fil kamra u bdejt nghajjat “Nar! Nar!”. Il kelma ma kinitx ghadha ħarget minn fommi li l-migemghaScandal in Bohemia 18 ta’ nies ta’ kull tip ingabret u kompliet tghajjat “Nar”. Shab iswed ohxon beda hiereġ mill bieb u t tieqa tal-kamra. Tajt daqqa t’ghajn u rajt figura tghaġġel ’l hawn u ’l hinn. Ftit wara smajt lil Holmes iserrhilhom rashom li ma kien gara xejn. Ghaddejt minn fost il-kotra li kienet ghadha tghajjat u mort fil kantuniera tat triq. Ghaxar minuti wara serraht rasi meta hassejt id siehbi fuq spallti. Tlaqna minn dak l-istorbju u tahwid. Hu mexa mghaġġel u fis skiet. Meta konna fi triq kwieta li kienet taghti lejn Edgeware Road qalli,
“Hdimtha tajjeb Dott. Xejn ma seta’ jmur ahjar. Kollox mar sew.”
“Ghandek ir ritratt?”
“Le izda naf fejn hu. Kif ghedtlek urietni hi fejn.”
“Xorta ma nistax nifhem.”
“Ma rridx naghmel misteru,” qalli bid-dahk. “Il fatt hu semplici ħafna. Int żgur indunajt li kullhadd fit triq kien komplici mieghi. Dak li rajt illejla ma kien xejn anqas minn recta.”
“Issoponejt.”
“Meta nqaghlet il glieda, kelli ftit zebgha hamra fil pala ta’ idi. Grejt ’il quddiem, waqajt, tfajt idi ma’ wicci, u kelli dehra li tithassarha. Hija nasba antika.”
“Anke din fhimt.”
“Meta garrewni gewwa, hi kellha ddahhalni ma setghetx taghmel mod ieħor. Kont fis salott fejn kont cert li kien ir ritratt. Jew hemm jew fil kamra tas sodda. Kont determinat li nara liema. Poggewni fuq is sufan u jien ghamilt tabirruħi li kelli bzonn l arja. B’hekk kellhom jifthu t tieqa, li tatek l opportunità.”
“U dan kif ghenek?”
“Kien importanti ħafna. Meta mara tahseb li d dar taghha qed tinharaq, l istintScandal in Bohemia 16 taghha hu li tmur tigri lejn dak l oggett li l aktar hu ta’ valur ghaliha. Hu istint li ma hemmx kontroll fuqu, u mhux l ewwel darba hadt vantagg minnu. Fil kaz tal iskandlu tal bidla ta’ Darlington gieni utli hafna, u anke f’dik l affari fil kastell Arnsworth. Mara mizzewġa taqbad it tarbija taghha – xebba tmur ghall kaxxa tal gojjelli. Kien car ghalija li s Sinjura taghna ma kellha xejn aktar prezzjuż hlief dak li konna qed infittxu. Hi kienet ha tmur tigri għalih. L allarm kien perfett. Id duhhan u l ghajjat kienu bizzejjed biex iharrku kuragg ta’ sur. Hi ghamlet kollox li stennejt. Ir ritratt kien f’toqba wara panewwa li tizzerzaq ’il-fuq fuq il lemin tal habel tal qanpiena ghas seftura. Kienet hemm fil mument tal allarm u jien rajtha meta resqet il panewwa u harġet nofs ir ritratt ’il-barra. Poggietu lura, harset lejn ir rokit, u telqet tigri ’l barra u ma rajthiex aktar. Tlabt skuza u hrabt mid dar. Ikkonfondejt ftit ghax gejt bejn haltejn jekk kienx il mument li nipprova niehu r ritratt dak il hin jew inhallih ghal aktar tard. Dak il hin dahal il kuccier u kien mohhu fija. Deher li kien ikun ahjar li nistenna. Ftit ghaggla zejda tista’ thassar kollox.”
“U issa?”
“It tfittxija hija prattikament lesta. Ghada mmur mieghek ghand ir Re, u jekk jogħġbux jigi maghna, nipprezentaw ruhna fis salott u nistennew is Sinjura. Imma jista’ jkun li meta tigi la ha ssib lilna u lanqas ir ritratt. Jista’ jkun ta’ sodisfazzjon ghall Maestà tieghu li jiehu r ritratt hu stess.”
“U meta sejjer?”
“Fit tmienja ta’ filghodu. Dak il hin tkun ghadha ma qamitx u l post ikun vojt ghalina. Barra dan irridu nkunu pronti. Dan iz zwieg jista’ jfisser bidla shiha f’hajjitha u l imgieba taghha. Irid nibghat nota lir Re bla dewmien.”
Wasalna Baker Street u waqafna hdejn il bieb. Waqt li Holmes beda jfittex għaċ ċwievet xi hadd ghadda u qallu,
“Il lejl it tajjeb Mr Holmes.”
Kien hemm bosta nies fit-triq dak il hin, izda l kliem deher li gie minghand żaghżugh irqajjaq liebes beritta tip ulster(17) li kien ghaddej mghaggel.
“Dak il-lehen smajtu darb’ohra,” qal Holmes waqt li hares lejn it triq li kienet kwazi fid dlam. “Min seta’ kien?”
Dak il lejl irqadt f’Baker Street. Filgħodu waqt li konna qed niehdu ftit hobż mixwi u kafè dahal jigri r Re tal Bohemia.
“Tassew qieghed ghandek?” qabad lil Holmes minn spallejh jghajjat.
“Ghad le.”
“Imma hemm xi tama?”
“Ghandi qalbi qawwija.”
“Mela ejja, imxi mmorru ghax qieghed fuq ix-xwiek.”
“Irridu nsibu karozzella.”
“Hemm il brum tieghi lest.”
“Dan ihaffef mhux ftit l affarijiet.”
Inzilna u tlaqna ghal darb’ohra lejn Briony Lodge.”
“Irene Adler izzewget,” qal Holmes.
“Izzewget? Meta?”
“Ilbierah.”
“Imma lil min?”
“Lil avukat Ingliz kunjomu Norton.”
“Imma ma tistax thobbu.”
“Jien ghandi xewqa kbira li thobbu.”
“U għaliex ghandek din ix-xewqa?”
“Għaliex tehles lill Maestà tieghek minn kull biza’ ta’ tfixkil fil gejjieni. Jekk il mara thobb lil zewgha ma tkunx tħobb ’il Maestà tieghek. U jekk ma thobbokx ma hemm xejn x’jixprunaha li tindahal fil pjani tieghek.”
“Sewwa sewwa qed tghid. Imma! Insomma! Kieku jahasra kienet tal livell tieghi! X’regina kienet tkun!” Bil buli ma tkellimx aktar. U wasalna Serpentine Avenue.
Il bieb ta’ Briony Lodge nfetah minn mara anzjana. Ahna u neżlin mill brum harset lejna sakastikament.
“Mr Holmes, qed nghid sewwa?” qaltlu.
“Jien Mr Holmes,” wiegeb siehbi hu u jhares lejha b’mod mifxul u mahsud.
“Dazgur! Is Sinjura tieghi qaltli li kont gej. Hi telqet dalghodu ma’ zewgha fuq il ferrovija tal hamsa u kwart mill istazzjon ta’ Charing Cross. Sejrin lejn il kontinent.”
“Stenna!” ghajjat Holmes skantat, isfar mewt u rrabjat. “Jigifieri hallew l Ingilterra?”
“Biex ma jigu lura qatt izjed.”
“U l karta?” staqsa r Re b’vuci mahnuqa. “Kollox mitluf.”
“Issa naraw.” Holmes warrab min-nofs is seftura u gera lejn is salott, bir Re u jien warajh. L ghamara kienet ta’ taht fuq, xkaffi u kxaxen maqlughin minn posthom. Qisu xerrdithom bil heffa qabel ma harbet. Holmes mar lejn il habel tal qanpiena tas sefturi, zerzaq lura l panewwa u hareġ iriratt u ittra. Ir ritratt kien ta’ Adler infisha b’libsa tal evening. L ittra kienet ghal Sherlock Holmes – tinghatalu meta jghaddi. Siehbi qatta’ l envelopp u t tlieta li ahna qrajnieha. Dan li kien hemm miktub.
Scandal in Bohemia 17Ghaziz Mr Sherlock Holmes,
Ghamilt bicca xogħol tajba hafna. Dhakt bija ghal kollox. Sa qabel inghata l allarm, ma kelli ebda susspett. Izda meta sibt kif ittradejt lili nnifsi, bdejt nahseb. Digà kont imwissija dwarek xhur ilu. Qaluli li jekk ir Re jqabbad agent hu jqabbad lilek. Tawni wkoll l indirizz tieghek. Minnkejja dan xorta wahda rnexxielek iggeghelni nikxef dak li ridt tkun taf. Sahansitra anke meta ghajni ghokritni sibtha iebsa biex nahseb ħażin fuq qassis daqshekk twajjeb. Imma inti taf li jien tharriġt fir rectar. Kostum ta’ raġel mhu xejn għalija. Hafna drabi niehu vantagg mil libertà li jaghtini kostum bhal dan. Bghatt lil John il kuccier biex jghasses warajk. Tlajt fuq, biddilt fil hwejjeġ tal passiggati kif inhobb insejhilhom u tlaqt. Insomma, imxejt warajkom sal bieb u zgurajt ruhi li jien kont hdejn il famuz Sherlock Holmes. Imbaghad b’mod xejn prudenti xtaqtlek il lejl it tajjeb u tlaqt lejn it Temple biex nara lil zewgi.
It tnejn iddecidejna li l ahjar pass ikun li naharbu meta qisna li ghandna antagonist tal-kalibru tieghek. Meta ghada tigi ha ssib il bejta vojta. Dwar ir riratt il klijent tieghek jista’ jserrah rasu. Inhobb u ninsab mahbuba minn ragel ahjar minnu. Ir Re jista’ jaghmel li jrid minghajr tfixkil minn xi hadd li hu nqeda bih hażin. Ha nzomm ir ritratt biex nipprotegi lili ninifsi, u jkolli arma li tista’ tiddefendini minn dak li hu jista’ jaghmel ghad detriment tieghi. Qed inhalli ritratt forsi joghgbu u jzommu.Nibqa’ Mrs. Norton.
Dejjem Tiegħek, Irene Adler.
“X’mara dik! Oh, x’mara dik!” ghajjat ir Re tal Bohemia hekk kif qrajna l ittra. “M’ghedtlekx kemm jilhqilha u rasha iebsa? Ma kinitx tkun regina ta’ l-ghageb? Hasra li ma kinitx tal klassi socjali tieghi.”
“Milli stajt nara mis Sinjura, tassew kienet ta’ livell li m’ghandu x’jaqsam xejn mill Maestà tiegħek,” wiegbu Holmes b’certa sirda. “Jiddispjacini li ma rnexxilix nikkonkludi b’success ix xewqa tal Maestà tieghek.”
“Ghall kuntrarju, għaziz Sinjur,” esklama r Re. “Xejn ma seta’ jmur ahjar. Naf li hi mara tal kelma. Ir ritratt hu fiz zgur daqslikieku nharaq.”
“Qed niehu pjacir nisimghek tghid hekk, Majestà.”
“Ninsab midjun bil-kbir mieghek. Ghidli kif nista’ nhallas dan id-dejn li ghandi mieghek. Dan ic curket,” u nehha minn subghajh zmerald u offrieh lil Holmes.
“Il Maestà tieghek għandha xi haġa aktar prezzjuza,” qallu Holmes.
“Ghidli x’inhi u tkun tieghek.”
“Ir ritratt!” ghajjat Holmes.
Ir Re skanta lejh.
“Ir ritratt ta’ Irene?!” esklama. “Mela le, jekk tixtiequ.”
“Nizzik hajr Maestà. Mela ma hemm xejn aktar x’naghmlu fuq dan il kaz. Ghandi l unur nghidlek, l ghodwa t tajba.” Baxxa rasu u dar ghal ghonq it triq bla ma ra (jew forsi mariedx jara) l id mahruga tar Re lest biex johodlu b’jdejh. telaq mieghi lejn Baker Street.
Dan kien kif ir renju tal Bohemia kien mhedded minn skandlu kbir u kif l aħjar pjanijiet ta’ Sherlock Holmes gew mfixkla mid-dehen ta’ mara. Holmes kien ihobb iwaqqa’ ghaċ ċajt l intellet tan nisa. Wara din l avventura ftit li xejn ghadu jghaddi biż żmien bid-dehen femminili. Meta jsemmi lil Irene Adler, jew jara r-ritratt tagha, dejjem jirreferi għaliha bil-psewdonimu ta’ gieh, jigifieri il mara’.

_________________________________________________________

Noti ta’ l-ahhar
1. Gazetteer: Dizzjunarju: jew direttorju geografiku li jaghtik informazzjoni fuq pajjiż, regjun, jew kontinent. L-informazzjoni tinkludi l ghamla geografika, statististika eż. numru ta’ popolazzjoni, produzzjoni industrijali u agrikola eċċ. Wieħed isib informazzjoni dwar l għamla fiżika tal post u fejn jinsab, ikollu taghrif dwar id daqs, kemm hu għola mill-livell tal baħar jew taht il livell tal- bahar. Naturalment hemm taghrif fuq muntanji, xmajjar u foresti kif ukoll il klima. Bosta drabi gazetteer jintuża ma’ xi mappa jew atlas. Jaghti wkoll kif hu ffurmat il-gvern.
2. Wallenstein: Albrecht Wenzel Eusebius von Wallenstein (1583 – 1634). Kien politiku u mexxej militari tal Bohemia li ghamel isem meta bl-armata tieghu ta’ 100,000 suldat ha sehem fil-gwerra tat-tletin sena bejn il Kattolici u l Protestanti. Hu ggieled fuq in naha tal-Awstrija Kattolika. L Imperatur Ferdinandu II ghamlu Kmandant Suprem tal-armata tal-Azburgi. L isem ta’ Wallenstein jibqa’ dejjem marbut ma’ din il gwerra.
3. Brum: Karozzella maghluqa b’erba’ roti. Migbuda minn ziemel jew tnejn. Fl antik meta f’Malta t-tebut bil mejjet kien jingarr bil-karru tal-mejtin warajh kien ikun hemm karozzella bħal din, li fiha kienet iggor il patri u l abbati li jkunu ha jikkumpannjaw il mejjet sac-cimiterju.
4. Parilja: Par zwiemel li jigbdu karozzella.
5. Ginea: Munita Ingliża li kienet tiswa lira sterlina u xelin. Illum ghandha valur ta’ madwar sebghin Ewro. Il kelma Ginea gejje minn regjun fl-Afrika tal- punent minn fejn kien jigi d deheb biex jimmanifatturaw il munita. Ghandha wkoll għeruq tal-munita Egizzjana el Geni. Mija minn dawn il muniti kienu jagħmlu Qirsh li kienet ekwivalenti għal wiehed u ghoxrin xelin.
6. Il-Boswell tiegħi: Espressjoni li tfisser il ħabib u bijografu ta’ xi hadd. F’dan is-sens Dr Watson hu l-Boswell ta’ Sherlock Holmes.
7. Sitt piedi u sitt pulzieri: Kejl ta’ tul-Ingliż. Kien jissejjah kejl imperjali. Sitt piedi u sitt pulizieri huma ekwivalenti għal 1.98 metri. Metru hu ftit aktar minn disa’ u tletin pulxier. F’Malta konna nuzaw u nitghallmu fil-kejl iperjali kellna il-pulzier izghar kejl, il-pied jew 12-il pulzier il-jarda li kienet tliet piedi, distanzi twal kien jitkejjlu bil-mil jew 1760 jarda
8. Astrakan: Huwa pil jew fer innukklut, mewgi u folt ta’ moghża li tghix fl inhawi tal-belt ta’ Astrakan fin-naħa ta’ isfel tar-Russja Ewropea. Il-belt tinsab fuq iz-zewġ naħat tax-xmara Volga fejn tmiss mal-baħar Kaspju. Il materjal Astrakan, li bih jinħietu l-kowtijiet hu prezzjuż hafna. Nies ghonja jistghu jixtru kowt tal-Astrakan.
9. Berill: Hagra prezzjuza ta’ kulur isfar.
10. Tweed: Drapp tas-suf mhux kompletament minsug izda li jinhass fin. In nisga tista’ tkun ta’ kulur wiehed jew inkella ta’ stil imsejjah twil, li hu disinn maghmul minn linji djagonali u paralleli. Dan id disinn ahna nafuh bhala checked izda jissejjah ukoll harringbone u jista’ jkun minsuġ b’kulur wiehed sa tlieta. It tweed hu popolari ghal barra ghaliex hu rezistenti ghall-umdità u drapp b’saħħtu. Fl-imghoddi s sinjuri kienu jmorru ghall kacca lebsin it tweed. Ghalkemm isir anke fl Irlanda l aktar post famuż ghall produzzjoni tat-tweed f’dan il-pajjiz hu County Donagal. Originarjament it tweed kien beda jinhadem fl-Iskozja.
11. Mażunerija: Il proprja isem hu freemasonry. Hija ghaqda sigrieta li tmur lura sal-erbtax il-seklu. Kienet maghmula minn imghallmin fis sengha tal-bini, b’mod specjali dawk li kienu jibnu l katidrali u l knejjes. Huma ghamlu din l ghaqda sigrieta biex izommu mistura certi aspetti tas-sengħa tal-bini biex ħadd ma johodilhom xogholhom. Maz zmien il mazunerija tferrxet u ma baqghetx esklussiva ghall imghallmin tal-bini. Din l għaqda kellha bosta fergħat f’ħafna pajjiżi. Kellha fergħat fil-forzi armati, fin-nobbiltà, fin-negozju u anke fil-politika. Illum il mażunerija għadha teżisti u fiha hemm nies jaimportanti, gho u setgħana. Li wieħed ikun membru ta’ loggia (post fejn jiltaqgħu) tal-mażuni hu sigriet kbir li ma jghidu lil hadd. Dan ghaliex min hu mażun, irrispettivament x’kariga għandu fil pajjiż, irid juri lealtà u jobdi biss ’il mazunerija.
12. Chubb: Ditta famuza li tagħmel is serraturi. Illum jisimha Mul T Lock u hija sussidjarja ta’ Assa Abloy Group, kumpanija li timmanifattura sistemi ta’ sigurtà ghal bini residenzjali u kummercjali. Il kumpanija Chubb twaqqfet minn Charles Chubb, li kellu hanut taż zebgha li jispecjalizza f’xoghol tal-baħar. Fl 1818 ittrasferixxa ruhu lejn Wolverhampton fejn rama bis serraturi.
13. Jistriljaw: Inaddfu z-zwiemel bi xkupilja apposta.
14. Ħara: L inhawi, il kwartier.
15. Inner Temple: Dan hu wieħed mill erba’ Inns of Court. Hekk jissejhu l erba’ ghaqdiet ta’ avukati u mhallfin gewwa Londra. Biex wiehed ikun jista’ jipprattika ta’ avukat irid jiġi accettat minn wieħed minn dawn l Inns of Court. L-Inner Temple jinsab f’zona maghrufa bhala Temple u tinsab biswit il Qrati tal Gustizzja. L avukati jkollhom l ufficcji taghhom fl Inns of Court. Barra l Inner Temple hemm Lincoln’s Inn, Middle Temple u Gray’s Inn.
16. Polka: Katina tad deheb li ragel idendel mas-sidrija u maghha jwahhal xi arlogg tad deheb, munita jew xi dekorazzjoni ohra tad deheb. Din titpogga fil- but tas-sidrija.
17. Ulster: Ulster huwa kowt ta’ raġel li minn fuq spallejh sa qaddu għandu qisha kappa . Kien jintlibes l-aktar fil-għodu. Kienu moda ħafna fi żmien ir- Reġina Vittoria fl-era ta’ Sherlock Holmes. Hafna drabi jkun magħmul mit- tweed jew harrinbone. Fi zmien ir Re Dwardu VII l ulster beda jintlibes minngħajr kappa u sar il kowt li jilbsu l irgiel illum. Ulster hija provinċja Ingliza fl-Irlanda ta’ Fuq fejn beda jigi magħmul dan il kowt ghall ewwel darba.
18. Beritta ulster: Din hija l beritta sinonima ma’ Sherlock Holmes għaliex hafna drabi jgibuh liebes lilha u bil pipa f’idu. Il beritta ulster hija beritta li ghandha pizz quddiem u iehor wara.

_________________________________________________________