27.01.2015 Views

Il-Mixja tal-Imhabba-Via Crucis, Randan 2013 - Marsaskala Parish

Il-Mixja tal-Imhabba-Via Crucis, Randan 2013 - Marsaskala Parish

Il-Mixja tal-Imhabba-Via Crucis, Randan 2013 - Marsaskala Parish

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Il-Mixja tal-Imħabba

Via Crucis

Nihil obstat

Die 16 a februarii, 2013

Sac.Hector M.Scerri

Cens.theol.

Imprimatur

Datum Florianae, in Curia

Archiepli. Meliten.

Die 19 a mensis

februarii Ad 2013

+ Charles J. Scicluna,

Ep.tit. Sancti Leonis,

Vic.Gen.

© Sr Alexandra Chircop,fcj

Sezzjoni Adolexxenti

Segretarjat għall-Katekeżi

Arċidjoċesi –Malta

2

Il-Mixja tal-Imħabba

Via Crucis

3

Daħla

Din ‘Il-Mixja tal-Imħabba’ – msejħa wkoll Via Crucis, hija riflessjoni fuq

it-tbatija, il-mewt u l-qawmien tal-Mulej.

Fiha ħmistax-il stazzjon, inkluż dak tal-qawmien mill-imwiet tal-Mulej.

F’din ir-riflessjoni nsibu qari mill-Iskrittura Mqaddsa, flimkien ma’ riflessjoni

fuq kull stazzjon b’sintesi mal-ħajja tagħna ta’ kuljum. Wara dan f’kull

stazzjon hemm pawsa għar-riflessjoni personali u talba. Lejn it-tmiem,

insibu t-talb tal-għeluq, li jista’ jingħad kollu jew li jintgħażlu xi talbiet minnu.

Din ir-riflessjoni: ‘Il- mMixja tal-Imħabba,’ tista’ tiġi drammatizzata,

tista’ ssir bħala riflessjoni minflok jew flimkien mas-Sebat Visti li aħna

tradizzjonalment nagħmlu f’Ħamis ix-Xirka jew f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira

filgħodu. Tista’ tintuża wkoll f’kuntest ta’ talb fi prayer group.

Il-għażla tal-background music u tal-kant li idealment jakkumpanjaw

din ir-riflessjoni qed titħallha f’idejn minn ser juża din ir-riflessjoni.

Nixtieq nieħu din l-opportunità sabiex nirringrazzja lil Mr Paul Davis

minn Vancouver ġewwa l-Kanada talli ġentilment għoġbu jagħtina

l-permess li nużaw ir-ritratti tal-erbatax-il stazzjon, liema ritratti nsibuhom filknisja

ta’ Notre Dame Des Champs, fin-Normandija ġewwa Franza.

Jalla din ir-riflessjoni fuq il-mixja tal-imħabba ta’ Ġesù Kristu għalina

tkun riflessjoni li ssaħħaħna aktar fil-fidi tagħna, tapprofondhilna aktar

l-imħabba tagħna lejn Alla u lejn il-proxxmu u tgħinna nimmaturaw aktar

fl-espressjoni reliġjuża tal-fidi tagħna.

5

L-ewwel Stazzjon

Ġesù kkundanat għall-mewt

Mill- Evanġelju skont San Mark

Pilatu mbagħad, biex jogħġob lin-nies telqilhom lil Barabba, u lil Ġesù wara

li tah is-swat, tahulhom bies isallbuh. (Mk 15: 15)

6

Riflessjoni

Pilatu huwa figura tassew interessanti! Minn fommu ħarġet waħda

mill-aktar mistoqsijiet profondi li għadha tidwi mad-dinja: X’inhi l-verità

Pilatu kien jaf li quddiemu kellu l-istess verità, l-awtur tal-verità. Pero’

tħawwad quddiem l-għażla bejn il-verità li hija Ġesù, u l-għajta tal-massa.

Ħafna drabi jiena nistaqsi lili nnifsi: huwa sewwa li ġeneralment

l-massa dejjem tirbaħ Xi kultant, kemm hi sfida kbira li toħroġ mill-ġibda

tal-massa biex tesprimi u tagħmel is-sewwa!

Ġesù, nammetti li jiena wkoll, mhux l-ewwel darba li minħabba

l-mistħija, minħabba l-biża’ li niġi mwarrba minn sħabi għamilt għażliet li

llum inħossni nistħi dwarhom. Mhux l-ewwel darba li jiena bħal Pilatu biex

ningħoġob minn ta’ madwari, ħsilt idejja minkejja li kont naf li l-verità mhix

dik li qed tgħajjat l-massa. Kemm–il darba ħsilt idejja biex nogħġob

lill-massa Kemm-il darba ħallejt lill-massa tiblagħni Kemm-il darba

ippreferejt nisma’ mill-massa aktar milli mill-kuxjenza tiegħi Kemm-il darba

iġġustifikajt l-għażliet ħżiena tiegħi bi kliem bħal: mhux kulħadd hekk qed

jgħid, mhux kulħadd hekk jagħmel

Mhux faċli li trawwem karattru sod; tgħix bih u fih. Id-dgħufija

tal-karattru hi rħisa wisq! Ġesù ħallas prezz għoli għall- irġulija tiegħu.

Pilatu ħasel idu mill-verità, imma ċappashom b’demm innoċenti.

Pawsa għar-riflessjoni personali.

Talba: Mulej, għini ma nħallix lili nnifsi ninġarr mill-massa. Għini ma nkunx

Pilatu ieħor quddiem il-verità. Ma rridx immewwet il-kuxjenza minħabba

d-dgħufija tiegħi. Mulej, għini ma nibżax mir-realtà tal-verità. Ammen

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu Santu...eċċ

Nadurawk O Ġesù u nberkuk għax b’salibek u bil-mewt tiegħek inti fdejtna

7

Tieni Stazzjon

Ġesù mgħobbi bis-salib

Mill-Evanġelju skont San Ġwann

Ġesù refa’ s-salib u ħareġ lejn il-post imsejjaħ ‘il-Qorriegħa’, bil-Lhudi

Golgota. (Gw. 19: 17)

8

Riflessjoni

Ħafna drabi l-ħajja ma tagħmilx sens, almenu hekk naraha jiena u naħseb li

bħali jarawha bosta. Wara kollox x’jagħmel il-ħajja bis-sens,forsi n-nuqqas

ta’ tbatija It-tbatija hija parti mill-ħajja. Ħadd ma jista’ jaħrab minnha.

Il-gwaj taż-żmienna hu li bosta jippruvaw jaħarbu t-tbatija, jaħarbu s-salib u

jispiċċaw fi gwaj akbar.

Fil-ħajja hemm slaleb li nġibuhom b’idejna aħna stess minħabba

l-għażliet bla sens li nagħmlu. Hemm slaleb li jgħabbuna oħrajn bihom

minħabba l-egoiżmu sfrenat tagħhom. Hemm slaleb, jekk jistgħu jissejħu

hekk, li jippermettihom Alla, għall-ġid tal-persuna. Pero’, dawk li

jippermettihom Alla, huwa, jagħtina l-għajnuna biex inġorruhom. Kemm

il-bniedem ifittex u jaċċetta din l-għajnuna hija għażla tal-individwu. Alla qatt

ma jippermetti xejn lill- bniedem aktar minn dak li jiflaħ għalih. Quddiem din

ir-realtà tat-tbatija l-fidi f’Alla, u t-tama fiH għandhom rwol ċentrali.

Kemm-il darba Mulej, gergirt miegħek minħabba l-iċken tbatija li kelli

ngħaddi minnha Kemm-il darba, bi lsieni u bl-attitudni tiegħi kont u għadni

ta’ salib għall-oħrajn Kemm-il darba, waħħalt fik, saħansitra ħadtha kontrik

u tbegħidt minnek bl-aktar mod drastiku, għaliex fil-ħajja ġejt wiċċ imb wiċċ

ma’ xi saram Kemm-il darba fit-tbatija tiegħi rrikorejt għand kulħadd u għal

kollox minbarra lejk – Mulej!

Pawsa għar-riflessjoni personali

Talba: Mulej, għini nagħraf x’inhu tassew is-salib tiegħi f’ħajti. Għini nħares

lejh u nġorru bil-fidi. Jista’ jkun li dak li qed narah bħala salib mhu xejn għajr

il-mezz li bih nibqa’ fidila lejk. Mulej, tħallinix naqa’ fis-sentimentaliżmu,

saħħaħ fija l-fidi Fik, qawwini fit-tama.

Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu Santu...eċċ

Nadurawk O Ġesù u nberkuk għax b’salibek u bil-mewt tiegħek inti fdejtna

9

Tielet Stazzjon

Ġesù jaqa’ għall-ewwel darba taħt is-salib

Qari minn Salm 118

B’saħħithom kollha mbutawni biex naqa’ imma l-Mulej tani l-għajnuna.

Qawwa tiegħi u għana tiegħi hu l-Mulej; hu kiengħalija s-salvazzjoni tiegħi.

(Salm 118: 13-14 )

10

Riflessjoni

L-umanità tiegħek waqgħat taħt is-salib. Ġesù waqajt biex turina kemm inti

tifhem lill-bniedem meta dan jaqa’ sforz id-dgħufija tiegħu. Mhux tant li

wieħed jaqa’ jgħodd, l-importanti li jagħmel ħiltu kollha biex jerġa’ jqum.

Ġesù,int qomt u komplejt it-triq, qalb l-għajjat u l-akkużi inġusti

tal-ispettaturi. Xi spettaklu hux! U jiena quddiem il-waqgħat ta’ ħija u oħti,

x’nagħmel; nogħxa bid-daħk; inċapċap bil-ferħ; norbot idejja u nibqa’

nħares b’mod indifferenti X’nagħmel

La ma kontx int li waqajt,ħalli għalik li titkaża bit-tkaxkira ta’

ħaddieħor. Tippriova tiskolpi ruħiek b’elf skuża. Bniedem dgħajjef li int, ma

tafx li l-waqgħa ta’ ħuk illum tista’ tkun il-preludju tal-waqgħa tiegħek għada!

Imbagħad naraw l-ispettaklu kif sa jkompli u x’sa jagħmlu l-ispettaturi –

dawk li sa ftit ilu kont f’nofshom int ukoll! Min jaf kieku kont int l-protagonista

ta’ dan l-ispettaklu, kemm kont tixtieq u tistenna atteġjamenti differenti minn

ta’ madwarek!

Mulej, jiena mhux l-ewwel darba waqajt! F’kull waqgħa tgħallimt li

l-aktar ħaġa importanti hi li nagħmel kuraġġ, li nħares lejk u mill-ġdid nerġa’

nqum. Mhux faċli. Meta naqa’ aktar insib min jitħassarni u jfissidni milli nsib

min jipprova jgħini biex inqum. Forsi hawn min jippreferi li jibqa’ jfissidni

fil-waqgħa tiegħi, għax jibża’ minni u mill-onestà tiegħi jekk nerga’ nqum.

Mulej, ħadd ma jista’ jqum waħdu, bilfors irid jirrikorri għall-għajnuna kemm

tiegħek u kemm ta’ ħutu l-bnedmin. Mulej għandna bżonn xulxin, fil-ferħ u

fil-għali.

Pawsa għar-riflessjoni personali.

Talba: Għini Mulej sabiex ma nkunx biss sempliċi spettatur quddiem

il-waqgħat ta’ ħuti, imma nipprova nwiżinnhom flimkien miegħek.

Mulej,imlieni bil-kuraġġ, saħħaħ id-dgħufija tiegħi. Ammen

Glorja lill-Missier u lill-Ibenu lill-Ispirtu Santu...eċċ

Nadurawk O Ġesù u nberkuk għax b’salibek u bil-mewt tiegħek inti fdejtna

11

Ir-Raba’ Stazzjon

Ġesù jiltaqa’ m’ommu Marija

Mill-Evanġeliju skont San Luqa

Xmun berikom u qal lil ommu Marija: ‘Ara, dan se jġib il-waqgħa u

l-qawmien ta’ ħutna f’Iżrael; se jkun sinjal li jmerruh, u inti wkoll, sejf

jinfidlek ruħek! – biex jinkixfu l-ħsebijiet moħbija fil-qlub ta’ ħafna.’

(Lq 2: 34-35)

12

Riflessjoni

Fit-tbatija tiegħu, omm Ġesù ma dawrietx wiċċha, ma nsietux, ma ċaħditux,

ma waqqagħtux għaċ-ċajt, ma ppruvatx tiskolpa ruħha u tgħid man-nies,

jien rabbejtu tajjeb, ftaħtlu għajneh kemm-il darba issa ħalli jieħu dak li

żera’.

Ommna Marija, ma għamlet xejn minn dan, baqgħet fidila lejn binha,

imxiet miegħu t-triq kollha tas-salib, imxiet miegħu bl-imħabba l-mixja

tal-imħabba. Fil-mixja tiegħu, Ġesù iltaqa’ ma’ ommu. M’hemmx bżonn ta’

kliem. Quddiem tbatija kbira u mħabba hekk qawwija, il-kliem hu fqir wisq.

Il-Madonna ma stħadtx minn binha, kienet taf li umanament Ġesù

kellu bżonn jaraha, kellu bżonn iġedded il-kuraġġ tiegħu. Ġesù, l-iben ta’

Alla, magħmul bniedem, f’dawk il-mumenti laqa’ b’għożża lil ommu.

Pawsa għar-riflessjoni personali

Talba: Mulej, agħti l-għajnuna lill-ommijiet kollha sabiex jibqgħu jħobbu lil

uliedhom sal-aħħar. Għin lil ulied sabiex qatt ma jabbandunaw lill-ġenituri

tagħhom. Ammen

Glorja lill-Missieru u lill-Iben u lill-Ispirtu Santu...eċċ

Nadurawk O Ġesù u nberkuk għax b’salibek u bil-mewt tiegħek inti fdejtna.

13

Il-Ħames Stazzjon

Xmun iċ-Ċirinew jgħin lil Ġesù jerfa’ s-salib

Mill-Evanġelju skont San Luqa

Huma u sejrin bih, qabdu wieħed jismu Xmun minn Ċireni, li kien ġej lura

mir-raba’ u għabbewh bis-salib biex iġorru wara Ġesù. (Lq. 23: 26)

14

Riflessjoni

Ir-rwol ta’ Xmun iċ-Ċirinew f’din il-mixja tal-imħabba, tassew jaffaxxinani, u

dan għal diversi raġunijiet. Nistħajlu kien bniedem li jżomm lura, forsi

fiċ-ċirkustanzi li kien fihom kellu raġun jagħmel hekk. Ma ħassux li kellu

jivvolontarja biex jerfa’ s-salib ta’ Ġesù – madankollu, ġie mqabbad jagħmel

dan. U għamlu! Meta qabad il-patibolu, ma ġeriex bih, waslu, ħeles u telaq

’l hemm, imma mexa bil-pass ta’ Ġesù ma’ Ġesù. X’paċenzja! Iċ-Ċirinew,

fil-għajnuna tiegħu lil Ġesù kien espost għar-ridikolaġni tal-massa, bħalma

kien Ġesù. U ċ-Ċirinew baqa’ miexi bil-pass ta’ Ġesù ma’ Ġesù, sakemm

Ġesù stejqer u kompla t-triq waħdu.

Kemm-il darba nisimgħu l-espressjoni, nimxu mal-adolexxenti u

maż-żgħażagħ minn fejn qegħdin; imma nistaqsi: għandna l-paċenzja

spiritwali li nimxu magħhom pass pass, bil-waqfiet u bil-pawsiet kollha li

jagħmlu fil-ħajja tagħhom

Xmun iċ-Ċirinew hu mudell ta’ din il-paċenzja spiritwali.

Pawsa għar-riflessjoni personali.

Talba: Mulej Ġesù agħtini dik l-paċenzja spiritwali li nagħraf Int xi trid minni,

li nimxi flimkien miegħek il-mixja spiritwali ta’ ħajti. Li nimxi ma’ ħuti

speċjalment l-adolexxenti u żgħażagħ bil-pass tagħhom, li nwiżinhom jimxu

fit-triq li tridhom Int u mhux fejn u kif irid jien.

Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu Santu...eċċ

Nadurawk O Ġesù u nberkuk għax b’salibek u bil-mewt tiegħek inti fdejtna.

15

Is-Sitt Stazzjon

Il-Veronika tixxotta l-wiċċ ta’ Ġesù

Mill-Evanġelju skont San Mattew

Meta rajniek barrani u lqajniek, jew għeri u libbisniek Meta rajniek marid

jew fil-ħabs u ġejna nżuruk U s-sultan iweġibhom u jgħid:’ Tassew,

ngħidilkom, kulma għamiltu ma’ wieħed mil-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh

miegħi.’ (Mt 25: 38-40)

16

Riflessjoni

Il-ġrajja tal-Veronika ma nsibuhiex miktuba fl-Evanġelju, nafu biha permezz

tat-tradizzjoni. Madanakolu, l-esperjenza ta’ din il-mara minn dejjem

inżammet b’rispett mill-Knisja minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Il-Veronika; x’meravilja ta’ mara! Ħadd ma jaf eżatt isimha, ġiet

imsejħa l-Veronika għaliex fuq il-maktur li bih ixxuttat wiċċ Ġesù baqgħet

stampata vera ikona tal-wiċċ imqaddes tiegħu. Kienet mara veru unika

fil-kuraġġ tagħha, fir-rispett tagħha lejn Ġesù, fl-imħabba u fil-fedeltà

tagħha lejh. Ma beżgħetx mill-folla, ma beżgħetx li tiġi assoċjata Miegħu,

ma beżgħetx li wara din l-esperjenza tiġi mgħajra u mwarrba min-nies.

Il-qawwa tal-fedeltà u tal-imħabba hija profonda wisq. Il-Veronika hi mudell

ta’ dan kollu.

Kemm-il darba Mulej, nibża’ nagħmel il-ġid lil xi ħadd imwarrab

mis-soċjetà għaliex nibża’ li b’assoċjazzjoni miegħu/magħha s-soċjetà

twarrab lili Kemm-il darba xtaqt li noħroġ għonqi għal xi ħadd batut, imma

bżajt mill-għidut tan-nies! Faċli nippritkaw li f’kull bniedem hemm ix-xbieha

ta’ Alla, hekku fil-fatt, imma fir-realtà kemm hu diffiċli li bħal Veronika toħroġ

minn qalb il-folla, tħalli l-massa warajk u tipprova tixxotta d-dmugħ ta’ ħuk

muġugħ, imwarrab, mgħajjar, diskriminat, ħuk ta’ kulur, twemmin, razza u

kultura differenti Daqskemm hu faċli li ddaħħal idejk fil-but u tagħti l-flus

għal ħuk fil-bżonn, daqstant ieħor huwa diffiċli li toħroġ il-maktur, tħares

f’għajnejh u tixxuttalu d-dmugħ tal-ugigħ tiegħu. Il-Veronika għandha ħafna

x’tgħallimna. Hija kienet tassew mara bis-sens!

Pawsa għar-riflessjoni personali

Talba: Mulej, inħossni dgħajjef wisq quddiem il-kuraġġ tal-Veronika. Ngħir

għar-rieda soda tagħha, ngħir għall-imħabba qawwija tagħha. Nemmen

ħafna fis-solidarjetà, imma nibża’ nbati f’ġieħ is-solidarjetà. Mulej, għini

fin-nuqqas ta’ kuraġġ tiegħi.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu Santu...eċċ.

Nadurawk O Ġesù u nberkuk għax b’salibek u bil-mewt tiegħek inti fdejtna.

17

Is-seba’ Stazzjon

Ġesù jaqa’ għat-tieni darba

Qari minn Salm 31

‘Ħenn għalija Mulej, għax ninsab fil-hemm,

Nfnew għajnejja minħabba d-dwejjaq, ruħi wkoll u l-ġewwieni tiegħi.

Nfniet ħajti bil-għali;

Minħabba fil-hemm naqsitni saħħti,

U tmermer għadmi kollu.’ (Salm 31: 10-11)

18

Riflessjoni

Erġajt waqajt Ġesù. Għajjien, imfarrak bit-torturi. Tbati bla ħtija. Tbati

għall-imħabba minkejja li taf li bosta mhux biss mhux ser jirrikonoxxuha

imma saħansitra ser jirridikolawha. Waqajt minħabba l-għeja fiżika u mhux

għax għajjejt tħobb.

Kemm-il darba fil-mixja tal-ħajja naqa’ wiċċi mċaftar fit-trab u t-tajn

tal-ħajja Hemm diversi affarijiet li jimbuttawni biex naqa’, fosthom

is-suppervja tiegħi, il-qtugħ ta’ qalb mill-ħajja, in-nuqqas ta’ fiduċja fik Mulej.

L-agħar ħaġa hi meta nħossni mbuttat minn persuni li mingħalija jixtiequli

l-ġid. Meta naqa’ ninduna li mhux talli ma jixtiqulix ġid, imma fil-waqgħa

tiegħi ħadd minnhom ma ftakar fija. X’rabja taqbadni, x’dieqa! Fejn hi

l-ħbiberija Spiss jiftaħru li huma ħbieb tiegħi, il-facebook mimli bihom,

imma sal-facebook jaslu! Bosta jitħassruni, jibdew jitkellmu fuq l-esperjenza

qarsa tiegħi, wara ftit jinsewni u jerggħu jibdew ipaċpċu fuq mitt elf ħaġa.

Nammetti, mhux kulħadd huwa hekk. Hawn ħafna tajjeb ukoll. Fid-dinja

ssib minn kollox!

U jien! Kważi, kważi nippreferi nibqa’ mċaftra mal-art milli nipprova

niggranfa miegħek O Mulej u nqum. Nibża’ nqum għax nibża’ mir-realtà

tal-ħajja. Fil-verità nibża’ mill-isfidi tal-imħabba. Imma int Ġesù, qomt, bi

tbatija, wiċċek kollu sfigurat mill-uġigħ tal-imħabba, qomt u komplejt il-vjaġġ

tiegħek...komplejt il-mixja tal-imħabba.

Pawsa għar-riflessjoni personali

Talba. Ġesù, din it-tieni waqgħa tiegħek timlieni bil-kuraġġ. Min jaf kemm-il

darba għad irid naqa’ fil-ħajja tiegħi! Mulej, saħħaħ fija l-fidi fik, neżżagħni

mis-suppervja tiegħi, mill-ġudizzju tiegħi fuq l-oħrajn, għini nemmen fik u fija

nnifsi ħalli Bik miegħi nerga’ nqum u nerġa’ nibda nħobb minkejja

t-tradimenti kbar u żgħar li nġarrab l-aktar mingħand dawk l-aktar viċin

tiegħi. Għini Mulej, inkompli nemmen fl-imħabba.

Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu Santu...eċċ

Nadurawk O Ġesù u nberkuk għax b’salibek u bil-mewt tiegħek inti fdejtna.

19

It-Tmien Stazzjon

Ġesù jikkonforta lin-nisa ta’ Ġerusalemm

Mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl lill-Korintin

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, Missier il-ħniena u Alla ta’ kull

faraġ. Hu jfarraġna fid-dwejjaq kollha tagħna, biex aħna, permezz tal-faraġ

li bih Alla jfarraġ lilna, inkunu nistgħu nfarrġu lil dawk kollha li jinsabu f’kull

xorta ta’ dwejjaq. (2Kor1: 3-4)

20

Riflessjoni

Bosta kienu li tħassruh, oħrajn bkew xħin rawh f’dik is-sura, oħrajn baqgħu

mibluha: bosta bdew jgħidu: kif jista’ jkun dan kollu, dan mhux dak li qajjem

lil Lazzru mill-mewt,li temgħana ħobż bix-xebgħa; x’għamlilhom biex

wassluh sa hawn Min kien rasu f’postha kien jaf li Ġesù hu bla ħtija.

U Ġesù, quddiem dan kollu, lil dawk in-nisa kkonfortahom, fehem

d-dubji tagħhom, fehem in-niket tagħhom għalih. Fehem ukoll li kien hemm

xi wħud li riduh għall-mirakli u għall-għeġubijiet li għamel aktar milli għax

emmnu fih u fi kliemu. Madankollu, xorta, Ġesù kkonfortahom għax fehem

l-umanità tagħhom u għadirha..

In-nisa ta’ Ġerusalemm, kienu jafu li l-konfort tiegħu hu ġenwin, li

l-konfort tiegħu ħadd mhu ser jeħodulhom. Ġesù nesa t-tbatija tiegħu u

ħaseb fl-oħrajn. X’imħabba!

Mulej, din ir-realtà taħsadni, tregħidni minn ġewwa. Nieħu gost

biż-żegħil, nieħu gost niġbed ftit attenzjoni fuqi, nieħu gost nitfissed xi ftit,

anzi nippretendi li niġi kkonfortat fid-dwejjaq tiegħi. Taħseb li xi kultant

tippretendi wisq mill-oħrajn f’mumenti iebsin Aħseb ftit.

Inti taħsadni Mulej! Tħallini bla kliem! Qed tisfidani Mulej, biex ninsa

lili nnifsi, biex ninsa l-fsied tiegħi u mmur ħdejn ħija u oħti li huma aktar

batuti minni. Ma jfissirx li inti, Ġesù, tridni niċħad it-tbatijiet tiegħi, xejn minn

dan, anzi, tridni li għax nifhem l-uġigħ tat-tbatija, immur minn jeddi għand

ħuti l-batuti u noffrilhom imħabbti, noffrilhom li flimkien miegħek Ġesù

nimxu t-triq tal-imħabba. Tassew taħsadni Mulej!

Pawsa għar-riflessjoni personali.

Talba: Mulej għini nirealizza li meta ninsa lili nnifsi u nersaq lejn ħuti, l-ferħ

li inti tnissel fija ħadd u xejn ma jeħodhuli. Kemm hu ikrah l-egoiżmu! Kemm

hu ikrah meta noqgħodu nilagħbuha tal-vittma! Ġesù,għini negħleb

l-egoiżmu tiegħi.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lil-Ispirtu Santu...eċċ.

Nadurawk O Ġesù u nberkuk għax b’salibek u bil-mewt tiegħek inti fdejtna.

21

Id-Disa’ Stazzjon.

Ġesù jaqa’ għat-tielet darba

Mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija

[Il-Mulej] hu li jagħti l-qawwa lill-għajjien, u jkattar il-qawwa lil min hu bla

saħħa. Jintelqu ż-żgħażagħ u jegħjew, fl-aħjar tagħhom jogħtru l-irġiel.

Imma dawk li jittamaw fil-Mulej jieħdu saħħithom... ( Iżaija 40: 29-31a)

22

Riflessjoni

Erġajt waqajt Ġesù; it-tielet waħda din. Kulħadd jaf bihom dawn it-tliet

waqgħat! Min jaf kemm kien hemm aktar. Donnu dawn it-tlieta kienu xi ftit

goffi aktar mill-oħrajn.

It-tliet waqgħat tiegħek juruni li l-ħajja hija mimlija tlugħ u nżul.

Fir-realtà l-ħajja mhix xi fairytale, għandha ħafna mumenti sbieħ, jekk

naħdmu għalihom, imma fiha wkoll l-isfidi tagħha. Għal xi wħud il-waqgħat

huma fallimenti, fil-verità mhumiex, għall-bniedem matur huma okkażjonijiet

ta’ riflessjoni profonda. L-akbar suċċessi fil-ħajja kważi kollha ġew wara

l-akbar waqgħat. Kollox jiddependi kemm il-bniedem jafda f’Alla, ikun umli

biżżejjed biex jitlob l-għajnuna, jaċċettaha, iqum u jkompli miexi.

L-umiltà hija ċ-ċavetta ta’ dawk li ħallew id-dinja aħjar milli sabuha.

L-akbar ġenji tad-dinja kważi kollha ġew umiljati f’ħajjithom. Bl-umiltà

tagħhom qed ingawdu dinja aħjar. Il-kburin farrku d-dinja u qerdu l-umanità.

X’umiljazzjoni, Ġesù, erġajt waqajt. Quddiem l-umiltà tiegħek inħossni

nistħi. Ġesù l-umiltà tiegħek tkexkixni. Kemm għadni lura Mulej fil-ħajja

spiritwali tiegħi!

Madankollu fil-fond ta’ qalbi nħossok tgħidli, agħmel kuraġġ, jiena

miegħek dejjem, jekk inti tridni.

Pawsa għar-riflessjoni personali

Talba: Mulej,kemm huma iebsin l-umiljazzjonijiet! Kemm nibza’ minnhom!

Ġesù għini negħleb din il-biża’; tħallini qatt inwarrab il-ħarsa tiegħi minn

fuqek, tħallini qatt nimtela tant bija nnifsi li ninsiek.

Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu Santu...eċċ

Nadurawk O Ġesù u nberkuk għax b’salibek u bil-mewt tiegħek inti fdejtna.

23

Il-Għaxar Stazzjon

Ġesù mnezza’ minn ħwejġu

Mit-Tieni ittra ta’ San Pawl lill-Korintin

Iżda hu weġibni:’Biżżejjed għalik il-grazzja tiegħi; ghax il-qawwa tiegħi

tidher fl-aqwa tagħha fejn hemm id-dgħajjef’. Għalhekk niftaħar minn qalbi

l-aktar bod-debulizzi tiegħi biex il-qawwa ta’ Kristu tgħammar fija. Mela

bil-qalb kollha nitgħaxxaq bid-debulizzi tiegħi, bit-tagħjir, bl-għaks,

bil-persekuzzjonijiet, bid-dwejjaq minħabba Kristu; għax meta nkun

dgħajjef, inkun qawwi. ( 2Kor.12: 9-10

24

Riflessjoni

Neżżgħuk Ġesù. Issa għeri għalkollox. U huma jħarsu lejk. Min staħa

minnek, min beda jidħaq, min kien indifferenti, min kompla jirridikolak.

Kemm kont vulnerabbli; espost għal għajnejn kulħadd. Hekk riedu, hekk

għamlu. Neżżgħuk.

Kemm-il darba f’ħajti bi kliemi, b’għemili, bl-istrateġiji tiegħi neżżajt

nies mid-dinjità tagħhom Sraqtilhom l-isem tajjeb li kellhom ma’ sħabhom

u fis-soċjetà, sraqtilhom il-ħobża ta’ kuljum, sraqtilhom il-gost li kienu qed

jieħdu f’ħidma għal qalbhom, sraqtilhom il-ħbieb. Hawn ħafna li huma

tassew makakki, li waqt li jkunu qed ineżżgħuk, xorta jibqgħu juru

atteġjamenti ta’ ħbiberija; forsi wkoll fl-innoċenza tiegħek tkun qed tiftaħ

qalbek magħhom u turihom bis-saram tiegħek. U huma jkunu qed jaħdmu

minn taħt kontrik! Kemm maskli!

Nisimgħek tgħidli, l-azzjoni m’għamiltix jien, jista’ jkun li mhux dejjem

direttament kont int, però naf li tassew għandek tattika kif titfa’ l-ġebla u

taħbi jdejk. Nistaqsik: min hu l-aktar l-vulnerabbli: l-għeri jew int Huwa int,

għaliex għall-ambizzjoni tiegħek għamilt azzjonijiet li bihom tbaxxejt salqiegħ

tal-art. L-azzjoni hi ta’ min jagħmilha u mhux ta’ min jirceviha. Min hu

għeri mir-irġulija faċli jneżża’ lil ħuħ mid-dinjità tiegħu

It-tajba hi, li wara li neżżajthom u qgħadt tħares lejn l-għera tagħhom.

kont minn tal-ewwel li mort tfarraġhom u tgħidilhom, agħmlu kuraġġ, afdaw

fil-Mulej! X’wiċċ għandek! Maskli biss! Faċli li tneżża’ lil xi ħadd, kemm hu

diffiċli li terga’ tlibsu.

Pawsa għar-riflessjoni Personali

Talba.. Kemm hi kerha l-għira Mulej! Mulej, għini nikkontrolla l-għira li

hemm ġo fija. Id-dgħajjef jitfa’ l-ġebla u jaħbi idu! Mulej,tħalli xejn li

jneżżagħni mill-imħabba sinċiera lejk u lejn ħuti.

Glorja lill-Missier u lill-Iben u lil-Ispirtu Santu...eċċ

Nadurawk O Ġesù u nberkuk għax b’salibek u bil-mewt tiegħek inti fdejtna.

25

Il-Ħdax-il Stazzjon

Ġesù msallab mas-salib

Mill-Evanġelju skont San Luqa

Kien hemm ukoll tnejn oħra, żewġt irġiel ħatja li ħaduhom għall-mewt

miegħu. Meta waslu fil-post jgħidulu l-Qorriegħa, salbuhom hemm, lilu u

lill-ħatja, wieħed fuq il-lemin tiegħu u l-ieħor fuq ix-xellug. U Ġesù qal:

‘Missier, aħfrilhom, għax ma jafux x’inhuma jagħmlu.’ (Lq. 23: 33-34 )

26

Riflessjoni

Issa kuntenti Mulej, fl-aħħar sallbuk. Ħasbu li rebħu! Imsieken! Ma jafux li

l-vittma qatt mhu tellief! Anke minn fuq is-salib, Ġesù bqajt tħawwadhom.

L-aktar ħaġa li biha ħsadt lil kulħadd minn fuq is-salib kienet meta ħfirt

lil kulħadd għax ma jafux x’inhuma jagħmlu! U trid tassew ma tkunx taf

x’qed tagħmel biex issallab lil min jagħmilek il-ġid! Li taħfer mhix dgħufija.

Altru trid trid tkun bniedem ta’ karattru sod u ta’ fidi soda, biex taħfer lil

oħrajn. Mhux faċli taħfer. Il-vera maħfra mhix biss meta tgħid lil xi ħadd,

jiena naħfirlek, imma meta tiltaqa’ ma’ dik il-persuna u kull darba f’qalbek

terġa’ ġġeded l-maħfra għaliha. Bħall-imħabba, il-maħfra trid dejjem tiġi

mġedda. Faċilment tibred. Ħafna jsibuha faċli jaħfru lill-oħrajn, imma diffiċli

biex jaħfru lilhom infushom. Il-kisba tas-serenità personali titlob investiment

spiritwali qawwi.

Kemm-il darba ħfirt lilek innifsek Kemm-il darba xi ħadd talbek

maħfra u dawwart wiċċek Tibża’ titlob maħfra lil xi ħadd Min jaf kemm-il

darba għidt fik innifsek u forsi anke mal-oħrajn: le ma nitlobx maħfra, ma

naqax għalih/għaliha Xi bluha! Taħseb li f’qalbek sa jkun hemm paċi! Billi

titbissem u tidħaq, ma tħossokx attur f’teatru Il-paċi tinkiseb biss b’maħfra

sinċiera. Altru li trid tkun mimli mħabba u sod fil-fidi biex taħfer tassew.

Il-ġenn tal-imħabba hu s-sies tal-maħfra. L-iblah mhux dak li ma jafx x’qed

jagħmel, imma dak li jagħmel affarijiet li ħadt ma jifhimhom! Min jifhem

il-ġenn tal-imħabba ta’ Kristu għalina

Pawsa għar-riflessjoni personali

Talba: Mulej, ir-realtà tal-maħfra tkexkixni. Irrid minn jaħfirli,xi kultat

inħossha iebsa wisq li naħfer lil oħrajn. Is-suppervja tiegħi ttaqqalni biex

naħfer. Mulej, la nibża’ naħfer nibża’ nħobb fil-verità. Għini Mulej,

fid-dgħufija tiegħi.

Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu Santu...eċċ.

Nadurawk O Ġesù u nberkuk għax b’salibek u bil-mewt tiegħek inti fdejtna.

27

It-Tnax-il Stazzjon

Ġesù jmut fuq is-salib

Mill-Evanġeliju skont San Ġwann

Kien hemm bieqja mimlija bil-ħall; huma xarbu sponża bil-ħall, waħħluha

ma’ qasba tal-issopu, u ressuhielu lejn ħalqu. Kif Ġesù ħa il-ħall, qal:

“Kollox hu mitmun”! Imbagħad mejjel rasu u radd ruħu. ( Ġw.19: 29-30)

28

Riflessjoni

Kollox mitmum. Ġesù miet, cioè qatluh! Għal bosta deher fallut. Inti taħseb

li Ġesù għax miet għall-imħabba kien fallut Jekk taħseb hekk, tassew

nitħassrek! Tista’ xi darba l-imħabba sinċiera tkun falluta

Miet jagħti l-ħajja u jippurifika lid-dinja –ilma u demm ħarġu

mill-kustat tiegħu. Miet biex isalva lil kulħadd, minkejja li kien jaf li mhux

kulħadd irid isalva. Dan hu l-riskju u l-privileġġ tal-libertà.

Qalu li hu fallut! Fallut sabiħ! Minn huma l-falluti tas-soċjetà tal-lum

Għal bosta huma dawk li jinsew lilhom infushom, iħallu l-karriera tagħhom,

iħallu kollox warajhom u jsegwu l-vuċi tal-Mulej. Għas-soċjetà dawn huma

misteru. Għal xi wħud huma kkunsidrati falluti. Huma jmutu għad-dinja, biex

int u jien nieħdu l-ħajja. Trid tibqa’ mfakkar għas-suċċessi kbar tiegħek

Mut għalik innifsek u tara kif tibda t-triq tas-suċċess, mhux is-suċċess li

tifhem bih id-dinja kontemporanja, imma s-suċċess li ma jintemm qatt –

l-imħabba sinċiera lejn Alla u lejn kulħadd.

Tibza’ tmut għalik innifsek Trid li dejjem u f’kollox tgħaddi tiegħek.

Trid li jkollok l-aqwa minn kollox. Trid li tkun magħruf/a Trid tkun taf kollox

jekk jista’ jkun fuq kulħadd Jekk int minn dan it-tip, altru li tibża’ tmut għalik

innifsek. Altru tibza’ mis-silenzju. Altru li tipprova ġġb kull skuża biex toħnoq

il-vuċi ta’ Alla fik, li ma jmurx isejjaħlek għal warajh.Trid tagħmel ħoss

fid-dinja – insa lilek innifsek. Ġesù għex ħajtu kollha f’Iżrael, f’mewtu ġie

mislub barra l-ħitan ta’ Ġerusalemm biex ikun kollox għal kulħadd. ‘Kollox

mitmun,’ hu l-għerq tal-bidu ta’ kollox. Bidu ta’ ħajja ġdida mifdija

bl-imħabba ta’ Ġesù Kristu.

Pawsa għar-riflessjoni personali

Talba: Nadurak O Ġesù msallab. Nirringrazzjak O Ġesù li mitt għalija.

Għini, noħroġ mill-gaġġa tal-egoiżmu tiegħi u nkun aktar ġeneruż ma’ Alla u

ma’ ħuti l-bnedmin.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-ispirtu Santu...eċċ

Nadurawk O Ġesù u nberkuk għax b’salibek u bil-mewt tiegħek inti fdejtna.

29

Tlettax-il Stazzjon

Ġesù mniżżel mis-salib

Mill-Evanġeliju skont San Luqa

U kien hemm wieħed jismu Ġużeppi, membru tal-Kunsill, imma raġel tajjeb

u ġust, li ma kienx qabel mal-membri l-oħra f’dak li riedu u f’dak li għamlu.

Kien minn Arimatija, belt tal-Lhudija, u kien jistenna s-Saltna ta’ Alla. Dan

mar għand Pilatu u talbu l-ġisem ta’ Ġesù, u niżżlu mis-salib...

(Lq. 23: 50-53)

30

Riflessjoni

Ġesù niżluk mis-salib! Nimmaġinaw li poġġewk fi ħdan ommok. L-ebda

kliem ma hu adegwat biex jiddeskrivi x-xena u s-sentimenti t’ommok Marija.

F’din ir-realtà kollha, jidher Ġużeppi minn Arimatija. Ħabib fidil tiegħek.

Bniedem kuraġġuż li għamel minn kollox biex jgħinek u jeħilsek mill-mewt

hekk kiefra. Ġesù, jidher li Ġużeppi kien bniedem li emmen fik. Ġużeppi

minn Arimatija kien bniedem tar-rispett. Ħabib ta’ veru.

Il-bniedem għatxan għall-ħbiberija u fl-istess ħin jibża’ minnha.

Il-ħbiberija vera tirrikjedi ħafna miż-żewġ naħat. Int tibża’ tkun ħabib

tassew Ħares ftit fil-profond lejn il-fedeltà u l-commitment bis-sħiħ ta’

Ġużeppi minn Arimatija; żgur li għandu ħafna x’jgħallmek.Il-mixja

tal-imħabba tkompli - għax l-imħabba iġġib aktar imħabba.

Pawsa għar-riflessjoni personali

Talba:Mulej, għini nkun ħabib tassew.Ħabib li ma ninqediex bil-ħbiberija.

Ħabib li ma nużax lil sħabi bħala sellum għall-vantaġġi tiegħi. Għini, nkun

ħabib sinċier, ħabib kuraġġuż, ħabib li f’ħuti nara tassew x-xbieha tiegħek.

Glorja lill-Missier,lill-Iben u lill-Ispirtu Santu...eċċ.

Nadurawk O Ġesù u nberkuk għax b’salibek u bil-mewt tiegħek inti fdejtna.

31

Erbatax-il Stazzjon

Ġesù midfun f’qabar ġdid

Mill-Evanġeliju skont San Luqa

[Ġużeppi minn Arimatija ] mar għand Pilatu u talbu l-ġisem ta’ Ġesù, niżżlu

mis-salib, keffnu f’liżar, u qiegħdu f’qabar maqtugħ fil-blat, li fih kien għadu

ma tqiegħed ħadd. (Lq. 23:53)

32

Riflessjoni

Ġesù difnuk f’qabar ġdid. Nafu li ebda qabar ma seta’ jesgħek; inti li inti

l-awtur tal-ħajja.

Is-skiet tal-qabar. Skiet li jserraħ. Skiet li minnu tinbet il-ħajja.

Mis-skiet tal-qabar għall-qawmien mill-mewt; il-bidu ta’ ħajja ġdida. Kollox

fis-skiet.

Jaħsdek xejn is-skiet Taf li s-skiet huwa b’saħħtu aktar mill-istess

kliem. Tibżax mill-verità li s-skiet iġib miegħu. Is-skiet f’waqtu jġib il-ħajja.

Naf li l-ħajja mgħaġġla; jekk trid li tgħix ħajja serena sib ftit ħin matul

il-ġurnata u iskot minn kollox. Stieden lil Alla jidħol ġo qalbek. Mis-skiet

fekond toħroġ il-ħajja u l-mixja tal-imħabba kompli...

Pawsa għar-riflessjoni personali

Talba: Mulej Ġesù għini napprezza aktar is-skiet fil-ħajja tiegħi. Tħallinix

nagħlaq widnejja u qalbi għall-verità li s-skiet biss jaf jurini biha.

Glorja lill-Missier u lill-Iben, lill-Ispirtu Santu...eċċ

Nadurawk O Ġesù u nberkuk għax b’salibek u bil-mewt tiegħek inti fdejtna.

33

Ħmistax –il Stazzjon

Ġesù jkun mill-imwiet

Mill-Evanġelju skont San Luqa

Kmieni mas-sebħ tal-ewwel jum tal-ġimgħa marru ħdejn il-qabar u ħadu

magħhom il-fwejjaħ li kienu ħejjew. Huma sabu l-ġebla mgerba minn

quddiem il-qabar; imma meta daħlu fil il-katavru tal-Mulej Ġesù ma sabuhx

hemm. U kif kienu mħassbin fuq dan, f’daqqa waħda dehrulhom

quddiemhom żewġt irġiel libsin jiddi. In-nisa, mimlijin bil-biża’, baxxew

għajnejhom lejn l-art, imma dawk qalulhom: “Il-għala qegħdin tfittxuh qalb

il-mejtin lil min hu ħaj.” Mhuwiex hawn, imma qam. (Lq. 24:1-6)

34

Riflessjoni

Ġesù Kristu, żemmejt kelmetek, qomt tassew kif dejjem għidt. Ammen

Ħallelujah.

Nemmen fik Mulej, wisq aktar għaliex qomt mill-imwiet u ta’ dan

għandna xhieda wkoll, mela l-fidi tiegħi FIK mhix fil-vojt. Inti qomt

mill-imwiet biex turini li inti tassew Alla. Qomt biex turini li wara din il-ħajja

hemm ħajja oħra u qomt mill-imwiet biex tibqa’ għal dejjem miegħi u

magħna fl-Ewkaristija Mqaddsa. X’ferħ Mulej, int dejjem magħna. U l-mixja

tal-imħabba tkompli...

Ammen. Ħallelujah.

Pawsa għar-riflessjoni personali.

Talba: Mulej fil-mumenti iebsin tal-ħajja fakkarni li int dejjem miegħi. Li inti

qatt m’int ser tabbandunani, huwa jiena li nwarrbek, mhux int. Grazzi li

bqajt magħna. Grazzi li qomt mill-imwiet. Qalbi tfur bil-ferħ meta niftakar

f’min qed inpoġġi l-fiduċja tiegħi – F’Ġesù Kristu li bata, miet u qam

mill-mewt għalija u għalina ilkoll. Ammen. Hallelujah.

Glorja lill-Missier u lill-Iben; u lill-Ispirtu Santu..

Nadurawk O Ġesù u nberkuk għax b’salibek,bil-mewt u l-qawmien tiegħek

inti fdejtna.

35

Tislima lil Ommna Marija

Sliem għalik Sultana

Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa u tama

tagħna. Sliem għalik.

Lilek ingħajtu, aħna, turufnati, ulied Eva. Lilek nitniehdu, aħna li

nibku u nolfqu f’dan il-wied tad-dmugħ.

Ejja mela, avukata tagħna; dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek

tal-ħniena. Urina, wara dan it-turufnament, lil Ġesù frott imbierek

tal-ġuf tiegħek, o ħanina, o pija, o ħelwa, Verġni Marija.

Għall-bżonijiet tal-Papa u għall-bżonijiet tal-Knisja Universali

Missierna:

Missierna li inti fis-Smewwiet,

jitqaddes Ismek,

tiġi saltnatek,

ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art.

Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum,

aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina,

u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. Amen.

Sliema

Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek,

imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.

Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u

fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen

36

Glorja

Glorja lill-Missier,

u lill-Iben,

u lill-Ispirtu s-Santu.

Kif kien mill-bidu,

issa u dejjem,

u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Amen.

Agħti O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem lill-mejtin kollha. Agħmel li huma

jistrieħu fil-paċi. Ammen

Il-Kredu tal-Appostli

Jiena nemmen f’Alla l-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art;

u f’Ġesú Kristu, Ibnu wieħed Sidna;

li kien konċeput mill-Ispirtu s-Santu, twieled minn Marija Verġni;

bata taħt il-ħaqq ta’ Ponzju Pilat, sallbuh, miet u difnuh;

mat-tielet jum qam minn bejn l-imwiet;

tela’ fis-smewwiet, qiegħed in-naħa tal-lemin ta’ Alla l-Missier, li jista’

kollox;

minn hemm għandu jiġi biex jaħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin.

Nemmen fl-Ispirtu s-Santu;

il-Knisja Mqaddsa Kattolika, ix-Xirka tal-Qaddisin;

il-maħfra tad-dnubiet;

il-qawma tal-imwiet;

il-ħajja ta’ dejjem. Ammen

37

Att ta’ Ndiema

Mulejja, Alla tiegħi, jisgħobbija b’qalbi kollha minn dnubieti ta’

ħajti kollha. Jisgħobbija, Mulejja, għall-ġenna li tlift u għal-infern li

irbaħt; imma fuq kollox jisgħobbija għax regħextek u offendejtek

inti li kollok tjieba u ħniena.

Inħobbok, Mulejja, inħobbok fuq kollox. Mil-lum ‘il quddiem,

bil-għajnuna mqaddsa tiegħek, ma nidnibx qatt u qatt iżjed, u la

mmur fejn dari nidneb, iżda naħrab ukoll minn dak kollu li dari

waqqagħni fid-dnub.

38

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!